Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/2 ta' Ġunju
Dehra
2 ta' Ġunju:
- 455 – Il-Vandali daħlu Ruma, u ssakkiġġaw il-belt għal ġimagħtejn.
- 1896 – Guglielmo Marconi applika għal brevett għall-aħħar invenzjoni tiegħu: ir-radju.
- 1946 – It-twelid tar-Repubblika Taljana: F'referendum, it-Taljani vvutaw li jibdlu l-Italja minn monarkija għal repubblika. Wara r-referendum, ir-re tal-Italja Umbertu II ta' Savojja ġie eżiljat.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1740 – Marquis de Sade, kittieb Franċiż (m. 1814)
- 1840 – Thomas Hardy, kittieb Ingliż (m. 1928)
- 1857 – Edward Elgar, kompożitur Ingliż (m. 1934)
Mietu f'dan il-jum...
- 1701 – Madeleine de Scudéry (stampa), kittieba Franċiża (t. 1607)
- 1882 – Giuseppe Garibaldi, rivoluzzjonarju Taljan (t. 1807)
- 1970 – Giuseppe Ungaretti, poeta Taljan (t. 1888)
Kommemorazzjonijiet...
Fl-Italja jiċċelebraw il-Festa della Repubblica. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Erażmu ta' Formia, ta' Sant'Ewġenju I u tal-Qaddisin Marċellinu u Pietru.