Aqbeż għall-kontentut

Robert Wilhelm Bunsen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Robert Wilhelm Bunsen
professur

1852 - 1889
Leopold Gmelin (mul) Translate - Viktor Meyer (en) Translate
professur

1841 - 1851
Ferdinand Wurzer (mul) Translate
extraordinary professor (en) Translate

1839 - 1841
chemistry teacher (en) Translate

Jannar 1836 - 1839
Friedrich Wöhler (mul) Translate
Privatdozent

Jannar 1834 - April 1836
professur

Ħajja
Twelid Göttingen, 30 Marzu 1811
Nazzjonalità Renju tal-Prussja
Mewt Heidelberg, 16 Awwissu 1899
Post tad-dfin Bergfriedhof
Familja
Missier Christian Bunsen
Omm Auguste Friederike Bunsen
Konjuga/i Not married
Aħwa
uri
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Vjenna
Università Friedrich-Wilhelms
Università ta' Göttingen
(1828 -
Livell tal-edukazzjoni Dottorat fil-Kimika
professur
Direttur tat-teżi Friedrich Stromeyer (mul) Translate
Studenti dottorali Viktor Meyer (en) Translate
Adolph Wilhelm Hermann Kolbe (en) Translate
Edward Frankland (en) Translate
Georg Ludwig Carius (mul) Translate
Carl Gräbe (en) Translate
Adolf von Baeyer (en) Translate
Philipp Lenard
Albert Ladenburg (mul) Translate
Adolf Lieben (mul) Translate
Heinrich Martin Weber (en) Translate
Loránd Eötvös (en) Translate
Johann August Streng (en) Translate
Georg Ludwig Carius (mul) Translate
Thomas Edward Thorpe (en) Translate
Francis Robert Japp (en) Translate
Walther Hempel (en) Translate
John Tyndall (mul) Translate
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Friedrich Stromeyer (mul) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kimiku
fiżiku
inventur
għalliem fl-università
għalliem
sperimentalista
naturalista
Post tax-xogħol Göttingen
Marburg
Wrocław
Heidelberg
Impjegaturi Università ta' Göttingen  (1834 -  April 1836)
Höhere Gewerbeschule Kassel (en) Translate  (Jannar 1836 -  1839)
Università ta' Marburg  (1839 -  1851)
Università ta' Wroclaw  (1851 -  1852)
Università ta' Heidelberg  (1852 -
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi
Accademia dei Lincei
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Académie Nationale de Médecine
Akkademja tax-Xjenzi ta' Göttingen
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Association for Natural History in the Duchy of Nassau (en) Translate
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino

Robert Wilhelm Eberhard Bunsen (bil-Ġermaniż: [ˈbʊnzən]; twieled fit-30 ta' Marzu 1811 – miet fis-16 ta' Awwissu 1899) kien kimiku Ġermaniż. Huwa investiga l-ispettri tal-emissjonijiet ta' elementi msaħħna, u skopra ċ-ċesju fl-1860 u r-rubidju fl-1861 flimkien mal-fiżiku Gustav Kirchhoff.[1] Il-Premju Bunsen-Kirchhoff għall-ispettroskopija ssemma għalihom.

Bunsen żviluppa wkoll diversi metodi analitiċi tal-gassijiet, kien pijunier fil-fotokimika, u għamel xogħol bikri fil-qasam tal-kimika organoarsenika. Flimkien mal-assistent tal-laboratorju tiegħu Peter Desaga, huwa żviluppa l-Bunsen burner, titjib fuq il-burners tal-laboratorju li kienu jintużaw dak iż-żmien.

Ħajja bikrija u edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Bunsen twieled f'Göttingen, il-Ġermanja, fl-1811, f'dak li issa huwa l-istat federali ta' Niedersachsen. Bunsen kien l-iżgħar minn erba' subien tal-kap librar u tal-Professur tal-filoloġija moderna, Christian Bunsen (1770-1837).[2]

Wara li attenda l-iskola f'Holzminden, Bunsen daħal fl-Università ta' Göttingen fl-1828 u studja l-kimika ma' Friedrich Stromeyer kif ukoll il-mineroloġija ma' Johann Friedrich Ludwig Hausmann u l-matematika ma' Carl Friedrich Gauss. Wara li kiseb dottorat fl-1831, Bunsen qatta' l-1832 u l-1833 jivvjaġġa fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Awstrija. Matul il-vjaġġi tiegħu, Bunsen iltaqa' max-xjentisti Friedlieb Runge (li skopra l-anilina u fl-1819 iżola l-kaffeina), u Justus von Liebig f'Giessen, u ma' Eilhard Mitscherlich f'Bonn.[2]

