Lingwa Taljana: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.5.5) (Bot Tneħħija: nap:Lingua italiana
m r2.7.1) (Bot Żieda: am:ጣልያንኛ
Linja 207: Linja 207:
[[af:Italiaans]]
[[af:Italiaans]]
[[als:Italienische Sprache]]
[[als:Italienische Sprache]]
[[am:ጣልያንኛ]]
[[an:Idioma italián]]
[[an:Idioma italián]]
[[ang:Italisc sprǣc]]
[[ang:Italisc sprǣc]]

Reviżjoni ta' 19:26, 23 Awwissu 2011

It-Taljan (It-italiano.ogg italiano , jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.

Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.

Eżempji

Konverżazzjoni

Numri

Malti Taljan IPAIPA
Wieħed uno /ˈuno/
Tnejn due /ˈdue/
Tlieta tre /tre/
Erbgħa quattro /ˈkwattro/
Ħamsa cinque /ˈtʃiŋkwe/
Sitta sei /ˈsɛi/
Sebgħa sette /ˈsɛtte/
Tmienja otto /ˈɔtto/
Disgħa nove /ˈnɔve/
Għaxra dieci /ˈdjɛtʃi/

Malti Taljan IPA
Ħdax undici /ˈunditʃi/
Tnax dodici /ˈdoditʃi/
Tlettax tredici /ˈtreditʃi/
Erbatax quattordici /kwatˈtorditʃi/
Ħmistax quindici /ˈkwinditʃi/
Sittax sedici /ˈseditʃi/
Sbatax diciassette /ditʃasˈsɛtte/
Tmintax diciotto /diˈtʃɔtto/
Dsatax diciannove /ditʃanˈnɔve/
Għoxrin venti /ˈventi/

Malti Taljan IPA
Wieħed u għoxrin ventuno /ventˈuno/
Tnejn u għoxrin ventidue /ventiˈdue/
Tlieta u għoxrin ventitre /ventiˈtre/
Erbgħa u għoxrin ventiquattro /ventiˈkwattro/
Ħamsa u għoxrin venticinque /ventiˈtʃiŋkwe/
Sitta u għoxrin ventisei /ventiˈsɛi/
Sebgħa u għoxrin ventisette /ventiˈsɛtte/
Tmienja u għoxrin ventotto /ventˈɔtto/
Disgħa u għoxrin ventinove /ventiˈnɔve/
Tletin trenta /ˈtrenta/

Ġranet tal-ġimgħa

Malti Taljan IPA
It-Tnejn lunedì /luneˈdi/
It-Tlieta martedì /marteˈdi/
L-Erbgħa mercoledì /merkoleˈdi/
Il-Ħamis giovedì /dʒoveˈdi/
Il-Ġimgħa venerdì /venerˈdi/
Is-Sibt sabato /ˈsabato/
Il-Ħadd domenica /doˈmenika/

Ħoloq esterni