Aqbeż għall-kontentut

Severo Ochoa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Severo Ochoa
Ħajja
Twelid Ḷḷuarca (en) Translate, 24 Settembru 1905
Nazzjonalità Spanja
Stati Uniti tal-Amerka
Residenza Spanja
Mewt Madrid, 1 Novembru 1993
Edukazzjoni
Alma mater Universidad Central (en) Translate
Università Complutense ta' Madrid
New York University School of Medicine (en) Translate
Instituto San Isidoro (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Direttur tat-teżi Otto Fritz Meyerhof (mul) Translate
Studenti dottorali Arthur Kornberg (mul) Translate
Santiago Grisolía García (en) Translate
Lingwi Spanjol
Ingliż
Għalliema Juan Negrín (mul) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
għalliem fl-università
bijokimiku
kittieb
Impjegaturi Università ta' New York
Università ta' Heidelberg
Severo Ochoa Molecular Biology Center (en) Translate
Università ta' Washington
Autonomous University of Madrid (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1956)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1957)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1958)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1959)
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja tax-Xjenzi tal-URSS
Academy of Sciences of the GDR (en) Translate
Akkademja Papali tax-Xjenzi
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Royal National Academy of Medicine (en) Translate
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Royal Academy of Medicine of Catalonia (en) Translate
L-Akkademja Polakka tax-Xjenza

Severo Ochoa de Albornoz ([seˈβeɾo oˈtʃoa ðe alβoɾˈnoθ]; twieled fl-24 ta' Settembru 1905 – miet fl-1 ta' Novembru 1993) kien fiżiku u bijokimiku Spanjol, u rebbieħ konġunt fl-1959 tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija jew għall-Mediċina ma' Arthur Kornberg.[1][2][3][4]

Edukazzjoni u ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Ochoa twieled f'Luarca (Asturias), Spanja. Missieru kien l-avukat u n-negozjant Severo Manuel Ochoa, (li ssemma għalih), u ommu kienet Carmen de Albornoz. Ochoa kien in-neputi ta' Álvaro de Albornoz (il-President tat-Tieni Repubblika Spanjola li ġie eżiljat, 1947-1951), u l-kuġin tal-poeta u tal-kritiku Aurora de Albornoz. Missieru miet meta Ochoa kellu seba' snin, u hu u ommu ttrasferew ruħhom f'Málaga, fejn attenda l-iskola primarja sal-iskola postsekondarja. L-interess tiegħu fil-bijoloġija ġiet stimolata mill-pubblikazzjonijiet tan-newrologu Spanjol u rebbieħ tal-Premju Nobel Santiago Ramón y Cajal. Fl-1923, huwa mar fl-Iskola Medika tal-Università ta' Madrid, fejn ittama li jaħdem ma' Cajal, iżda Cajal irtira. Huwa studja mal-patri Pedro Arrupe, u Juan Negrín kien l-għalliem tiegħu:[3]

Negrin fetaħli beraħ l-orizzonti affaxxinanti tal-immaġinazzjoni tiegħi, mhux biss permezz tal-lekċers tiegħu u t-tagħlim tiegħu fil-laboratorju, iżda anke permezz tal-pariri, tal-inkoraġġiment u tal-istimolu tiegħu biex naqra monografi u kotba akkademiċi xjentifiċi b'lingwi oħra mhux bl-Ispanjol biss.[3]

Negrín ħeġġeġ lil Ochoa u lil student ieħor, José Valdecasas, biex jiżolaw il-kreatinina mill-urina. Iż-żewġ studenti rnexxielhom u żviluppaw ukoll metodu biex ikejlu livelli żgħar ta' kreatinina tal-muskoli. Ochoa qatta' s-sajf tal-1927 fl-Università ta' Glasgow jaħdem ma' D. Noel Paton fuq il-metaboliżmu tal-kreatinina u jtejjeb il-ħiliet lingwisitiċi tiegħu fl-Ingliż. Huwa kompla jtejjeb ukoll il-proċedura tal-assaġġ u kif reġa' lura Spanja hu u Valdecasas ippreżentaw dokument li jiddeskrivi x-xogħol tagħhom fil-Ġurnal tal-Kimika Bijoloġika, fejn malajr ġie aċċettat[5], u dan immarka l-bidu tal-karriera ta' Ochoa fil-bijokimika.[6]

