Sebastian Brant
Sebastian Brant | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Strasburgu, 1458, 1458 |
Nazzjonalità | Ġermanja |
L-ewwel lingwa | Ġermaniż |
Mewt | Strasburgu, 10 Mejju 1521 (Gregorian) |
Familja | |
Konjuga/i | Elisabeth Bürgis (en) (1485 - |
Ulied |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Basel |
Livell tal-edukazzjoni | Legum Doctor |
Lingwi |
Medieval Latin (en) Mittelhochdeutsch |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta liriċista poeta ġurist filosofu kittieb |
Post tax-xogħol |
Bażel Strasburgu |
Impjegaturi | Università ta’ Basel |
Xogħlijiet importanti |
Stultifera navis (en) Freidank (en) Ship of Fools (en) Thesmophagia (en) Esopi appologi sive mythologi (en) Beschreibung etlicher gelegenheyt Teutsches lands (en) Hymnus 'Pange lingua gloriosi' (en) |
Moviment | Rinaxximent Ġermaniż |
Sebastian Brant (jew Sebastian Brandt; twieled fl-1458 – miet fl-10 ta' Mejju 1521) kien umanista u kittieb tas-satiri Ġermaniż.[1] Huwa magħruf l-iktar għas-satira tiegħu Das Narrenschiff ("Il-Vapur tal-Ġifi").[2]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Brant twieled fi Strażburgu f'familja li kienet tieħsu ħsieb berġa iżda eventwalment studja fl-Università ta' Basel, l-Iżvizzera, fl-1475. Inizjalment studja l-filosofija u mbagħad qaleb għad-dritt. Mill-1484 huwa beda jgħallem fl-università u temm id-dottorat tiegħu fid-dritt fl-1489. Fl-1485 iżżewweġ lil Elisabeth Bürg, bint produttur tal-pożati fir-raħal. Elisabeth kellha sebat itfal miegħu. Huwa kien ħerqan li ibnu l-kbir Onofriju jsir umanista, u b'hekk għallmu l-Latin minn mindu kien fin-nieqa u kitbu fl-università diġà tal-età ta' seba' snin.
Brant ġibed l-ewwel darba l-attenzjoni fl-għaqdiet umanistiċi permezz tal-poeżiji Neo-Latini tiegħu, iżda kif induna li dawn kienu jagħtuh udjenza limitata biss, beda jittraduċi xogħlu stess u l-poeżiji bil-Latin ta' oħrajn għall-Ġermaniż, u ppubblikahom permezz tal-istamperija tal-ħabib tiegħu Johann Bergmann, minn fejn feġġ l-iktar xogħol magħruf tiegħu bil-Ġermaniż, is-satira Das Narrenschiff (Il-Vapur tal-Ġifi, tal-1494), li gawda popolarità u influwenza lil hinn mill-Ġermanja. F'din l-allegorija, l-awtur jifflaġella d-dgħufijiet u l-vizzji ta' żmienu. Huwa xogħol ta' episodji fejn vapur mimli ġifi u mmexxi minn ġifi jbaħħar lejn il-ġenna tal-ġifi, Narragonja. Hawnhekk jikkonċepixxi lil San Grobjan, li jimmaġinah bħala l-qaddis patrun tan-nies vulgari u ħamalli.
