Mons. Fortunat Mizzi
Mons. Fortunat Mizzi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 25 Lulju 1927 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 8 Settembru 2017 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Familja | |
Missier | Enrico Mizzi |
Omm | Bice Mizzi |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | Qassis fil-Knisja Kattolika |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Monsinjur Fortunat Mizzi (25 ta' Lulju 1927 - 8 ta' Settembru 2017) kien saċerdot Malti, fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali. Huwa kien l-uniku wild tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi.
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Monsinjur Fortunato Mizzi kien issemma għan-nannu tiegħu, il-fundatur u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi.
Matul ħajtu, Monsinjur Mizzi għex fl-istess dar li fiha għex u miet missieru, Enrico Mizzi, fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta. Hemmhekk, Monsinjur Fortunato Mizzi baqa’ jgħix kważi għal ħajtu kollha, sakemm fl-2009 beda jgħix fid-Dar tal-Kleru.
Saċerdot impenjat soċjalment
[immodifika | immodifika s-sors]Mons. Mizzi kien ordnat saċerdot fl-1952, u kien magħruf fost affarijiet oħra għall-ħidma tiegħu biex twaqqaf il-Moviment Azzjoni Soċjali (MAS) fl-1955.
Huwa waqqaf ukoll unjins tal-ħaddiema u koperattivi. Jitqies bħala pilastru importanti fil-knisja f'Malta fejn jidħlu inizjattivi ispirati mit-tagħlim soċjali tal-Knisja.
Mons. Mizzi kien għal snin twal membru tal-Kunsill Presbiterali u diversi kunsilli oħra fil-Knisja.
Kellu sehem kbir ukoll fit-traduzzjoni tad-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II.
Fis-sena 2000, huwa ingħata l-Ġieħ fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
Ħafna jiddeskrivuh bħala bniedem eżemplari, preċiż u b'rispett kbir lejn l-oħrajn.Kien ukoll riservat, imma fl-istess ħin dirett u ma jdurx mal-lewża.
Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.
Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta’ Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f’Malta.
Mewt u Funeral
[immodifika | immodifika s-sors]Monsinjur Fortunato Mizzi miet mewta naturali fl-età ta' 90 sena, għall-ħabta tal-4.00 p.m., imdawwar minn numru ta’ persuni li sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu baqgħu iżommulu kumpanija.
Il-funeral tiegħu sar fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt. Il-quddiesa presente cadavere kienet konċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Pawl Cremona li fl-omelija tkellem dwar il-kwalitajiet ta’ Dun Fortunato Mizzi. Huwa qal li Dun Fortunato kien bniedem li ma jħobbx jitkellem dwaru innifsu u kellu l-valuri bħala prijorità fil-ħajja tiegħu.
Għall-quddiesa presente cadavere attendew diversi personalitajiet fosthom il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, il-Kap tal-PN Simon Busuttil, l-ex Kap tal-PN Lawrence Gonzi, u l-kontestant għal Kap tal-PN Adrian Delia.