Severo Ochoa ma' martu fl-1959

Ochoa kiseb l-ewwel lawrja medika tiegħu fis-sajf tal-1929 u ddeċieda li jerġa' jsiefer biex ikompli jikseb iktar esperjenza fir-riċerka. Ix-xogħol tiegħu rigward il-kreatina u l-kreatinina wasslu għal stedina biex jissieħeb mal-laboratorju ta' Otto Meyerhof fl-Istitut Kaiser Wilhelm għall-Bijoloġija f'Berlin-Dahlem fl-1929. Dak iż-żmien l-istitut kien "art għammiela" tad-dixxiplina tal-bijokimika li kienet qed tevolvi malajr ħafna, u b'hekk Ochoa kellu l-esperjenza li jiltaqa' u jinteraġixxi ma' xjenzati oħra bħal Otto Heinrich Warburg, Carl Neuberg, Einar Lundsgaard, u Fritz Lipmann apparti Meyerhof stess li kien irċieva l-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina inqas minn deċennju qabel. Fl-1930 Ochoa rritorna f'Madrid biex ilesti r-riċerka għat-teżi tiegħu li ppreżenta dik is-sena. Fl-1931 iżżewweġ lil Carmen García Cobián. Huma ma kellhomx tfal flimkien. Imbagħad beda l-istudji ta' wara d-dottorat tiegħu fl-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka Medika f'Londra, fejn ħadem ma' Henry Hallett Dale. Ir-riċerka tiegħu f'Londra kienet fuq l-enżima gliossalasju u kienet punt ta' tluq importanti fil-karriera ta' Ochoa għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, ix-xogħol tiegħu mmarka l-bidu tal-interess dejjiemi ta' Ochoa fl-enżimi. It-tieni, il-proġett witta t-triq għall-istudju tal-metaboliżmu intermedjarju li kien qed jevolvi malajr ħafna.[3]

Karriera u riċerka

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1933 Ochoa rritorna f'Madrid flimkien ma' martu u beda jistudja l-glikoliżi fil-muskoli tal-qalb. Fi żmien sentejn, huwa ngħata t-tmexxija tas-Sezzjoni tal-Fiżjoloġija fl-Istitut ġdid għar-Riċerka Medika fl-Iskola Medika tal-Università ta' Madrid. B'xorti ħażina l-ħatra waslet fl-istess żmien li faqqgħet il-Gwerra Ċivili Spanjola. Ochoa ddeċieda li jipprova jwettaq ir-riċerka f'ambjent li qered għal dejjem "l-opportunitajiet tiegħu li qatt isir xjenzat". B'hekk, "wara ħafna ħsieb, flimkien ma' martu ddeċieda li jitlaq minn Spanja". F'Settembru 1936 bdew dak li iktar 'il quddiem huwa sejjaħ is-"snin tal-ivvjaġġar" fejn ivvjaġġa minn Spanja sal-Ġermanja, sal-Ingilterra, u fl-aħħar fl-Istati Uniti fi żmien ta' erba' snin.[3][7]

Ochoa telaq minn Spanja u rritorna fl-Istitut Kaiser Wilhelm għall-Bijoloġija ta' Meyerhof li issa ġie rrilokat f'Heidelberg, fejn Ochoa beda jiffoka fuq riċerka kompletament differenti. Matul iż-żjara tiegħu tal-1930, ix-xogħol tal-laboratorju kien tal-"fiżjoloġija klassika", li Ochoa ddeskriva bħala "żmien fejn wieħed kien jara l-muskoli kullimkien". Sal-1936 il-laboratorju ta' Meyerhof kien sar wieħed mill-faċilitajiet bijokimiċi ta' quddiem nett fid-dinja ffukati fuq proċessi bħall-glikoliżi u l-fermentazzjoni. Minflok l-istudju tal-muskoli, il-laboratorju beda jippurifika u jikkaratterizza l-enżimi involuti fl-azzjoni tal-muskoli u dawk involuti fil-fermentazzjoni tal-ħmira.

Minn dak iż-żmien sal-1938, kellu bosta karigi u ħadem ma' ħafna nies f'diversi postijiet. Pereżempju, Otto Meyerhof ħatru Assistent tar-Riċerka Temporanju fl-Istitut Kaiser Wilhelm għar-Riċerka Medika f'Heidelberg għal sena. Mill-1938 sal-1941 huwa kien Dimostratur u Assistent tar-Riċerka ta' Nuffield fl-Università ta' Oxford.

Ochoa mbagħad mar l-Istati Uniti, fejn mill-ġdid kellu bosta karigi f'diversi universitajiet. Bejn l-1940 u l-1942, Ochoa ħadem għall-Fakultà tal-Mediċina tal-Università ta' Washington f'St. Louis. Fl-1942 inħatar Riċerkatur tal-Mediċina fl-Iskola tal-Mediċina tal-Università ta' New York u sussegwentement sar ukoll Assistent Professur tal-Bijokimika (1945), Professur tal-Farmakoloġija (1946), Professur tal-Bijokimika (1954), u President tad-Dipartiment tal-Bijokimika.

