Aqbeż għall-kontentut

Peter Serracino Inglott

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Peter Serracino Inglott
rettur

Ħajja
Twelid Valletta, 26 April 1936
Nazzjonalità Malta
Mewt Malta, 16 Marzu 2012
Kawża tal-mewt kawżi naturali (Creutzfeldt-Jakob disease (en) Translate)
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
(1951 - 1955) Baċellerat tal-Arti
Campion Hall (en) Translate
(1955 - 1958) Masters tal-Arti
Catholic University of Paris (en) Translate
(1958 - 1960) Bachelor of Divinity (en) Translate
Università Cattolica del Sacro Cuore (en) Translate
(1960 - 1963) PhD fil-filosofija
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni għalliem fl-università
saċerdot Kattoliku
politiku
filosofu
Impjegaturi Università ta' Pariġi
College of Europe (en) Translate
Università ta' Malta
Premjijiet
List

Peter Serracino Inglott (Valletta, 26 t'April, 1936 - 16 ta' Marzu, 2012), magħruf komunament bħala Father Peter, kien saċerdot, filosfu, professur, u eks-Rettur tal-Università ta' Malta. Huwa kien ċentrali fir-rikostruzzjoni tas-sistema edukattiva Maltija wara l-1987.

Bin Oscar u Maria Calamatta, Serracino Inglott kien ordnat qassis f'Milan fl-1962 minn Kardinal Montini li aktar 'il quddiem ġie proklamat Papa Pawlu VI.

Bejn l-1987 u l-1988, u mill-1 ta' Lulju 1991 sa meta rtira fl-1996, hu serva bħala Rettur tal-Università ta' Malta. Hu mexxa t-tibdil kbir u fetaħ l-Universita' għall-kotra.

Fil-kitba tiegħu kien hemm esplorazzjoni sħiħa fil-valutazzjoni artistika tax-xogħol letterarju. Kien hemm fuq kollox proċess filosofiku.

Hu studja f'Malta, Pariġi, u Oxford fejn kien Rhodes Scholar u rebaħ il-Premju tal-Kanċillier għall-Ingliż. Studja fl-Institut Catholique de Paris (BD cum laude 1958-1960) u fl-Università Cattolica del Sacro Cuore (Ph.D. 1960-1963) b'teżi fuq it-Tractatus Logico-Philosophicus ta' Wittgenstein. Għallem il-filosofija f'Malta, Ottawa, Venezja u Milan. Kien membru ta' diversi korpi internazzjonali u ppublika ħafna artikli fuq l-arti u l-kultura Maltija, l-estetika u r-reliġjon, u fuq il-fruntieri bejn il-filosofija u x-xjenzi soċjali.

F'ħajtu kellu diversi pożizzjonijiet għolja. Sena wara li nħatar qassis, jiġifieri fl-1963 kien Librar fl-Universita' ta' Malta u sentejn wara beda jgħallem il-Filosofija. Imbaghad fl-1971 laħaq Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija. Serva wkoll bħala Dekan tal-Fakulta' tal-Arti.

Flimkien ma' Professur Salvino Busuttil fl-1974 waqqaf il-European Documentation Centre fil-Belt Valletta. Kien iċ-Chairman tiegħu meta fl-1992 sar il-European Documentation and Research Centre, fejn ħadem mill-qrib mal-Professur Roderick Pace.

Fl-1978 laħaq Direttur tal-Istitut tal-Filosofija u l-Istudji umani.

Kien ukoll Professur fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta' Malta.

Serracino Inglott kien professur tal-estetika fl-Instituto Internazionale di Arte e Liturgia ta' Milan, visiting professor fl-Università ta' Pariġi II (Sorbonne – Pantheon) (1989-1990), UNESCO Fellow fl-Open University, UK (1978) u guest lecturer fl-universitajiet ta' Cincinnati, Milan (Cattolica), Venezja (Ca Foscari), Palermo u l-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges (1989, 1990).

Għal disa' snin bejn l-1987 u l-1996 serva bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Fl-istess snin kien ukoll Konsulent tal-Prim Ministru ta' Malta ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami. Reġa' serva bħala Konsulent bejn l-1998 u l-2004. Minkejja dan f'mewtu, Joseph Muscat, il-Mexxej tal-Partit Laburista stqarr li "l-Professur Peter Serracino Inglott kien protagonist ewlieni tal-ħajja intellettwali ta' pajjiżna għall-kważi nofs seklu. Għamilna għażliet politiċi differenti minn xulxin iżda ir-rispett u l-istima tagħna lejh bħala bniedem, bħala studjuż, bħala saċerdot, u bħala Malti li ħabb lill-pajjiżu, kienu għoljin ħafna. Minkejja dawn l-għażliet, kien hemm art komuni ta' soċjetà aktar ġusta, aktar tolleranti u aktar miftuħa. F'ismi, f'isem marti Michelle, il-familja tiegħi u l-Partit Laburista nesprimi s-sogħba tagħna għat-telfa ta' dan l-intelletwali ewlieni Malti."

Filosofija, Politika u Arti

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-filosofija ta’ Fr Peter dejjem poġġiet lill-bniedem sħiħ fil-qalba ta’ kull azzjoni politika f’dak li hu kien isejjaħ “il-primat tal-bniedem”. Bħala saċerdot u studjuż, dejjem fittex li jlaqqa’ flimkien it-tiftix razzjonali mat-twemmin. Għalih, “l-iskoperta ta’ Alla qiegħda fl-istħarriġ fil-fond, b’mod speċjali tal-ħolqien, u dan jiġi biss mill-istudju”.

