Ronald Searle
Ronald Searle | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Ronald William Fordham Searle |
Twelid | Cambridge, 3 Marzu 1920 |
Nazzjonalità |
Renju Unit Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda Franza |
Mewt | Draguignan (en) , 30 Diċembru 2011 |
Familja | |
Konjuga/i | Kaye Webb (en) (12 Marzu 1948 - 1967) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Anglia Ruskin University (en) Lord Ashcroft International Business School (en) Parkside Community College (en) St Trinnean's School (en) |
Lingwi |
Ingliż Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
karikaturist Illustratur xeneġġatur artist tal-comics cartoons courtroom sketch artist (en) |
Premjijiet |
List
|
Servizz militari | |
Fergħa militari | Armata Brittanika |
Iġġieldu | It-Tieni Gwerra Dinjija |
Ronald William Fordham Searle, CBE, RDI (twieled fit-3 ta' Marzu 1920 – miet fit-30 ta' Diċembru 2011[1]) kien artist, cartoonist satiriku, artist tal-comics, skultur, disinjatur tal-medalji u illustratur Ingliż. X'aktarx li baqa' mfakkar l-iktar bħala l-ħallieq tal-Iskola ta' St. Trinian u għall-kollaborazzjoni tiegħu ma' Geoffrey Willans fis-sensiela ta' Molesworth.[2]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Searle twieled f'Cambridge, l-Ingilterra, fejn missieru kien ħaddiem mal-Uffiċċju Postali li kien isewwi l-linji tat-telefon.[3] Beda jpinġi meta kellu ħames snin u rtira mill-iskola (Central School – li issa saret Parkside School) meta kellu 15-il sena. Huwa tħarreġ fil-Kulleġġ tal-Arti u t-Teknoloġija ta' Cambridge (li issa sar l-Università Anglia Ruskin) għal sentejn.[4]
F'April 1939, meta induna li l-gwerra kienet inevitabbli, huwa abbanduna l-istudji tal-arti tiegħu biex jinkiteb mal-Inġiniera Rjali. F'Jannar 1942, huwa kien fil-287 Field Company, RE f'Singapore. Wara xahar ta' ġlied f'Malaya, huwa ttieħed bħala priġunier flimkien ma' kuġinuh Tom Fordham Searle, meta Singapore spiċċat f'idejn il-Ġappuniżi. Huwa qatta' l-bqija tal-gwerra bħala priġunier, l-ewwel fil-ħabs ta' Changi u mbagħad fil-ġungla ta' Kwai, jaħdem fuq il-Linja Ferrovjarja tal-Mewt bejn Siam u Burma. Searle laqqat kemm il-beriberi kif ukoll il-malarja waqt li kien priġunier, minbarra ħafna swat, u l-piż tiegħu niżel għal inqas minn 40 kilogramma. Huwa nħeles fl-aħħar tal-1945 mat-telfa finali tal-Ġappuniżi. Wara l-gwerra, huwa ħadem bħala artista fl-awla tal-qorti fil-proċessi ta' Nuremberg u iktar 'il quddiem fil-proċess ta' Adolf Eichmann fl-1961.[2]
Huwa żżewweġ lill-ġurnalista Kaye Webb fl-1947; u kellhom tewmin, Kate u Johnny. Fl-1961, Searle mar jgħix f'Pariġi, u ħalla lil familtu warajh; iż-żwieġ spiċċa f'divorzju fl-1967.[5] Iktar 'il quddiem iżżewweġ lil Monica Koenig, pittriċi u disinjatriċi tat-teatru u tal-ġojjellerija. Wara l-1975, Searle u martu għexu u ħadmu fil-muntanji ta' Haute Provence.
