Aqbeż għall-kontentut

Strada Stretta

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Strada Stretta hija triq dejqa fil-Belt Valletta magħrufa għan-numru kbir ta’ ħwienet tax-xorb, swali tal-mużika u prostituzzjoni. Din it-triq kienet ċentru ta’ divertiment għall-baħrin u s-suldati barranin li kienu jinżlu Malta meta din kienet bażi militari Ingliża u iktar tard tan-NATO. It-tmiem ta’ din it-triq bħala ċentru ta’ divertiment twettaq meta tneħħiet il-bażi militari mill-gżejjer fis-sena 1979.

“It-Triq tad-Dwellijiet”

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-laqam ingħata lil din it-triq, għall-fatt li fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, spiss kien ikun organizzat spontanjament xi dwell bejn xi żewġ kavallieri sfidanti. Dan id-dwell kien normalment isir fuq xi mara. F’dan id-dwell, ġieli ħallew ukoll ħajjithom. Sa ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945), wieħed kien għad jista’ jara xi slaleb imnaqqxin mal-ħitan li jfakkru n-nies maqtula.

Prostituzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Din it-triq kienet magħrufa ukoll għall-prostituzzjoni fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri, tant li kienu l-istess Kavallieri li mhux 'il bogħod bnew orfanatrofju, li baqa’ magħruf bħala l-Orfanatrofju tal-Prostituti. Dan il-post kien fejn illum isiru l-eżamijiet fuq Sant’Iermu. Dan il-post kien jospita fih lil dawk il-prostituti li kienu jkunu kibru fl-età u saħansitra tfal illeġittimi. Xi ulied ta' kavallieri kienu jingħataw il-kunjom Spiteri, korruzzjoni tal-kelma Ospitalieri, li kienet waħda mill-kelmiet li tiddeskrivi lill-Ordni tal-Kavallieri nnifisha.

Il-prostituzzjoni saħansitra baqgħet għaddejja rampanti fi żmien il-ħakma Franċiża. Il-Franċiżi baqgħu jżommu din it-triq għall-istess skop. Il-ħwienet tal-prostituzzjoni kienu mhux biss magħrufa, imma kienu wkoll imfittxija.

Fis-seklu għoxrin, per eżempju, wieħed mill-pijunieri ta’ dan it-tip ta’ ħwienet tal-prostituzzjoni kien Ta’ Palmier. Dawn in-nies taw kontribut għall-fama, tajba jew ħażina, li din it-triq akkwistat, kabbret u ħaddnet magħha għal mijiet ta’ snin.

“The Gut”

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kelma deskrittiva li kienet tintuża mill-Ingliżi li kienu jafu sewwa dwar din it-triq għax kienu jiffrekwentawha kienet “The Gut”, forsi korruzzjoni tal-kelma “ghetto”, għax għal xi żmien f’dawn l-inħawi kienet tgħix il-komunità Lhudija, u d-djar kollettivi tal-Lhud jissejħu ghettos. L-iktar baħar fil-viċinanzi li hawn fil-Belt fejn dawn l-inħawi huwa dak magħruf bħala l-Fossa, magħruf bħala l-Port Lhudi, jew bl-Ilsien Ingliż bħala Jews Sally Port. Fi żmien l-aħħar gwerra dinjija, kien hemm preżenza qawwija ta’ Lhud li kienu residenti hemm.

L-għassa tal-pulizija

[immodifika | immodifika s-sors]

Għal ħafna żmien l-għassa tal-Pulizija tal-Belt kienet fi Strada Stretta biex tkun tista’ tissorvelja aktar din it-triq. Fil-parti t’isfel ta’ din it-triq jew aħjar f’dik il-parti magħrufa bħala d-Duwiballi, kien hemm għassa oħra tal-pulizija. Barra li kien ikun hemm dawk l-irġiel għassa mal-ħwienet, kien hemm ukoll dawk l-hekk imsejħa Red Caps, li kienu pulizija militari Ingliżi, kif ukoll dawk li kienu jsejħulhom Shore Patrols – li kienu jkunu pulizija navali, minbarra l-korp tal-pulizija ta’ Malta. Minħabba t-tendenzi ta’ ġlied u periklu ieħor li din it-triq kienet suġġetta għalihom, bilfors li kienet tinħass il-ħtieġa ta’ ronda u għassa stretta.