Karriera akkademika

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1833, Bunsen sar lettur fl-Università ta' Göttingen u beda studji sperimentali dwar is-solubbiltà tal-imluħa tal-metalli tal-aċedu arseniku. L-iskoperta tiegħu dwar l-użu tal-idrat tal-ossidu tal-ħadid bħala aġent tal-preċipitazzjoni wassal għal dak li sa llum għadu l-iktar antidotu effettiv kontra l-avvelenament bl-arseniku. Din ir-riċerka interdixxiplinari twettqet u ġiet ippubblikata flimkien mal-fiżiku Arnold Adolph Berthold.[3][4] Fl-1836, Bunsen kien is-suċċessur ta' Friedrich Wöhler fl-Iskola Politeknika ta' Kassel (bil-Ġermaniż: Baugewerkschule Kassel). Bunsen għallem hemm għal tliet snin, u mbagħad aċċetta li jsir professur temporanju fl-Università ta' Marburg, fejn kompla bl-istudji tiegħu fuq id-derivati kakodiliċi. Huwa ġie promoss għal professur permanenti fl-1841. Meta kien fl-Università ta' Marburg, Bunsen ipparteċipa fl-ispedizzjoni tal-1846 għall-investigazzjoni tal-vulkani tal-Iżlanda.[5]

Permezz tax-xogħol tiegħu, Bunsen malajr kiseb fama kbira, parzjalment minħabba li l-kakodil, li huwa estremament tossiku u jwettaq kombustjoni spontanja fl-arja niexfa, tant huwa diffiċli biex taħdem bih. Bunsen kważi miet minn avvelenament bl-arseniku, u minħabba splużjoni bil-kakodil tilef id-dawl minn għajnu il-leminija. Fl-1841, Bunsen ħoloq il-batterija taċ-ċelloli ta' Bunsen, li tuża elettrodu tal-karbonju minflok elettrodu għali tal-platinu kif kien jintuża fiċ-ċellola elettrokimika ta' William Robert Grove. Fil-bidu tal-1851, huwa aċċetta li jsir Professur fl-Università ta' Breslau (issa Wrocław), fejn għallem għal tliet semestri.[6]

Gustav Kirchhoff (xellug) u Robert Bunsen (lemin)

Fl-aħħar tal-1852, Bunsen sar is-suċċessur ta' Leopold Gmelin fl-Università ta' Heidelberg. Hemmhekk uża l-elettrolisi biex jipproduċi metalli puri, bħall-kromju, il-manjesju, l-aluminju, il-manganiż, is-sodju, il-barju, il-kalċju u l-litju. Kollaborazzjoni fit-tul ma' Henry Enfield Roscoe bdiet fl-1852, fejn studjaw il-formazzjoni fotokimika tal-klorur tal-idroġenu (HCl) mill-idroġenu u mill-kloru. Minn dan ix-xogħol oriġinat il-liġi tar-reċiproċità ta' Bunsen u Roscoe. Huwa ma baqax jaħdem ma' Roscoe fl-1859 u ngħaqad ma' Gustav Kirchhoff biex jistudjaw l-ispettri tal-emissjonijiet tal-elementi msaħħna, qasam tar-riċerka msejjaħ analiżi tal-ispettru. Għax-xogħol tiegħu, Bunsen u l-assistent tal-laboratorju tiegħu, Peter Desaga, kienu pperfezzjonaw burner speċjali tal-gass sal-1855, li kien influwenzat minn mudelli preċedenti. Id-disinn iktar ġdid ta' Bunsen u Desaga, li kien jipprovdi fjamma iktar taħraq u nadifa, issa jissejjaħ sempliċement "Bunsen burner", tagħmir komuni tal-laboratorju.[7][8]

Kien hemm studji preċedenti tal-kuluri karatteristiċi tal-elementi msaħħna, iżda xejn sistematiku. Fis-sajf tal-1859, Kirchhoff issuġġerixxa lil Bunsen li missu jipprova jifforma spettri prismatiċi ta' dawn il-kuluri. Sa Ottubru ta' dik is-sena, iż-żewġ xjenzati kienu ivvintaw strument xieraq, prototip ta' spettroskopju. Bl-użu tiegħu, irnexxielhom jidentifikaw l-ispettri karatteristiċi tas-sodju, tal-litju u tal-potassju. Wara bosta purifikazzjonijiet skabrużi, Bunsen irnexxielu juri li kampjuni puri ħafna kienu jagħtu spettri uniċi. Matul ix-xogħol tiegħu, Bunsen individwa linji ta' emissjonijiet spettrali blu ġodda, li qabel ma kinux magħrufa, fil-kampjuni tal-ilma minerali minn Dürkheim. Huwa qata' li dawn il-linji kienu jindikaw l-eżistenza ta' element kimiku li kien għadu ma ġiex skopert. Wara d-distillazzjoni bir-reqqa ta' erbgħin tunnellata ta' dan l-ilma, fir-rebbiegħa tal-1860, irnexxielu jiżola 17-il gramma ta' dan l-element ġdid li sejjaħlu "ċesju", il-kelma Latina għal blu qawwi. Is-sena ta' wara skopra r-rubidju permezz ta' proċess simili.[9][10][11]

Fl-1860, Bunsen ġie elett bħala membru barrani tal-Akkademja Żvediża Rjali tax-Xjenzi.