Il-mara ta' Searle, Monica, mietet f'Lulju 2011 u hu miet fit-30 ta' Diċembru 2011 meta kellu 91 sena.[1]
Xogħol bikri bħala artist tal-gwerra
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm Searle ppubblika l-ewwel cartoon tiegħu ta' St. Trinian fir-rivista Lilliput fl-1941, il-karriera professjonali tiegħu bdiet bid-dokumentazzjoni li għamel tal-kundizzjonijiet brutali fil-kampijiet fil-perjodu meta kien priġunier tal-gwerra tal-Ġappuniżi fit-Tieni Gwerra Dinjija f'sensiela ta' tpinġijiet li ħeba taħt is-saqqijiet tal-priġuniera li kienu jkunu qed imutu bil-kolera. Searle fakkar, "Jien kont iddisprat biex niddokumenta dak kollu li kien qed jiġri, għaliex ħsibt li jekk kumbinazzjoni kien ikun hemm din id-dokumentazzjoni xi mkien, anke kieku kont nilħaq immut, xi ħadd kien isib id-dokumentazzjoni tiegħi u kien ikun jaf x'ġara". Iżda Searle ma mietx, u madwar 300 tpinġija tiegħu ġew irkuprati. Wara li ġie lliberat fl-1945, Searle reġa' lura l-Ingilterra, fejn ippubblika diversi mit-tpinġijiet tiegħu f'The Naked Island ta' sieħbu Russell Braddon li wkoll kien priġunier miegħu. Sieħbu ieħor li kien priġunier miegħu, iktar 'il quddiem irrakkonta, "Jekk timmaġina xi ħaġa li tiżen bejn wieħed u ieħor 38 kilogramma, tħaqqaqha mal-mewt u ma għandha l-ebda kwalità tal-kundizzjoni umana li mhix tal-waħx, mixħuta tpinġi bil-kalma kollha b'lapes u biċċa karta, ikollok idea mhux ħażin tad-differenza ta' temperament li dan ir-raġel kellu meta mqabbel ma' bniedem komuni".[3]
Il-biċċa l-kbira ta' dawn it-tpinġijiet jidhru fil-ktieb tiegħu tal-1986, Ronald Searle: To the Kwai and Back, War Drawings 1939–1945.[6] Fil-ktieb, Searle kiteb ukoll dwar l-esperjenzi tiegħu bħala priġunier, inkluż il-jum meta stenbaħ u sab li tnejn minn sħabu kienu mietu maġenbu, u kien hemm serp ħaj taħt rasu:
Ma tistax tgħaddi minn esperjenza bħal dik mingħajr ma taffettwak direttament għall-kumplament ta' ħajtek. Jien naħseb li għalhekk qatt ma tlaqt tassew miċ-ċella tiegħi ta' priġunier, għaliex tagħtni s-sens ta' kejl għall-bqija ta' ħajti... Bażikament in-nies kollha li kont inħobb u kont naf u kbirt magħhom, sempliċement saru fertilizzant għall-eqreb bambù.
Mill-inqas waħda mit-tpinġijiet tiegħu qiegħda għall-wiri fil-Mużew u l-Kappella ta' Changi, Singapore, iżda l-maġġoranza tat-tpinġijiet oriġinali tiegħu jinsabu fil-kollezzjoni permanenti tal-Mużew dwar il-Gwerra Imperjali, f'Londra, flimkien max-xogħlijiet ta' artisti oħra li kienu priġunieri tal-gwerra. L-iżjed magħrufa minnhom huma John Mennie, Jack Bridger Chalker, Philip Meninsky u Ashley George Old.
Rivisti, kotba u films
[immodifika | immodifika s-sors]Searle pproduċa volum straordinarju ta' xogħol matul is-snin 50 tas-seklu 20, inkluż tpinġijiet għal Life, Holiday u Punch. Il-cartoons tiegħu dehru f'The New Yorker, is-Sunday Express u n-News Chronicle. Huwa kkompila iktar kotba ta' St. Trinian, li kienu bbażati fuq l-iskola ta' oħtu u fuq skejjel oħra tal-bniet f'Cambridge. Huwa kkollabora ma' Geoffrey Willans għall-kotba ta' Molesworth (Down With Skool!, 1953, u How to be Topp, 1954), u ma' Alex Atkinson għall-kotba tal-ivvjaġġar. Minbarra għal riklami u posters, Searle pinġa l-isfond tat-titlu tal-film ta' Sidney Gilliat u Frank Launder, The Happiest Days of Your Life.