Ħwienet u swali fi Strada Stretta

[immodifika | immodifika s-sors]

REXFORD; VICTORIA ; MOULIN ROUGE; EGYPTIAN QUEEN (sala); FOLLIES BERGERE; BLACK DOG; JAZZ VARIETIES (sala); LAS VEGAS (sala tal-mużika); HAPPY RETURN; NEW LIFE (sala tal-mużika); MAGADOR; REGAL; METRO; NEW YORK; QUEEN ELIZABETH; LUCKY WHEEL; ARMY AND NAVY; UNITED SERVICE; CINDIRELLA; JOHN BULL (sala); MORNING STAR (sala); BING CROSBY; LORD NELSON; BULL AND BUSH; LANCASTER; OLD DICK PALMER; H.M.S TALAVERA; O.K BAR; TAVERN; SILVER STAR; FOUR ACES; METROPOLE; UNION JACK; EMPIRE; GARDEN OF EDEN; TICO TICO BAR; COTTON CLUB; Y OLD VIC; LOOP BAR; CAIRO BAR; BLUE PETER; SILVER HOUSE; SMILING PRINCE; CARMEN BAR; OVERSEAS; CAPE TOWN BAR; EAGLE; LUCKY BAR; LARRY BAR; SPLENDID BAR: PICCADILLY; DIRTY DICK’S BAR; BRITISH CROWN; CAMBRIDGE (sala); VICTORIA VARIETIES; CAFFÈ PHOENICIA. Lodging Houses – CENTRAL HOTEL; MPERIAL HOTEL; CAPE OF GOOD HOPE LODGING HOUSE; L.BUGEJA CENTRAL APARTMENTS. Ristoranti – CIKKO’S; PASTA HOUSE; MALATA; MUTUMALLU (ħanut rikreattiv); TA’ BABANNI; TAS-SUR KARM; WINDSOR

Nies ta' klassi għolji bieb ma' bieb ma' prostituti

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi Strada Stretta kienu jgħixu ukoll bosta familji u nies oħra tal-affari tagħhom. Sal-lum insibu bosta avukati f’din it-triq. Fuq in-naħa ta’ wara l-Kunvent tas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Santa Katerina, diversi qassisin, u saħansitra d-dar li fiha twieled il-Beatu Nazju Falzon, u bosta nies oħra. L-eks President, il-Professur Guido de Marco, għadda tfulitu wkoll fi Strada Stretta.

Ħwienet u permessi

[immodifika | immodifika s-sors]

In-nisa li kienu jaħdmu fil-ħwienet ta’ Strada Stretta kienu jinħtieġu l-permess u sabiex joqoghdu fil-ħwienet, riedu jilbsu l-midalja u min ma jurihiex, ara l-pulizija ġejjin għalih.

Waqt li l-baħrin jew is-suldati kienu jieħdu grokk vera jew birra, lin-nisa kienu jagħtuhom grokk finta. Kienu jagħtuhom landa, u fl-aħħar tal-ġurnata kienu jħalltu u jaqsmu. Dan kien isir għall-qliegħ tal-flus għat-tnejn, kif ukoll għal dawk in-nisa biex ma jiskrux, għax b’dak ix-xorb kollu kienu jispiċċaw fis-sakra. Dan il-qerq beda jindara u jsir popolari. Kemm il-barman kif ukoll il-barmaid kienu jaqilgħuha tajjeb.

Kien hemm ħafna ħwienet tat-tabakk, imma l-aktar wieħed magħruf kien dak fil-kantuniera ma’ Triq it-Teatru. Kien hemm l-Everday Library, kantuniera ma’ Triq l-Arċisqof, liema ħanut beda fil-ħamsinijiet. Insibu wkoll distributuri tax-Xorb, fosthom ċertu Anthony Zammit f’numri 128 , 129 u 130, Triq id-Dejqa. F’numru 129 kellu l-uffiċċju. F’numri 128 u 130 il-fabbrika tax-xorb u l-ħanut minn fejn ibiegħu. Manifattur ta’ l-aniżetta “Ta’ l-Ajkla”. Fuq il-tikketta kellu emblema ta’ ajkla. Kien jissiġilla t-tappijiet tal-fliexken tiegħu bix-xama’ u kellu s-siġill b’emblema ta’ ajkla fuqhom. Kien manifattur tar-rum bit-tikketta “Lambs Old Navy Rum”. Importatur u distributur ta’ bosta kwalitajiet ta’ birer fosthom it-Trio, il-Bass, il-Golden Tree u l-Liker Kord. Djar residenzjali. Lodgings. Bħas-Central Hotel, il-Cape of Good Hope Lodging House, l-Imperial Hotel u L.Bugeja Central Apartments. Mutumallu, li kien tip ta’ ħanut rikreattiv għan-nisa li kienu jaħdmu fil-ħwienet l-oħrajn.