Il-kontribut ta’ Fr Peter kien wieħed fl-aqwa sens ta’ dak li hu politiku, jiġifieri l-politika bħala mezz li jittraduċi ħsieb u valuri f’azzjoni prattika favur in-nies u l-familji biex dawn jilħqu l-milja tagħhom.

Fost il-kontributi kbar ta’ Fr Peter hemm l-impenn tiegħu fil-qasam soċjali, edukattiv, kulturali u artistiku. Bħala bniedem li ħabb l-għerf kien iddikjara li jixtieq li “l-Università ssir id-dar tal-poplu kollu” u wara l-1987 dan wettqu meta nebbaħ u mexxa r-riformi edukattivi li rrivoluzzjonaw dan il-qasam u fetħu beraħ il-bibien tal-Università u ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħrajn għal kulħadd. Bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija saħaq fuq il-bżonn li Malta tkun fuq quddiem nett fil-qasam tal-iżviluppi teknoloġiċi.

Kontribut ieħor tiegħu kien dwar is-soċjetà tal-wens, li fiha l-bniedem ma jkunx il-klijent tal-Istat iżda jkun il-qalba ta’ sistema sħiħa li tinkludi l-familja, il-privat u l-volontarjat f’soċjetà li tagħti sedqa u dinjità lil kull persuna.

Fr Peter jibqa’ msemmi kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna għall-kontribut li ta fil-qasam soċjali, edukattiv, kuturali u artistiku, iżda fuq kollox jibqa’ mfakkar għall-umiltà tiegħu u għal kemm kien aċċessibli għal kulħadd.

Fl-aħħar ftit xhur ta' ħajtu, hu beda jsoffri mill-marda Creuzfeldt-Jakob.[1] Il-funeral tiegħu sar fit-23 ta' Marzu 2012, wara li tpoġġa għall-qima tal-pubbliku, l-ewwel fuq il-kampus tal-Universita', u aktar tard il-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt. Il-quddiesa presente catavere saret fil-Knisja ta' San Pawl il-Belt stess, wara korteo li telaq mill-Knisja tal-Ġiżwiti.

  • Dottorat Honoris Causa mill-Università ta' Brunel tar-Renju Unit
  • Dottorat Honoris Causa mil-Luther College, Iowa
  • Dottorat Honoris Causa mill-International Maritime Law Institute.
  • Chevalier of the Légion d'honneur (1990) mill-Gvern Franċiż
  • Cavaliere di Gran Croce of the Ordine al Merito (1995) mill-Gvern Taljan
  • Gra-Cruz da Ordem (1995) mill-Gvern Portugiż
  • Kumpann tal-Ordni tal-Mertu (1995) mill-Gvern Malti

Kitbiet tiegħu

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Linji Ġodda (1973)
  • ‘Secolarizzazione e linguaggio’, fi Crisi dell’Occidente e Fondazione della Cultura (ed. N. Incardona), Palermo (1976);
  • ‘Malta and the EEC: The Priority of Political Considerations’, f' Azad Perspektiv, Malta, no. 8 (1979);
  • The Law of the Sea and the Development of Mediterranean Regional Institutions fi Small States in the Modern World: The Conditions of Survival (1979)
  • Beginning Philosophy (1987)
  • Mediterranean Music, UNESCO (1988) ma' Charles Camilleri
  • Ilħna Mkissra (1989)
  • Tal-Għaxra u Nofs l-Erwieħ (vol.I, 1989; vol. II, 1990; vol. III, 1991);
  • ‘The Mediterranean Story-Telling Sailor: Odysseus and Sinbad’ f' Atti della Terza Assemblea Plenaria della Communità delle Università Mediterranee (1989);
  • ‘Responsabilità morali degli scienziati nei confronti delle generazioni future’ fi Scienza ed Etica nella Centralità dell’ Uomo (ed. P. Cattorini), Milano (1990);
  • Compostella, Malta (1993) Libretto of an Opera on the European significance of the pilgrimage in medieval and contemporary times;
  • It-tieni mewt ta’ Lazzru (1994)
  • Peopled Silence (1995)
  • The Maltese Cross, Malta (1995) – A European Opera on the mystery of Schiller’s Die Malteser;
  • Pynchon, Wittgenstein and Malta (1995) ma' Petra Bianchi et al.;
  • The volume Interfaces, essays in honour of Peter Serracino-Inglott (1997) b'kontribuzzjonijiet ta':
    • Alain Blondy (Professor of History at the Sorbonne)
    • David E. Cooper (Professor of Philosophy at the University of Durham)
    • David Farley-Hills (Emeritus Professor at the University of Wales)
    • John Haldane (Professor of Philosophy and Head of the School of Philosophical and Anthropological Studies at the University of St. Andrews)
    • Peter Jones (Professor of Philosophy and Director of the Institute for Advanced Studies in the Humanities at the University of Edinburgh)
    • Elisabeth Mann Borgese (Professor of Politics at Dalhousie University)
    • Federico Mayor (Director General of UNESCO)
    • Paul Streeten (Professor of Economics and chairman of the editorial board of the bi-monthly journal World Development)
    • jinkludi bijografija qasira ta' Peter Serracino Inglott miktuba minn Joe Friggieri u bibliografija annotata.
  • Encounters with Malta (ed. with Petra Bianchi) (2000)
  • A Quest for Knighthood- Caravaggio for Children of all Ages (ma' Arja Nukarinen) (2009)
  • Perichoresis. A Meditation on the Icon of Our Lady of Damascus, Librerija Preca, (2010)

Libretti ta' Opri

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Compostella (1993) bit-Taljan;
  • The Maltese Cross (1995);
  • Zebra (2000);
  • Elisabeth; or to be a Mann (2005).
  1. ^ Malta loses its ‘most brilliant mind’ Malta titlef l-iktar moħħ brillanti, artiklu fuq timesofmalta.com.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]