Aqbeż għall-kontentut

René Adler

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Rene Adler)
René Adler
Informazzjoni personali
Twelid15 ta' Jannar 1985 (1985-01-15) (39 sena)
LeipzigĠermanja
Tul1.91 m
RwolGowlkiper
Mixtliet
1991–2000VfB Leipzig
2000–2003Bayer Leverkusen
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2006Bayer Leverkusen II
2006–2012Bayer Leverkusen
2012–2017Hamburger SV
2012–2017Mainz 05
Tim nazzjonali
2005Ġermanja U-21
2008–2013Ġermanja

René Adler (Leipzig, 15 ta' Jannar 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala gowlkiper.

Ta' sitt snin beda jilgħab mat-tim ġovanili ta' VfB Leipzig. Wara disa' snin, Adler issieħeb fi ħdan is-sistema ġovanili ta' Bayer Leverkusen fejn magħhom lagħab fir-Regionalliga. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-25 ta' Frar, 2007, kontra t-tim l-ewwel post fil-klassifika Schalke 04. B'Hans-Jörg Butt sospiż, Adler għen mhux ftit lit-tim biex jirbaħ 1–0, u b'hekk temm ir-rekord ta' tlettax-il logħba ta' inbattibilità għal Schalke. Għaxart ijiem wara d-debutt tiegħu, waslet ukoll l-ewwel dehra f'kompetizzjoni Ewropea li seħħet fit-Tazza UEFA kontra RC Lens. Fl-istaġun 2007–08 sar l-ewwel għażla bejn il-lasti għat-tim Ġermaniż u fl-aħħar tal-istaġun ġie nominat "L-aqwa gowlkiper tal-Bundesliga".

Mal-iskadenza tal-kuntratt tiegħu fl-2012, Adler ingħaqad ma' Hamburger SV.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Adler lagħab total ta' erba' logħbiet mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal-Ġermanja, gwidata minn Dieter Eilts. Fl-2008, ġie msejjaħ fost l-iskwadra tal-kbar għall-Kampjonati Ewropej 2008. Wara l-irtirar ta' Jens Lehmann u l-mewt għall-għarrieda ta' Robert Enke, hu sar l-ewwel għażla tat-tim matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Id-debutt wasal fil-11 ta' Ottubru 2008, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010 kontra r-Russja.

Għat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Afrika t'Isfel, hu kien mistenni li jkun l-ewwel għażla, però kellu jirtira mill-iskwadra minħabba uġigħ fil-kustilji.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]