Tajjeb wieħed igħid li mhux il-ħwienet kollha kienu tal-prostituzzjoni. Ħanut partikulari kien l-H.M.S Talavera. Dan kien ħanut tal-kumpannija, fis-sens ta’ ħbiberija. Difatti nsibu li erbgħa min-nisa li kienu jaħdmu fih spiċ-caw iżżewwġu fizzjali tas-servizz li saru Kattoliċi, u wara telgħu igħixu f’Cardiff. Mutumallu kien iservi ta’ kafeterija daqskemm ta’ post ta’ mistrieħ għan-nisa u l-klijenti. Restoranti bħal Cikko’s Restaurant, l-Isplendid Rest, ta’ Babanni tas-Sur Karm, il-Windsor Restaurant. Kien hemm ukoll ħanut tal-fwieħa u s-sbuħija bħat-Tamico Perfumery and Beautician. Kmamar tal-prostituzzjoni, Swali u Swali tal-Mużika.

Minn din it-triq ħarġu bosta mużiċisti kbar Maltin. Minn din it-triq ħarġet lista ta’ Maltin li mlew is-swali taż-żfin u l-mużika bl-allegrija u divertiment. Familji li ġenerazzjoni wara l-oħra taw kontribut kulturali kbir. Beltin li ferrħu tfal u żgħażagħ u ġabu n-nies lejn Strada Stretta. Nies li ħallew il-flus.

Mużiċisti li ħarġu minn Strada Stretta Karmenu Curmi Vjolin; Tony Curmi Sax; Manwel Curmi Vjolin-Accordion; Vince Curmi Vjolin; Johnny Curmi Pjanu-Drums; Joe Curmi (Il-Pusè) Drums-Sax; Paul Curmi Drums; Duminku Fiteni Pjanu; Wigi Fiteni Pjanu; Frans Fiteni Pjanu; Joe Fiteni Pjanu; Twanny Fiteni Pjanu; Vince Fiteni Pjanu-Drums; Ġużi Fiteni Vjolin; Joe Caruana Pjanu; Ġiġi Caruana Vjolin ; Joe Mifsud Pjanu; Leli (il-Bubun) Accordion-Pjanu; Mikiel (il-Grieg) Drums; Leli Borg Bonaci Pjanu; Tony Carr Drums; Leli Spiteri (il-Budella) Pjanu; Kaneni Pjanu-Boogie Woogie; Sunny Foster Drums; Paul Arnaud Sax; Oscar Lucas Sax-Klarinett; Charles Lucas Kuntrabaxx; Joseph Azzopardi (il-Meza) Pjanu; Romano Pjanu; Vinny Vella Sax; Dominic Vella Base; Sunny Vella Drums; Xercarm Sax; Freddie Mizzi Sax-Klarinett; Louis Lanzon - Drums; Joseph Fenech - Pjanu; Juic Wilson-stranġier Sax; Levy Wine - stranġier Entertainer-Dancer ; Molly (s-Sewda)- stranġiera Blues Singer; Bobby - stranġier Entertainer ; Paul Zammit Pjanu-Vjolin ; Jojo Zammit Pjanu; Pullu Asciak Bass; Ronnie Mackay Drums; Joseph Mifsud Drums; Jimmy Dowling Pjanu; Paul Palmier Pjanu; Joseph Palmier Drums; Frank Camilleri (il-Bibi) Pjanu; Jackie Freenee Drums; George Bartala (il-Brażil) Drums; Freddie Aquilina (Ta’ Żigarelli) Pjanu.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]