Rebecca Cremona

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rebecca Cremona
Ħajja
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni direttur tal-films

Rebecca Cremona hija direttriċi Maltija tal-films. Hija magħrufa bħala d-direttriċi u l-koawtriċi ta' Simshar, l-ewwel film Malti li ġie sottomess għal Academy Award fil-kategorija ta' Best Foreign Language Film.

Edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Cremona kisbet BA fil-Films u l-Letteratura Komparattiva mill-Università ta' Warwick u MA fiċ-Ċinema għax-Xandir mill-Art Center College of Design.[1] Hija studjat ukoll fil-Konservatorju tal-Institut tal-Films tal-Amerika f'Los Angeles.[2]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Sa mill-bidu tal-karriera tagħha, Cremona ħadmet fuq numru ta' films maħdumin f'Malta, fosthom il-films Munich u Agora[2][3][4]. Fl-2009 hija ħadmet bħala direttriċi fuq il-film qasir Magdalene, li rebaħ EMMY għall-istudenti u d-Director’s Guild of America award.[2] Fl-2014 idderiġiet Simshar, film li jirrakkonta l-istorja magħrufa bħala s-'Simshar incident', fejn erba' persuni mietu fi splużjoni fuq bastiment tal-merkanzija ’l barra mix-xtut ta' Malta.[5]

Simshar ġie sottomess għall-konsiderazzjoni tal-ġurija fil-kategorija ta' Best Foreign Language Film matul is-87 edizzjoni tal-Academy Awards, u b'hekk huwa l-ewwel film Malti li qatt ġie sottomess għal dan il-premju.[5][6]  Il-film Simshar spiss jissejjaħ l-ewwel film Malti ta' tul ċinematografiku.[5][7][8][9][10]

Ġie rrappurtat li Cremona qed taħdem fuq film bit-titlu "The Gut", ibbażat fuq iż-żona ta' Strada Stretta fil-Belt Valletta, li fih se tidher Maisie Williams fir-rwol ewlieni.[11][12]

Filmografija[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Film Rwol Noti
2009 Magdalene Direttriċi/Awtriċi Film qasir
2014 Simshar Direttriċi/Koawtriċi Film twil

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "About Rebecca Cremona". Rock Productions. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  2. ^ a b ċ Stagno-Navarra, Karl (4 ta’ Lulju 2010). "Celluliod conquest is imminent - Rebecca Cremona". MaltaToday. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  3. ^ Aguilar, Carlos (16 ta’ Diċembru 2014). "Reclaiming Cinema: Dir. Rebecca Cremona on Her Groundbreaking Debut 'Simshar'". IndieWire. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  4. ^ Csölleová, Eva; Formánek. "Rebecca Cremona: Making film is an art of compromise". United Film. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  5. ^ a b ċ "Simshar vies for Oscar foreign language film nominations". MaltaToday. 10 ta’ Ottubru 2014. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  6. ^ "Maltese feature film Simshar shown and discussed in Berlin". Ministry for Foreign Affairs, Malta. 3 ta’ Marzu 2017. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  7. ^ "Simshar". European Union Film Festival. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  8. ^ Carabott, Sarah (27 ta’ Settembru 2016). "Simshar, the movie released in French cinemas". Times of Malta. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  9. ^ Wilson, Jake (30 ta’ Settembru 2015). "Simshar review: Crosswinds disrupt sea-based docudrama amid refugee parallel plot". The Sydney Morning Herald. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  10. ^ Reljic, Teodor (7 ta’ Mejju 2014). "Film Review | Simshar". MaltaToday. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  11. ^ Cilia, Johnathan (Novembru 2018). "EXCLUSIVE: Game Of Thrones' Maisie Williams Returns To Malta To Star In Maltese Film". Lovin Malta. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.
  12. ^ Nicholson, Rebecca (17 ta’ Ottubru 2018). "Game of Thrones' Maisie Williams: 'I'm still petrified of my peers'". The Guardian. Informazzjoni miksuba 9 ta’ Marzu 2019.