Porfirio Barba-Jacob

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Porfirio Barba-Jacob
Ħajja
Twelid Santa Rosa de Osos, 29 Lulju 1883
Nazzjonalità Kolombja
Mewt Belt tal-Messiku, 14 Jannar 1942
Kawża tal-mewt kawżi naturali (tuberkulożi)
Edukazzjoni
Alma mater Universidad Externado de Colombia (en) Translate
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb
Xogħlijiet importanti Q123029086 Translate
Psewdonomu Porfirio Barba Jacob, Maín Ximénezu Ricardo Arenales

Miguel Ángel Osorio Benítez (twieled fid-29 ta' Lulju 1883 – miet fl-14 ta' Jannar 1942), magħruf aħjar bil-psewdonimu tiegħu, Porfirio Barba-Jacob, kien poeta u kittieb Kolombjan.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa twieled f'Santa Rosa de Osos, Antioquia. Il-ġenituri tiegħu kienu Antonio María Osorio u Pastora Benítez, u trabba min-nanniet tiegħu f'Angostura. Fl-1895 huwa beda jivvjaġġa, l-ewwel fi ħdan il-Kolombja, u mbagħad mill-1907 lejn l-Amerka Ċentrali u l-Istati Uniti, qabel ma beda jgħix fil-Belt tal-Messiku mill-1930.

Għall-ħabta tal-1902 f'Bogotá, huwa stabbilixxa r-rivista letterarja El cancionero antioqueño (Il-ktieb tal-kanzunetti ta' Antioquia), li ġestixxa bil-psewdonimu Marín Jiménez. Ftit wara, huwa kiteb ir-rumanz Virginia, li qatt ma ġie ppubblikat peress li l-manuskritt oriġinali ġie kkonfiskat mis-sindku ta' Santa Rosa de Osos fuq allegazzjoni ta' immoralità.

Fl-1906 huwa mar jgħix f'Barranquilla fejn adotta l-psewdonimu Ricardo Arenales. Huwa kompla juża dan il-psewdonimu sal-1922 meta fil-Gwatemala huwa adotta psewdonimu ġdid li baqa' jużah għall-bqija ta' ħajtu: Porfirio Barba-Jacob. Għall-ħabta tal-1907, dejjem f'Barranquilla, huwa kiteb l-ewwel poeżiji tiegħu, bħal pereżempju Árbol viejo, Campiña florida, u l-iktar xogħol famuż tiegħu Canción de la vida profunda (Kanzunetta tal-ħajja profonda).

Monument tal-bronż u tal-konkos iddedikat lil Porfirio Barba-Jacob fil-park muniċipali ta' Santa Rosa de Osos, Antioquia, il-Kolombja. L-iskultura saret minn Rodrigo Arenas Betancur.

Matul il-vjaġġ tiegħu fl-Amerka Ċentrali, il-Messiku u l-Istati Uniti, huwa kkontribwixxa f'ħafna rivisti u ġurnali. Huwa sar ħbieb ma' Porfirio Díaz, u dan wassal biex kellu jaħrab lejn il-Gwatemala, imbagħad lejn Kuba, minħabba li ma qabilx ma' Manuel Estrada.

Fl-1918 huwa rritorna lejn il-Messiku, fejn jingħad li huwa kiteb bijografija ta' Pancho Villa. Fl-1922 huwa ġie espuls mill-pajjiż minn Álvaro Obregón u reġa' ħarab lejn il-Gwatemala, fejn reġa' ġie espuls fl-1924 minn Jorge Ubico. Barba-Jacob imbagħad mar lejn El Salvador, u wara li ġie ddeportat minn Alfonso Quiñones, ivvjaġġa lejn il-Honduras, New Orleans u Kuba. Fl-1927 huwa rritorna lejn il-Kolombja u, wara xi artikli u kontributi fil-ġurnal Kolombjan El Espectador, huwa telaq mill-Kolombja f'dak li mbagħad kellu jkun l-aħħar vjaġġ tiegħu.

Huwa miet fl-1942 bit-tuberkulożi fil-Belt tal-Messiku. Erba' snin wara mewtu, fil-11 ta' Jannar 1946, l-irmied tiegħu ġew mitluba mill-gvern Kolombjan u ġie rritornat fir-Rotonda de los Hombres Ilustres. Matul ħajtu, Barba-Jacob kien iddikjara apertament li kien omosesswali.

Xogħlijiet ewlenin[immodifika | immodifika s-sors]

  • Poemas intemporales

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]