Il-biċċa l-kbira tal-kitbiet importanti ta' Brant, inkluż ħafna xogħlijiet dwar id-dritt ċivili u kanoniku, inkitbu meta kien jgħix f'Basel. Huwa reġa' lura fi Strasburgu fis-sena 1500, fejn sar uffiċjal tal-gvern u għex hemm sal-aħħar ta' ħajtu. Fl-1503 ingħata l-pożizzjoni influwenti ta' kanċillier (stadtschreiber) u l-involviment tiegħu fl-affarijiet pubbliċi waqqfuh milli jkompli bil-letteratura. Brant għamel diversi petizzjonijiet lill-Imperatur Massimiljanu biex ikeċċi lit-Torok sabiex il-Punent jiġi salvat. Fl-istess spirtu, faħħar lil Ferdinandu II ta' Aragona fl-1492 talli ħakem lill-Musulmani fi Spanja u wassal għall-unifikazzjoni ta' Spanja. Huwa kien promutur kbir tan-nazzjonaliżmu kulturali Ġermaniż, u kien jemmen li r-riforma morali kienet meħtieġa għas-sigurtà tal-Imperu mit-theddida Ottomana.[3]
Għalkemm essenzjalment kien konservattiv fil-fehmiet reliġjużi tiegħu, Brant kien ikun għassa għall-abbużi fil-Knisja, kif joħroġ fid-dieher fin-Narrenschiff. Il-Vapur tal-Ġifi (bl-Ingliż: Ship of Fools) ta' Alexander Barclay (1509) hija imitazzjoni ħielsa tal-poeżija Ġermaniża bl-Ingliż tal-perjodu bikri tat-Tudor, u kien hemm verżjoni bil-Latin ta' Jakob Locher (1497)[4] li kienet popolari kważi daqs il-poeżija oriġinali. Bote (stampat minn Wynkyn de Worde, għall-ħabta tal-1510) ta' Cock Lorell kienet imitazzjoni iqsar tan-Narrenschiff. F'din l-opra, Cock Lorell, landier frawdolenti magħruf ta' dak iż-żmien, jiġbor madwaru ġabra ta' ħaddiema tas-sengħa u jbaħħar lejn l-Ingilterra.[5]
Fost il-bosta xogħlijiet oħra ta' Brant hemm il-kompilazzjoni tiegħu ta' ħrejjef u stejjer popolari oħra, ippubblikati fl-1501 bit-titlu Aesopi Appologi sive Mythologi cum quibusdam Carminum et Fabularum additionibus, li għadhom jiġu apprezzati sa żminijietna. Għalkemm kienet ibbażata fuq l-edizzjoni ta' Esopu tal-1476 ta' Heinrich Steinhöwel, il-proża bil-Latin ġiet emendata minn Brant, li żied ukoll kummentarji tal-versi bil-kombinament karatteristiku tiegħu ta' għerf u stil. It-tieni parti tal-opra kienet ġdida għalkollox, b'ħaġa moħġaġa, ħrejjef addizzjonali meħuda minn sorsi varji, u rakkonti ta' mirakli u għeġubijiet tan-natura kemm minn żmienu kif ukoll mill-qedem.
L-ittri ta' Brant li waslu sa żminijietna juru li hu kien jikkorrispondi ma' Peter Schott, Johann Bergmann von Olpe, l-Imperatur Massimiljanu, Thomas Murner, Konrad Peutinger, Willibald Pirckheimer, Johannes Reuchlin, Beatus Rhenanus, Jakob Wimpfeling u Ulrich Zasius.
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- C. H. Herford, The Literary Relations of England and Germany in the 16th Century (1886): jiddiskuti l-influwenza ta' Brant fl-Ingilterra.
- John W. Van Cleve, Sebastian Brant's 'The Ship of Fools' in Critical Perspective, 1800-1991 (Columbia, SC: Camden House, 1993).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Brant, Sebastian. 4. Miġbur 2021-05-10.
- ^ Brant, Sebastian; Zeydel, Edwin Hermann (1962-01-01). The Ship of Fools (bl-Ingliż). Courier Corporation. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Lach, Donald F. (2010-01-15). Asia in the Making of Europe, Volume II: A Century of Wonder. Book 2: The Literary Arts (bl-Ingliż). University of Chicago Press. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Brant, Sebastian; Beccadelli, Tomasso (1498). Stultifera nauis : Narragonice p[ro]fect[i]onis nunq[uam] satis laudata nauis:. In ... vrbe Basiliensi : 1498. Nihil sina causa. Io. de Ople.
- ^ Rimbault, Edward Francis (1843). Cock Lorell's Bote: A Satirical Poem : from an Unique Copy Printed by Wynkyn de Worde (bl-Ingliż). Percy Society. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna)