Aqbeż għall-kontentut

Mons. Lawrenz Cachia

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Mons. Lawrenz Cachia
Ħajja
Okkupazzjoni

Monsinjur Lawrenz Cachia (Ħaż-Żebbuġ, 22 ta’ April, 1932) huwa saċerdot u studjuż tal-ilsien Malti.

Bin Peter u Marija xebba Cachia, Lawrenz studja fil-Liċeo bejn is-snin 1943 u 1948. Bejn l-1949 u 1956 studja fl-Università ta’ Malta, minn fejn kiseb il-Lic. D.

Fl-1956 Lawrenz Cachia ordna saċerdot, u mill-ewwel beda il-ħidma pastorali tiegħu. Kien Kappillan tal-Gudja. Għal xi żmien serva arċipriet ta' Ħaż-Żebbuġ.

Studjuż tal-Malti

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa ukoll studjuż tal-Ilsien Malti.

Fost il-pubblikazzjonijiet tiegħu nsibu:

  • Priżmi (ġabra ta’ poeżiji ma’ Dr Philip Sciberras fl-1968)
  • Il-Verbi fil-Malti : Studju Dwar il-Forom (1984)
  • Mikiel Anton Vassalli – Ħajtu fil-Qosor (1988)
  • L-Ilsien Malti – Il-Bieraħ u Llum (1994)
  • Grammatika Ġdida tal-Malti (1994)
  • Missirijiet il-Knisja (1997)
  • Dun Karm il-Poeta Nazzjonali (1999)
  • Ħabbew l-Ilsien Malti (2000)
  • Ilsna Semitiċi (2004)
  • Dun Karm, il-Ħajja tal-Poeta Nazzjonali (2011)

Fl-1996, huwa ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-Gvern Malti u fl-2017 il-Midalja tad-Deheb Ġieħ l-Akkademja tal-Malti.