Salvatore Accardo
Salvatore Accardo | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Torino, 26 Settembru 1941 (83 sena) |
Nazzjonalità |
Renju tal-Italja Italja |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Akkademja Mużikali ta' Chigi |
Lingwi | Taljan |
Studenti |
uri |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
vjolinist klassiku surmast tal-orkestra |
Post tax-xogħol | Ruma |
Impjegaturi | Accademia Nazionale di Santa Cecilia (mul) |
Premjijiet | |
Moviment artistiku | mużika klassika |
Strument/i tal-mużika | vjolin |
Tikketta tar-reġistrazzjoni |
RCA Records (mul) Philips Records (mul) Deutsche Grammophon Philips Classics Records (en) |
Salvatore Accardo ([salvaˈtoːre akˈkardo]; twieled fis-26 ta' Settembru 1941 f'Torino, l-Italja) huwa vjolinist u surmast Taljan, li huwa magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu tax-xogħlijiet ta' Niccolò Paganini.[1]
Accardo għandu vjolin wieħed tat-tip Stradivari, il-"Hart ex Francescatti" tal-1727 u fl-imgħoddi kellu ieħor, il-"Firebird ex Saint-Exupéry" tal-1718.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Salvatore Accardo studja l-vjolin fin-Nofsinhar tal-Italja, fil-belt ta' Napli, fis-snin 50 tas-seklu 20. Huwa daqq għall-ewwel darba fuq livell professjonali meta kellu 13-il sena, u daqq Capricci ta' Paganini. Fl-1958 Accardo sar l-ewwel rebbieħ tal-premju tal-Kompetizzjoni ta' Paganini f'Genova.[2]
Fis-snin 70 tas-seklu 20 huwa kien is-surmast ta' orkestra tal-kamra Taljana famuża magħrufa bħala "I Musici" (1972-1977).
Imbagħad kien student fl-Akkademja Mużikali ta' Chigi fi Siena, u wara għallem hemmhekk mill-1973 sal-1980.
Accardo stabbilixxa l-Kwartett ta' Accardo fl-1992 u kien wieħed mill-fundaturi tal-Akkademja ta' Walter Stauffer fl-1986.
Huwa stabbilixxa l-Ġimgħa Mużikali Internazzjonali (bit-Taljan: Settimane Musicali Internazionali) f'Napli u l-Festival tal-Korda ta' Cremona fl-1971, u fl-1996, huwa stabbilixxa mill-ġdid l-Orkestra tal-Kamra Taljana (bit-Taljan: Orchestra da Camera Italiana - O.C.I.). Il-membri tal-orkestra huma l-aqwa studenti tal-Akkademja ta' Walter Stauffer. L-iżjed studenti famużi huma Alessio Bidoli, Franco Mezzena u Anastasiya Petryshak.[2]
Huwa daqq il-mużika ta' Paganini għall-mużika tal-film tal-1989 Kinski Paganini.
Fl-2004, huwa reġa' lura fi Siena, u issa jgħallem fl-Akkademja Mużikali ta' Chigi.[2]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Italja: Uffiċjal Kbir tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (Ġunju 1965)[3]
- L-Italja: Kavallier tas-Salib il-Kbir tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (Ottubru 1982)[3]
- Monaco: Kmandant tal-Ordni tal-Mertu Kulturali (Novembru 1999)[4]
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa rreġistra l-24 Capricci ta' Paganini (li rreġistra mill-ġdid fl-1999) għall-vjolin solista u kien l-ewwel vjolinist li rreġistra s-sitt kunċerti kollha tal-vjolin ta' Paganini. Huwa għandu diskografija estensiva ta' kważi 50 reġistrazzjoni ma' Philips, DG, EMI, Sony Classical, Foné, Dynamic, u Warner-Fonit. Huwa rreġistra s-Sonati tal-Korda ta' Rossini, il-ħarġa 6769 024 tal-1981, u album ta' xogħlijiet klassiċi u kontemporanji fl-1995 fuq il-Guarneri del Gesù ta' Paganini bil-vjolin tal-1742, imsejjaħ Il Cannone. Huwa rreġistra wkoll is-sonati kompluti għall-vjolin u għall-pjanu ta' Mozart flimkien ma' Bruno Canino.
- Diabolus in Musica, Accardo interpreta lil Paganini, 1996
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2021-09-26.
- ^ a b ċ Eldercrock (2014-06-21). "Celebrated musicians' concert tours of Southern Africa 1953 -1978: Salvatore Accardo, Italian Violinist". Miġbur 2021-09-26.
- ^ a b "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2021-09-26.
- ^ "N° 7418 du VENDREDI 26 NOVEMBRE 1999 * Ordonnance Souveraine n° 14.274 du 18 novembre 1999 portant promotions". www.legimonaco.mc. Miġbur 2021-09-26.