Wara li mar jgħix f'Pariġi fl-1961, huwa ħadem iktar fuq ir-rapportaġġ għal Life u Holiday u inqas fuq il-cartoons. Huwa kompla jaħdem ukoll f'firxa wiesgħa ta' media u għamel kotba (inkluż il-kotba magħrufa tiegħu tal-qtates), films animati u skulturi għal medalji kommemorattivi, kemm għaz-Zekka Franċiża kif ukoll għas-Soċjetà Brittanika tal-Medalji għall-Arti.[7] Searle għamel ammont konsiderevoli ta' ddisinjar għaċ-ċinema, u fl-1965 huwa lesta l-krediti tal-ftuħ, tal-pawża u tal-għeluq għall-film komiku Those Magnificent Men in their Flying Machines kif ukoll għall-film tal-1969 Monte Carlo or Bust!. Fl-1975 ġie rrilaxxat il-cartoon twil Dick Deadeye, or Duty Done. Dan huwa bbażat fuq il-karattru u l-kanzunetti minn H.M.S. Pinafore.[8]
Disinjatur tal-medalji
[immodifika | immodifika s-sors]Searle ddisinja l-medalja tad-delegati tal-1992 għall-Kungress FIDEM XXIII ta' Londra. Kienet turi bust b'nofs tul tad-disinjatur tal-medalji Rinaxximentali Pisanello u ġie zzekkata miz-Zekka Rjali. Medalji notevoli oħra kienu l-Medalja ta' "Searle ta' Sebgħin Sena" (1990)[9] u tal-"50 Anniversarju ta' Kwai" (1991), li t-tnejn ġew izzekkati minn Thomas Fattorini Ltd, u l-Medalja ta' "Charles Dickens" (1983) izzekkata miz-Zekka ta' Birmingham.
Arkivji
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2010, ta madwar 2,200 opra tal-arti tiegħu bħala self permanenti lill-Mużew ta' Wilhelm Busch, Hanover, il-Ġermanja, li issa jissejjaħ Deutsches Museum für Karikatur und Zeichenkunst. Dan il-mużew, li qabel kien il-palazz tas-sajf ta' Ġorġ I ta' Hannover, fih ukoll l-arkivji ta' Searle.
Premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Searle ngħata ħafna rikonoxximenti għax-xogħlijiet tiegħu, speċjalment fl-Amerka, inkluż il-Premju għar-Riklami u l-Illustrazzjonijiet tas-Soċjetà Nazzjonali tal-Cartoonists fl-1959 u fl-1965, il-Premju Reuben fl-1960, il-Premju għall-Illustrazzjonijiet fl-1980 u l-Premju għar-Riklamar fl-1986 u fl-1987. Searle nħatar bħala Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku fl-2004.[3] Fl-2007 ngħata wieħed mill-ogħla premjijiet ta' Franza, ix-Chevalier de la Légion d'honneur, u fl-2009 ngħata l-Ordni għall-Mertu ta' Niedersachsen, il-Ġermanja.
Influwenza
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xogħol tiegħu kellu influwenza kbira, partikolarment fuq il-cartoonists Amerikani, inkluż Pat Oliphant[10], Matt Groening, Hilary Knight, u l-animaturi ta' 101 Dalmatians ta' Disney.[11]
Huwa kien influwenza bikrija fuq l-istil ta' tpinġija ta' John Lennon li dehret fil-kotba In His Own Write u A Spaniard in the Works.[12] Anglia Ruskin semmiet il-Premju Ronald Searle għall-Kreattività fl-Arti għalih.[4]
Searle kien ħabib ammiratur tal-umorista satiriku kbir S. J. Perelman, li min-naħa tiegħu kien jammira lil Searle wkoll. Searle kellu influwenza importanti ħafna wkoll fuq Gerald Scarfe.
