Aqbeż għall-kontentut

Opossum ġurdien sufi tal-pil twil

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Marmosa demerarae)
Opossum ġurdien sufi tal-pil twil
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Isem binominali
Micoureus demerarae
(Thomas, 1905)
Sottospeċijiet
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi tal-pil twil Micoureus demerarae

L-Opossum ġurdien sufi tal-pil twil magħruf xjentifikament bħala Micoureus demerarae, huwa wieħed minn 6 speċijiet ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

L-Opossum ġurdien sufi tal-pil twil, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna). Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' dawk subtropikali u tropikali xotti.

Micoureus demerarae huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott u varjeta kbira ta' insetti, għalkemm bajd, żrieragħ, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu kull meta tinqala l-okkażżjoni.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Brażil, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Paragwaj, Surinam u Venezwela

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq/Linkijiet Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]