Aqbeż għall-kontentut

Soltaniyeh

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Soltaniyeh
 Iran
Amministrazzjoni
Stat sovranIran
Province of IranProvinċja ta' Zanjan
County of IranKontea ta' Soltaniyeh
District of IranDistrett Ċentrali
Ġeografija
Koordinati 36°26′05″N 48°47′51″E / 36.434722°N 48.7975°E / 36.434722; 48.7975Koordinati: 36°26′05″N 48°47′51″E / 36.434722°N 48.7975°E / 36.434722; 48.7975
Soltaniyeh is located in Iran
Soltaniyeh
Soltaniyeh
Soltaniyeh (Iran)
Superfiċjenti 790.14 hectare, 349.72 hectare
Għoli 1,784 m
Demografija
Popolazzjoni 7,638 abitanti (2016)
soltaniyeh.mcth.ir

Soltaniyeh (bil-Persjan: سلطانيه, spelluta wkoll bħala Solţānīyeh, Solţāneyyeh, Sultaniye, u Sultānīyeh; magħrufa wkoll bħala Sa‘īdīyeh) hija belt fid-Distrett Ċentrali tal-Kontea ta' Soltaniyeh, fil-provinċja ta' Zanjan, l-Iran, u hija l-belt kapitali kemm tal-kontea kif ukoll tad-distrett.[1]

Fiċ-ċensiment tal-2006, il-belt kellha popolazzjoni ta' 5,864 ruħ f'1,649 unità domestika, meta kienet tagħmel parti mid-Distrett ta' Soltaniyeh tal-Kontea ta' Abhar.[2] Fiċ-ċensiment ta' wara fl-2011, il-belt kellha popolazzjoni ta' 7,116-il ruħ f'2,013-il unità domestika.[3] Skont l-aħħar ċensiment tal-2016, il-belt kellha popolazzjoni ta' 7,638 ruħ f'2,319-il unità domestika,[4] u dak iż-żmien id-distrett kien ġie sseparat mill-kontea u ġiet stabbilita l-Kontea ta' Soltaniyeh.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Soltaniyeh, li tinsab xi 240 kilometru (150 mil) fil-Majjistral ta' Tehran, inbniet bħala l-belt kapitali tal-mexxejja Ilkanidi Mongoli tal-Iran fis-seklu 14. Isem il-belt jirreferi għat-titlu ta' "sultan" tal-mexxej Iżlamiku. Ruy González de Clavijo żar il-belt ta' Soltaniyeh u rrapporta li kienet ċentru tal-esportazzjoni tal-ħarir.[5]

Fl-2005 Soltaniyeh tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[6] It-triq minn Zanjan sa Soltaniyeh hija estiża sal-Għar ta' Katale.

William Dalrymple nnota li Öljaitü ried li Soltaniyeh tkun "l-ikbar u l-iżjed belt tal-għaġeb fid-dinja" iżda "mietet miegħu" u issa hija "għadd ta' fdalijiet abbandunati u li qed jaqgħu biċċiet".[7]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Koppla ta' Soltaniyeh.

Soltaniyeh ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.[6]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[6]

Storja ekkleżjastika[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt ġiet stabbilita bħala sede episkopali Kattolika fl-1 ta' April 1318 għall-Arċidjoċesi ta' Soltaniyeh. Fl-1329, id-Djoċesi Latina ta' Samarkanda saret suffraġja tal-Khanat ta' Chagatai, mill-inqas sa żmien Tamerlane (il-fundatur tat-Timuridi) li qered is-sede ta' Samarkanda. L-arċidjoċesi ma baqgħetx sede residenzjali għall-ħabta tal-1450.

Arċisqfijiet residenti[immodifika | immodifika s-sors]

Arċisqfijiet Metropolitani ta' Soltaniyeh
  • Francesco da Perugia, Ordni Dumnikan O.P. (mill-1 ta' Awwissu 1318 – sa data mhux magħrufa);
  • Guillaume Adam, O.P. (mis-6 ta' Ottubru 1322 – sas-26 ta' Ottubru 1324); li qabel kien l-Arċisqof ta' Smirna (Smyrna) (fit-Turkija Asjatika, issa Izmir) (mill-1318 sas-6 ta' Ottubru 1322); u li wara sar l-Arċisqof Metropolitan ta' Bar (il-Montenegro) (mis-26 ta' Ottubru 1324 – sa mewtu fl-1341);
  • Giovanni di Cori, O.P. (mid-9 ta' Awwissu 1329 – sa data mhux magħrufa);
  • Guglielmo, O.P. (minn data mhux magħrufa – sa data mhux magħrufa);
  • Giovanni di Piacenza, O.P. (mid-9 ta' Jannar 1349 – sa data mhux magħrufa);
  • Tommaso, O.P. (mit-28 ta' Frar 1368 – sa data mhux magħrufa);
  • Domenico Manfredi, O.P. (mit-18 ta' Awwissu 1388 – sa data mhux magħrufa);
  • Giovanni di Gallofonte, O.P. (mis-26 ta' Awwissu 1398 – sa data mhux magħrufa);
  • Nicolò Roberti (mill-24 ta' Jannar 1401 – sa data mhux magħrufa); li qabel kien l-Isqof ta' Ferrara, l-Italja (mill-4 ta' Frar 1393 – sal-24 ta' Jannar 1401);
  • Thomas Abaraner, O.P. (mid-19 ta' Diċembru 1425 – sa data mhux magħrufa);
  • Giovanni, O.P. (mid-19 ta' Diċembru 1425 – sa data mhux magħrufa).

Sede titolari[immodifika | immodifika s-sors]

Meta ma baqgħetx sede residenzjali iktar fl-1450, Soltaniyeh ġiet ittrasformata f'arċiveskovat titolari Latin sal-1926:

  • l-Isqof Titolari Francisco Salazar, O.F.M. (mit-12 ta' Settembru 1548 – sa data mhux magħrufa);
  • l-Isqof Titolari u Isqof elett Bernardino de Carmona (mill-10 ta' Lulju 1551 – sa data mhux magħrufa);
  • l-Arċisqof Titolari Alberto Bitter (1922.10.09 – 1926.12.19).

Iktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Hatef Naiemie, Atri (2020). "The Ilkhanid City of Sultaniyya: Some Remarks on the Citadel and the Outer City". Iran: Journal of the British Institute of Persian Studies: 1–30.
  • Minorsky, V.; Bosworth, C.E & Blair, Sheila S. (1997). "Sulṭāniyya". In Bosworth, C. E.; van Donzel, E.; Heinrichs, W. P. & Lecomte, G. (eds.). Encyclopaedia of Islam. Volume IX: San–Sze (2nd ed.). Leiden: E. J. Brill. pp. 859–861. ISBN 978-90-04-10422-8.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "خبرگزاری جمهوری اسلامی". web.archive.org. 2013-10-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-14. Miġbur 2023-12-28.
  2. ^ "Ċensiment tal-2006". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Ċensiment tal-2011". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-01-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Ċensiment tal-2016". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Clavijo, Ruy Gonzalez de (1859). Narrative of the embassy of Ruy Gonzalez de Clavijo to the court of Timour at Samarcand, A.D. 1403-6. p. 93.
  6. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Soltaniyeh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
  7. ^ Dalrymple, William (1989). In Xanadu. pp. 128-129.