Huwa ġie elett bħala membru tas-Soċjetà Filosofika Amerikana fl-1862.[12]

Fl-1877, Robert Bunsen flimkien ma' Gustav Robert Kirchhoff kienu l-ewwel riċevituri tal-medalja prestiġjuża ta' Davy "għar-riċerki u għall-iskoperti tagħhom fl-analiżi tal-ispettru".[13]

Bunsen kien wieħed mill-iktar xjenzati ammirati universalment tal-ġenerazzjoni tiegħu. Huwa kien għalliem prim, devot tal-istudenti tiegħu, u huma kienu jkunu devoti tiegħu bl-istess mod. Fi żmien ta' dibattiti xjentifiċi vigorużi u spiss imqanqlin ħafna, Bunsen dejjem ġab ruħu ta' ġentlom mill-aqwa, u żamm id-distanza minn tilwim dwar it-teoriji. Minflok kien jippreferi jaħdem fil-kwiet tal-laboratorju tiegħu, u jkompli jarrikkixxi x-xjenza tiegħu bi skoperti utli. Bħala kwistjoni ta' prinċipju huwa qatt ma għamel privattiva. Barra minn hekk, huwa qatt ma żżewweġ.[14][15]

Il-qabar ta' Bunsen fiċ-ċimiterju ta' Heidelberg

Minkejja n-nuqqas ta' pretensjonijiet tiegħu, Bunsen kellu "karattru kimiku" fuq tiegħu, kellu sens tal-umoriżmu żviluppat ferm, u huwa s-suġġett ta' bosta aneddoti tad-daħk.[16]

Irtirar u mewt

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta Bunsen irtira tal-età ta' 78 sena, huwa baqa' jaħdem biss fuq il-ġeoloġija u l-mineraloġija, li kienu interessi li kellu wkoll tul il-karriera tiegħu. Huwa miet f'Heidelberg, il-Ġermanja, fis-16 ta' Awwissu 1899, tal-età ta' 88 sena.[17][18]

  1. ^ Mary Elvira Weeks (1956). Discovery Of The Element. Journal Of Chemical Education.
  2. ^ a b American Chemical Society (1900). "Professor Robert W. Bunsen". Journal of the American Chemical Society. American Chemical Society. 23 (9): 89–107.
  3. ^ "Robert Wilhelm Bunsen | Encyclopedia.com". www.encyclopedia.com. Miġbur 2021-08-16.
  4. ^ The American Cyclopædia.
  5. ^ Oesper, R.E. (1941). "Bunsen's Trip to Iceland as Recounted in Letters to His Mother". J. Chem. Educ. 18 (6): 253–260.
  6. ^ Bunsen, R. (1841). "Ueber eine neue Construction der galvanischen Säule". Justus Liebigs Annalen der Chemie. 38 (3): 311–313.
  7. ^ Jensen, William B. (2005). "The Origin of the Bunsen Burner". Journal of Chemical Education. 82 (4): 518.
  8. ^ Faraday, Michael (1830). Chemical manipulation : being instructions to students in chemistry, on the methods of performing experiments of demonstration or of research, with accuracy and success. Londra : Murray.
  9. ^ The Hexagon. "Rediscovery of the Elements: Mineral Waters and Spectroscopy" (PDF).
  10. ^ Lockemann, G.; Oesper, R. (1955). "Bunsen's Transfer from Cassel to Marburg". J. Chem. Educ. 32 (9): 456–460.
  11. ^ "Robert Bunsen and Gustav Kirchhoff". Science History Institute (bl-Ingliż). 2016-06-01. Miġbur 2021-08-16.
  12. ^ "APS Member History". search.amphilsoc.org. Miġbur 2021-08-16.
  13. ^ "Davy Medal | Royal Society". royalsociety.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
  14. ^ Robert Wilhelm Bunsens Korrespondenz vor dem Antritt der Heidelberger Professur (1852): kritische Edition; Christine Stock, [ed.] Stuttgart: Wissenschaftliche Verlagsgesellschaft, 2007. ISBN 3-8047-2320-9.
  15. ^ Lockemann, G. (1949). Robert Wilhelm Bunsen. Stuttgart: Wissenschaftliche Verlagsgesellschaft. pp. 214–223.
  16. ^ Jensen, William B. (2013) Chapter 2, pp. 7–31 in "Characters in Chemistry: A Celebration of the Humanity of Chemistry", American Chemical Society Symposium Series, Vol. 1136. ISBN 9780841228016.
  17. ^ Lockemann, Georg (1957), "Bunsen, Robert", Neue Deutsche Biographie (bil-Ġermaniż), 3, Berlin: Duncker & Humblot, pp. 18-20.
  18. ^ Roscoe, Henry (1900). "Bunsen Memorial Lecture". Journal of the Chemical Society, Transactions. 77: 513.