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Skola ta' St Trinian
[immodifika | immodifika s-sors]- Hurrah For St Trinians, 1948
- The Female Approach: The Belles of St. Trinian's and Other Cartoons, 1950
- Back To The Slaughterhouse, and Other Ugly Moments, 1951
- The Terror of St Trinian's, or Angela's Prince Charming, 1952 (ma' Timothy Shy (D. B. Wyndham-Lewis))
- Souls in Torment, 1953 (daħla ta' Cecil Day-Lewis)
- The St Trinian's Story, 1959 (ma' Kaye Webb)
- St Trinian's: The Cartoons, 2007
- St. Trinian's: The Entire Appalling Business, 2008
Molesworth
[immodifika | immodifika s-sors]- Down With Skool!: A Guide to School Life for Tiny Pupils and Their Parents, 1953 (ma' Geoffrey Willans)
- How to be Topp: A Guide to Sukcess for Tiny Pupils, Including All There is to Kno About Space, 1954 (ma' Geoffrey Willans)
- Whizz for Atomms: A Guide to Survival in the 20th Century for Fellow Pupils, their Doting Maters, Pompous Paters and Any Others who are Interested, 1956 (ma' Geoffrey Willans). Ippubblikat fl-Istati Uniti bħala Molesworth's Guide to the Atommic Age
- Back in the Jug Agane, 1959 (ma' Geoffrey Willans)
- The Compleet Molesworth, 1958; (kollezzjoni) Molesworth (1999 stampat mill-ġdid minn Penguin)
Xogħlijiet oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Forty Drawings (1946)
- White Coolie, 1947 (ma' Ronald Hastain)
- This England 1946–1949, 1949 (editjat minn Audrey Hilton)
- The Stolen Journey, 1950 (ma' Oliver Philpot)
- An Irishman's Diary, 1950 (ma' Patrick Campbell)
- Dear Life, 1950 (ma' H. E. Bates)
- Paris Sketchbook, 1950 (ma' Kaye Webb) (stampat mill-ġdid fl-1958)
- A Sleep of Prisoners, 1951 (ma' Christopher Fry)
- Life in Thin Slices, 1951 (ma' Patrick Campbell)
- The Naked Island, 1952 (ma' Russell Braddon)
- It Must be True, 1952 (ma' Denys Parsons)
- London—So Help Me!, 1952 (ma' Winifred Ellis)
- The Diverting History of John Gilpin, 1953 (test ta' William Cowper)
- Looking at London and People Worth Meeting, 1953 (ma' Kaye Webb)
- Six Animal Plays, 1952 (test ta' Frank Carpenter)
- The Dark is Light Enough, 1954 (ma' Christopher Fry)
- Patrick Campbells Omnibus, 1954 (ma' Patrick Campbell)
- The Journal of Edwin Carp, 1954 (editjat minn Richard Haydn)
- Modern Types, 1955 (ma' Geoffrey Gorer)
- The Rake's Progress, 1955
- Merry England, Etc, 1956
- Anglo-Saxon Attitudes, 1956 (ma' Angus Wilson)
- The Big City or the New Mayhew , 1958 (ma' Alex Atkinson)
- The Dog's Ear Book, 1958 (ma' Geoffrey Willans)
- USA for Beginners, 1959 (ma' Alex Atkinson)
- Anger of Achilles: Homer's Iliad, 1959 (traduzzjoni ta' Robert Graves)
- By Rocking Horse Across Russia, 1960 (ma' Alex Atkinson)
- Penguin Ronald Searle, 1960
- Refugees 1960: A Report in Words and Pictures, 1960 (ma' Kaye Webb)
- The Biting Eye of Andre Francois (1960)
- Which Way Did He Go?, 1961
- A Christmas Carol, 1961 (ma' Charles Dickens)
- The 13 Clocks and the Wonderful O, 1962 (ma' James Thurber)
- Searle in the Sixties, 1964
- From Frozen North to Filthy Lucre, 1964
- Haven't We Met Before Somewhere?, 1966
- Searle's Cats, 1967
- The Square Egg, 1968
- Take One Toad, 1968
- This Business of Bomfog, 1969 (ma' Madelaine Duke)
- Monte Carlo Or Bust, 1969 (ma' E. W. Hildick)
- Hello, where did all the people go?, 1969
- The Second Coming of Toulouse-Lautrec, 1969
- Secret Sketchbook, 1969
- The Great Fur Opera: Annals of the Hudson's Bay Company 1670–1970, 1970 (ma' Kildare Dobbs)[13]
