Nisa f’Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Is-simbolu tal-ġeneru femminili

Il-kunċett tan-Nisa f’Malta jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-istatus soċjali tan-nisa fis-soċjetà Maltija f’kuntesti differenti tal-imgħoddi u tal-preżent fl-istorja ta’ Malta.[1]

Nisa f’Malta
Indiċi tal-Inugwaljanza bejn il-Ġeneri[2]
Valur 0.220 (2013)
Klassifikazzjoni 41 minn 152
Mortalità materna (kull 100,000) 8 (2010)
Nisa fil-Parlament 14.3 % (2013)
Nisa tal-età ta’ iktar minn 25 sena li temmew l-edukazzjoni sekondarja 68.6 % (2012)
Nisa fil-forza tax-xogħol 63.6 % (rata ta’ impjieg skont id-definizzjoni tal-OECD, 2019)[3]
Indiċi Globali tad-Diskrepanza bejn il-Ġeneri[4]
Valur 0.6761 (2013)
Klassifikazzjoni 84 minn 153

Edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Knisja Kattolika Rumana f’Malta ma tantx ippromwoviet wisq ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà, minn tal-inqas sas-seklu 20, għaliex kienet tal-fehma li r-rwol tan-nisa f’ħajjithom kien li jiżżewġu, ikollhom it-tfal u jieħdu ħsieb ix-xogħol tad-dar.[5]

L-edukazzjoni tal-bniet u tan-nisa f’Malta tindika: “...evidenza ta’ impenn notevoli għall-iżvilupp sħiħ tal-bniet u tan-nisa f’soċjetá globali”.[6]

Politika u suffraġju[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-għoti tas-suffraġju universali f’Malta fl-1947 ġew ikkontestati ħmistax-il elezzjoni ġenerali. 73 mara biss ikkontestaw f’dawn l-elezzjonijiet. Min-naħa l-oħra, l-għadd ta’ rġiel li kkontestaw f’dawn l-elezzjonijiet qabżu l-1,000. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, l-għadd ta’ nisa li kkontestaw fl-elezzjonijiet ġenerali żdied. Fil-fatt, 24 kandidat mara ikkuntestaw fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1998, l-ogħla numru fl-istorja, u sitta minnhom ġew eletti. B’hekk kien hemm rata ta’ suċċess għan-nisa ta’ 25 %.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1947 kien hemm l-iżgħar għadd ta’ kandidati nisa, fejn ikkontestaw żewġ nisa biss. Madankollu, ir-riżultat wassal għal rata ta’ suċċess ta’ 50 %, ladarba Agatha Barbara ġiet eletta. L-elezzjonijiet ġenerali tal-1955 kellhom l-iktar rata baxxa ta’ suċċess ta’ 14.3 % għall-kandidati nisa, fejn ġiet eletta biss kandidata mara waħda minn seba’. Fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ wara, ir-rata ta’ suċċess żdiedet bil-mod, sakemm fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1976 kien hemm rata ta’ suċċess ta’ 42.3 % għall-kandidati nisa, fejn ġew eletti tliet kandidati nisa minn seba’. Dawn kienu Agatha Barbara u Evelyn Bonaci għall-Partit Laburista u Anne Agius Ferrante għall-Partit Nazzjonalista li kisbet siġġu wara elezzjoni suppletiva.

Madankollu, ir-rati ta’ suċċess tal-ewwel u tat-tielet elezzjonijiet mirbuħa minn kandidati nisa qatt ma ntlaħqu sa issa (fl-1947 kienet 50 % filwaqt li fl-1951 kienet 57.1 %). Ir-rata bil-mod il-mod telgħet għal 42.9 % fl-1976, iżda dan l-andament pożittiv intilef u r-rata ta’ suċċess niżlet għal 20 % fl-1981. Fl-2003 reġgħet telgħet għal 28.6 %, bl-istess riżultat li kien inkiseb fl-1998, b’sitt membri parlamentari nisa, tlieta f’wieħed miż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’Malta.

Liġijiet dwar il-ħtif u ż-żwieġ[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2015, Malta ġiet ikkritikata minn Equality Now (“Ugwaljanza Issa”), għal liġi li, f’ċerti ċirkostanzi, tista’ tippreskrivi l-piena ta’ raġel li jaħtaf mara, jekk wara li jaħtafha, ir-raġel u l-mara jiżżewġu[7] (l-Artikolu 199 u l-Artikolu 200 tal-Kodiċi Kriminali ta’ Malta).[8] L-artikolu fl-aħħar mill-aħħar ġie abolit permezz tal-Artikolu 24 tal-Att XIII tal-2018.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Rudolf, Uwe Jens; Berg, Warren G. (2010). Historical Dictionary of Malta. Scarecrow Press. pp. 233–235. ISBN 9780810873902.
  2. ^ "| Human Development Reports". hdr.undp.org. Miġbur 2021-03-19.
  3. ^ "LFS by sex and age - indicators". stats.oecd.org. Miġbur 2021-03-19.
  4. ^ ""The Global Gender Gap Report 2013" (PDF). World Economic Forum. pp. 12-13" (PDF).
  5. ^ Cassar, Carmel (1988). "Everyday Life in Malta in the Nineteenth and Twentieth Centuries". In Manuel Victor Mallia (ed.). The British Colonial Experience 1800-1964: The Impact on Maltsse Society (PDF). Mireva Publications. pp. 91–126.
  6. ^ Grace, Gerald Rupert; Joseph, O’Keefe (2007), Grace, Gerald; O’Keefe, Joseph (eds.), "Copyright: Catholic schools facing the Challenges of the 21st century: An overview", International Handbook of Catholic Education Challenges for School Systems in the 21st Century, Volume, Netherlands: Springer, 2: 1–11, doi:10.1007/978-1-4020-5776-2, ISBN 978-1-4020-5776-2
  7. ^ "Equality Now". Equality Now (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-19.
  8. ^ "MALTA CRIMINAL CODE".