Anne Agius Ferrante
Anne Agius Ferrante | |||
---|---|---|---|
1980 - 1981 ← Ġorġ Borg Olivier | |||
Ħajja | |||
Isem propju | Anne Pullicino | ||
Twelid | Mdina, 20 Awwissu 1925 | ||
Mewt | Mosta, 5 April 2023 | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku |
Anne Agius Ferrante (20 t'Awwissu 1925 - 5 t'April 2023) kienet politika Maltija, magħrufa l-aktar bħala l-ewwel mara fil-parlament mal-Partit Nazzjonalista.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Imwielda Anne Pullicino fl-Imdina fl-20 t'Awissu 1925, u studjat fl-iskola ta' Santa Doroteja fl-Imdina stess u l-Kulleġġ tal-Qalb Imqaddsa f'tas-Sliema. Missierha kien l-avukat ġenerali ta' Malta, Sir Philip Pullicino, fi żmien l-Ingliżi.
Bejn l-1957 u l-1960 hija kienet il-Kummissarju tal-Ġżira ta' Malta għall-Girl Guides Association.[1]
Wara li kkontestat bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista l-elezzjoni ġenerali tal-1976, hija ġiet eletta f'elezzjoni każwali fl-1980 wara l-mewt tal-ex-prim ministru u mexxej tal-PN Ġorġ Borg Olivier.[2] Hija kienet l-ewwel deputat parlamentari għall-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser ukoll li għaddew 33 sena minn meta Agatha Barbara kienet l-ewwel mara eletta fill-parlament ta' Malta biex il-PN ikollhom membru tal-parlament mara.
Agius Ferrante kienet regolarment tirrakkonta kemm kien diffiċli għan-nisa li jittieħdu bis-serjeta fil-politika f'Malta, saħansitra b'esperjenza ta' ħadd preżenti għal corner meeting tagħha f'Tas-Sliema fis-snin sebgħin.[3] Għalkemm ħarġet għall-elezzjoni generali tal-1981 u 1987 hija ma reġgħetx telgħet fil-parlament u eventwalment irtirat għall-kollox mill-politika.[4]
studied at St Dorothy's Convent and at the Sacred Heart School.
Mill-1980 sal-1987 Agius Ferrante serviet ukoll bħala President tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista.[5]
Hija mietet fil-Mosta fl-5 t'April 2023. Il-president tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tat ġieħ lil Agius Ferrante mat-tħabbir ta' mewtha u stqarret li l-ewwel ħaġa li għamlet hi meta laħqet vici-president tal-Parlament Ewropew kienet propju li kitbet politikanta anzjana biex tirringrazzja tas-sehem tagħha biex in-nisa Maltin sabu posthom sew fil-politika.[1]
Il-funeral tagħha sar fil-Katidral tal-Imdina fil-11 t'April 2023.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Ann Agius Ferrante, Malta's first PN woman MP, dies aged 97 - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2023-04-14.
- ^ "agius-ferrante-anne". Parlament ta' Malta (bil-Malti). 2019-01-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-14. Miġbur 2023-04-14.
- ^ Vassallo, Sam (2023-04-06). "Watch: Anne Agius Ferrante, Malta's First Woman Nationalist MP, Has Passed Away At 97" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.
- ^ "Malta's first woman Nationalist MP turns 95". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.
- ^ a b Mamo, Christine (2023-04-11). "Tingħata l-aħħar tislima lil Anne Agius Ferrante" (bil-Malti). Miġbur 2023-04-14.