- Scrooge, 1970 (ma' Elaine Donaldson)
- Mr. Lock of St. James's Street, 1971 (ma' Frank Whitbourn)
- The Addict, 1971
- More Cats, 1975
- Dick Dead Eye, 1975 (wara Gilbert and Sullivan)
- Paris! Paris!, 1977 (ma' Irwin Shaw)
- Zodiac, 1977
- Ronald Searle, 1978
- The King of Beasts & Other Creatures, 1980
- The Situation is Hopeless, 1980
- Winning the Restaurant Game, 1980 (ma' Jay Jacobs)
- Too Many Songs by Tom Lehrer With Not Enough Drawings by Ronald Searle, 1981
- Ronald Searle's Big Fat Cat Book, 1982
- The Illustrated Winespeak, 1983
- Ronald Searle in Perspective, 1983
- Ronald Searle's Golden Oldies 1941–1961, 1985
- Something in the Cellar, 1986
- To the Kwai and Back: War Drawings 1939–1945 (1986)
- Ronald Searle's Non-Sexist Dictionary, 1988
- Ah Yes, I Remember It Well...: Paris 1961–1975, 1988
- Slightly Foxed But Still Desirable: Ronald Searle's Wicked World of Book Collecting, 1989
- Marquis De Sade Meets Goody Two-Shoes, 1994
- The Tales of Grandpa Cat, 1994 (ma' Lee Wardlaw)
- The Hatless Man, 1995 (ma' Sarah Kortum)
- A French Affair : The Paris Beat, 1965–1998, 1999 (ma' Mary Blume)
- Wicked Etiquette, 2000 (ma' Sarah Kortum)
- Ronald Searle in Le Monde, 2001
- Railway of Hell: A Japanese POW's Account of War, Capture and Forced Labour, 2002 (ma' Reginald Burton)
- Searle's Cats, 2005 (Edizzjoni Ġdida u Estiża; l-illustrazzjonijiet kollha huma ġodda)
- The Scrapbook Drawings", 2005
- Cat O' Nine Tales: And Other Stories, 2006 (ma' Jeffrey Archer)
- Beastly Feasts: A Mischievous Menagerie in Rhyme, 2007 (ma' Robert Forbes)
- More Scraps & Watteau Revisited, 2008
- Let's Have a Bite!: A Banquet of Beastly Rhymes, 2010 (ma' Robert Forbes)
- What! Already?: Searle at 90, 2010
- Les Très Riches Heures de Mrs Mole, 2011[14]
- What Am I Still Doing Here?, 2011 (ma' Roger Lewis)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "UK artist, St Trinian's creator Searle dies aged 91" (bl-Ingliż). 2012-01-03. Miġbur 2022-03-03.
- ^ a b "Ronald Searle". lambiek.net (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-03.
- ^ a b ċ "Ronald Searle". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2022-03-03.
- ^ a b "Anglia Ruskin University News - ARU". aru.ac.uk. Miġbur 2022-03-03.
- ^ "OBITUARY: Kaye Webb". The Independent (bl-Ingliż). 1996-01-18. Miġbur 2022-03-03.
- ^ Mauldin, Bill (1986-08-10). "SKETCHES FROM LIFE AND DEATH" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-03.
- ^ Museum, Victoria and Albert. "Antonio Pisanello - 23rd FIDEM Congress Medal | Searle, Ronald | V&A Explore The Collections". Victoria and Albert Museum: Explore the Collections (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-03.
- ^ "Dick Deadeye, or Duty Done, imdb.com".
- ^ "Searle at Seventy". bams.org.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-03.
- ^ Oliphant, Pat; Katz, Harry L.; Day, Sara (1998). Oliphant's Anthem. p. 26. ISBN 9780836258981.
- ^ Amidi, Amid (17 August 2006). Cartoon modern: style and design in fifties animation. ISBN 9780811847315.
- ^ "John Lennon Interview: Release 6/6/1968 - Beatles Interviews Database". www.beatlesinterviews.org. Miġbur 2022-03-03.
- ^ "The Great Fur Opera". www.hbcheritage.ca. Miġbur 2022-03-03.
- ^ Searle, Ronald (13 October 2011). Les Très Riches Heures de Mrs Mole. Afterword by Monica Searle. Blue Door, an imprint of HarperCollins. ISBN 9780007449101.