Fl-1956 sar ċittadin Amerikan. Fl-1959, Ochoa u Arthur Kornberg ingħataw il-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija jew għall-Mediċina "għall-iskoperta tagħhom tal-mekkaniżmi fis-sinteżi bijoloġika tal-aċidu ribonuklejku u tal-aċidu deossiribonuklejku".

Ochoa kompla r-riċerka dwar is-sinteżi tal-proteini u r-replikazzjoni tal-viruses tal-RNA sal-1985, meta rritorna fi Spanja li kienet saret demokratika u ta konsulenzi lill-awtoritajiet Spanjoli tal-politika tax-xjenza. Ochoa rċieva wkoll il-Medalja Nazzjonali għax-Xjenza tal-Istati Uniti fl-1978.

Severo Ochoa miet f'Madrid, Spanja fl-1 ta' Novembru 1993. Carmen García Cobián Ochoa kienet mietet fl-1986.

Monument lil Severo Ochoa fl-Università ta' Madrid

Ferm wara mewtu, l-attriċi Spanjola Sara Montiel iddikjarat li hi u Severo Ochoa kellhom relazzjoni romantika (mhux ikkonfermata) fis-snin 50 tas-seklu 20, f'intervista fil-gazzetta Spanjola El País: "El gran amor de mi vida ha sido Severo Ochoa. Pero fue un amor imposible. Clandestino. Estaba casado y, además, no pegaba que él estuviera investigando y yo haciendo películas" ("L-imħabba kbira ta' ħajti kien Severo Ochoa. Iżda kienet imħabba impossibbli. Klandestina. Kien miżżewweġ, u barra minn hekk, il-fatt li hu kien jagħmel ir-riċerka u jien naħdem il-films ma kinux imorru tajjeb ħafna flimkien").[8]

Ċentru ġdid tar-riċerka barra Madrid li kien ippjanat fis-snin 70 tas-seklu 20, inbena u ssemma għalih, iċ-Centro de Biología Molecular Severo Ochoa. Fin-Nofsinhar ta' Madrid, hemm sptar li ssemma għalih, kif ukoll l-istazzjon tal-metro ta' Madrid li jaqdi l-Hospital Severo Ochoa.[9]

L-asterojde 117435 Severochoa ssemmiet għalih ukoll.

F'Ġunju 2011, is-Servizz Postali tal-Istati Uniti ħareġ bolla ddedikata lilu, bħala parti mill-kollezzjoni tax-Xjenzati Amerikani, flimkien ma' Melvin Calvin, Asa Gray, u Maria Goeppert-Mayer, fit-tielet volum tas-serje.[10]

  1. ^ Kornberg, Arthur (1997). "Severo Ochoa (24 September 1905–1 November 1993)". Proceedings of the American Philosophical Society. 141 (4): 479–491.
  2. ^ Kornberg, Arthur (2001). "Remembering our teachers". The Journal of Biological Chemistry. 276 (1): 3–11.
  3. ^ a b ċ d e Ochoa, S. (1980). "A Pursuit of a Hobby". Annual Review of Biochemistry. 49: 1–30.
  4. ^ "The Nobel Prize in Physiology or Medicine 1959". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-02.
  5. ^ Ochoa, S.; Valdecasas, J. G. (1929). "A micromethod for the estimation of total creatinine in muscle". J. Biol. Chem. 81 (2): 351–357.
  6. ^ Grunberg-Manago, Marianne (1997). "Severo Ochoa. 24 September 1905–1 November 1993: Elected For.Mem.R.S. 1965". Biographical Memoirs of Fellows of the Royal Society. 43: 351–365.
  7. ^ Singleton, R. Jr. (2007). "Ochoa, Severo." In New Dictionary of Scientific Biography, Noretta Koertge (ed.), vol. 5, pp. 305–12.
  8. ^ Jaime, Víctor Núñez (2015-02-19). ""En 54 años no ha salido nadie como yo"" (bl-Ispanjol). Madrid. Miġbur 2021-11-02.
  9. ^ "Centro de Biología Molecular Severo Ochoa". www.cbm.uam.es (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-11-02. Miġbur 2021-11-02.
  10. ^ "American Scientists | Stamp Issue | USA Philatelic". web.archive.org. 2011-04-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-04. Miġbur 2021-11-02.