Marcel Proust
Marcel Proust | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Valentin Louis Georges Eugène Marcel Proust |
Twelid | is-16 arrondissement ta' Pariġi, 10 Lulju 1871 |
Nazzjonalità | Franza |
L-ewwel lingwa | Franċiż |
Mewt | is-16 arrondissement ta' Pariġi, 18 Novembru 1922 |
Post tad-dfin |
Iċ-Ċimiterju Père Lachaise Marcel Proust's tomb (en) |
Kawża tal-mewt | (pulmonite) |
Familja | |
Missier | Adrien Proust |
Omm | Jeanne-Clémence Proust |
Konjuga/i | Not married |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
École Libre des Sciences Politiques (en) Università ta' Pariġi |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
rumanzier saġġist kittieb kritiku letterarju poeta prożatur |
Post tax-xogħol |
Pariġi Dordrecht (en) |
Xogħlijiet importanti |
À l'ombre des jeunes filles en fleurs (Fid-dell tat-Tfajliet bil-fjuri) À la recherche du temps perdu (Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf ) Jean Santeuil |
Premjijiet | |
Moviment artistiku |
sensiela ta' rumanzi esej pastiche |
Marcel Proust (bil-Franċiż: [maʁsɛl pʁust]; isem komplut: Valentin Louis Georges Eugène Marcel Proust; (10 ta' Lulju Paríġi 1871 - 18 ta' Novembru 1922, Paríġi) kien rumanzier, saġġista u kritiku Franċiż li l-kapulavur tiegħu, ir-rumanz Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf (títlu oriġinali bil-Franċiż: À la recherche du temps perdu), magħmul minn seba' partijiet ippubblikati bejn l-1913 u 1927, kienet waħda mill-qċaċet tal-letteratura tas-seklu 20 u kellha influwenza enormi kemm fil-qasam tal-letteratura u kemm fil-filosofija u t-teorija tal-arti.
Fiha, l-awtur Franċiż wettaq xogħol importanti ħafna ta’ introspezzjoni li fih, waqt li jiftakar il-passat kollu tiegħu, irnexxielu jpinġi ħajtu f’narrattiva li fiha poġġa lilu nnifsu bħala n-narratur omnipotenti tal-kitba awtobijografika tiegħu u ħoloq atmosfera ta' ħolm karatteristiku tiegħu, fejn riħa, togħma, jistgħu jsiru importanti ħafna, u jġibu memorja oħra, u b'hekk joħolqu baħar inkredibbli ta' letteratura.
Daħla
[immodifika | immodifika s-sors]Proust twieled f'familja sinjura u edukata (missieru kien tabib ta' fama internazzjonali u ommu mara Lhudija kolta ħafna) li dejjem ipprovdiet il-bżonnijiet materjali matul il-ħajja qasira tiegħu. Kien tifel protett ħafna minħabba l-fraġilità ta’ saħħtu, kundizzjoni li baqa' jbati biha, ġeneralment bħala attakki tal-ażżma, sal-sal-mewt bikrija tiegħu fl-età ta’ wieħed u ħamsin sena.
Bħala żagħżugħ, huwa beda jiffrekwenta s-salons aristokratiċi, fejn seta' jiltaqa' ma' kull tip ta' letterati u artisti u, fl-istess ħin, kiseb il-fama ta' snob, li minħabba fiha André Gide, kittieb u editur tan-Nouvelle Revue Française (NRF), irrifjuta l-manuskritt ta’ À la recherche ... kważi mingħajr ma qrah.[1] Huwa uża l-fortuna tal-familja biex jgħix mingħajr ma jaħdem u jiddedika ruħu għall-kitba, għalkemm mingħajr l-ebda suċċess għal aktar minn għoxrin sena. Dak iż-żmien irnexxielu jikteb biss rumanz wieħed li qatt ma spiċċa u li ma ppubblikahx, minbarra xi artikli u traduzzjonijiet li ma kisbux attenzjoni wisq.
Fl-1907 beda dik li kienet se tkun l-ewwel parti tar-rumanz kbir tiegħu, Mix-Xaqliba ta' Dar Swann (Du côté de chez Swann)[2] , ippubblikat fl-1913 a spejjeż tal-awtur. It-tieni parti, Fid-Dell tat-Tfajliet bil-fjuri (À l'ombre des jeunes filles en fleur) rebaħ il-Premju Goncourt fl-1919, l-ewwel rikonoxximent ta' importanza li kiseb Proust meta kien fadallu biss tliet snin ħajja. Marid ħafna, huwa ddedika dawn l-aħħar snin ta' ħajtu esklussivament biex jispiċċa l-kapulavur kbir tiegħu, maqful fid-dar tiegħu u bilkemm jara nies. Miet mingħajr ma spiċċah f'Novembru 1922 bi bronkite kkurata ħażin. Ħuh ħa f'idejh il-pubblikazzjoni tal-manuskritti, li dehru wieħed wieħed sakemm is-seba' u l-aħħar volum ġie ppubblikat fl-1927: Iż-Żmien Misjub mill-Ġdid (Le temps retrouvé).
À la recherche du temps perdu hu riflessjoni profonda dwar iż-żmien, il-memorja, l-arti, il-passjonijiet u r-relazzjonijiet umani imħallta ma' sentiment ta’ falliment u l-vojt tal-eżistenza, fejn hemm imdaħħlin aktar minn mitejn karattru li Proust ħoloq b’attenzjoni kbira, jinseġ f'kull wieħed minnhom traċċi ta' xi ħaġa jew oħra tan-nies li kien jaf matul ħajtu. Fih aħna nsegwu n-narratur fil-memorja twila u metikoluża tiegħu mill-jum meta madeleine[3] imfitta fit-te reġgħet fakkritu b'mod mhux mistenni fl-imgħoddi li kien diġà nesa, li ftit ftit jibda jikxef permezz ta’ kull tip ta’ riżorsi immaġinabbli użati matul l-istorja kollha: deskrizzjonijiet poetiċi, paraguni u metafori, riflessjonijiet filosofiċi u espożizzjonijiet letterarji ta' teoriji metafiżiċi, ġrajjiet, diskussjonijiet u konversazzjonijiet imferrrxin mal-aktar karattri varjati fl-aktar postijiet diversi.
Ix-xogħol hu mibni minn bosta temi, li fosthom jispikkaw dawn:
- L-imħabba u l-għira, li jidhru speċjalment fir-relazzjoni bejn Swann u Odette, kif ukoll bejn ir-rakkontatur u Albertine.
- L-arti fl-għamliet kollha tagħha: pittura, mużika, letteratura, teatru, arkitettura, skultura.
- Il-kundizzjoni eżistenzjali u s-suġġettività essenzjali li jikkonstitwiha.
- Ir-relazzjoni bejn iż-żmien u l-memorja.
- L-ambjenti soċjali differenti li jikkuntrastaw bejniethom, bżall-familja u l-ħbieb, il-belt u r-raħal, is-solon burgiżi u dawk aristokratiċi.
- L-omosesswalità, tema ttrattata fil-personalitajiet ta' Robert de Saint-Loup, il-Baruni de Charlus u Charles Morel.[4]
Proust joffri panorama sħiħa tad-dekadenza tan-nobbiltà Franċiża fl-aħħar tas-seklu 19, imma fl-istess ħin jikkonserva għall-posterità dak l-istil ta’ ħajja permezz tar-rikkezza immaġinattiva tal-memorja tiegħu.
Minbarra dan ix-xogħol ewlieni, kiteb Les Plaisirs et les Jours (kumpilazzjoni mħallta), Jean Santeuil (rumanz mhux mitmum u editjat wara mewtu, ippubblikat fl-1952) u sensiela ta’ artikli fil-gazzetti (prinċipalment ta’ kritika letterarja u miġbura f’Contre Sainte-Beuve u Pastiches et Mélanges), kif ukoll numru kbir ta' ittri — aktar minn mitt elf — li l-pubblikazzjoni tagħhom tlestiet fl-1993 u tilħaq wieħed u għoxrin volum[5]. Huwa ttraduċa lil John Ruskin (The Bible of Amiens, Sesame and Lilies) bl-għajnuna ta’ ommu, li l-Ingliż tagħha kien eċċellenti, bħala eżerċizzju biex jitgħallem il-lingwa.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Marcel Proust twieled f'Pariġi, fid-distrett ta' Auteuil (is-16-il arrondissement tal-lum). Huwa kien it-tifel il-kbir ta' Adrien Proust, epidemjologu Franċiż famuż, professur fil-Fakultà tal-Mediċina ta' Pariġi u konsulent tal-gvern dwar kwistjonijiet ta' saħħa, u Jeanne Clemence Weil, Lhudija Alsazjana neputija ta' eks-Ministru tal-Ġustizzja, li kellha kultura vasta u kienet determinanti għall-vokazzjoni letterarja ta' Proust; hi kienet l-akbar imħabba ta' ħajtu.
Il-fraġilità u s-sensittività eċċessiva karatteristiċi ta’ Proust kienu ġejjin minn twelidu u tfulitu
It-tifel (...) tant twieled dgħajjef li missieru beża' li mhuwiex ħa jgħix. Ingħata kull tip ta’ rimedju. Kien juri intelliġenza u sensittività prekoċi, iżda saħħtu baqgħet delikata. [6] |
Min-naħa l-oħra, Adrien u Jeanne kellhom tifel ieħor, Robert, li twieled fl-1873. Dan għall-kuntrarju ta’ Marcel, issodisfa l-ambizzjoni ta’ missieru rigward il-futur professjonali ta' uliedu u sar kirurgu ta’ suċċess. Minħabba f'hekk Marcel Proust seta’ jevita l-pressjoni tal-familja u jsir dak li dejjem xtaq, kittieb.
Il-familja ta' Proust kienet tivvjaġġa minn Auteuil għad-dar ta' zijiethom Amiot u oħt Adrien, Elisabeth, fi żmien l-Għid. Id-dar kienet tinsab f 'Illiers, ir-raħal ta' missieru, madwar 25 kilometru 'l bogħod minn Chartres. Kien f'Auteuil, ħdejn il-Bois de Boulogne, li Proust kien ispirat biex joħloq Balbec ta' À la recherche .... Min-naħa l-oħra Illiers kien il-mudell għal Combray. Tant hu hekk li, fl-1971, Illiers ingħata isem ġdid Illiers-Combray ad unur ta' Proust u hemmhekk jinġabru l-ammiraturi ta' Proust kważi f'purċissjoni reliġjuża, biex jieħdu tieħu kikkra tè bil-madeleines biex ifakkru l-famuża silta minn Mix-Xaqliba ta' Dar Swann, dwar il-madeleine ta' Proust.
Marcel kien tifel dgħajjef u ażżmatiku u kien isofri l-aktarfil-bidu ta' kull rebbiegħa mill-polline tal-fjuri. Madwar l-1880, meta kellu biss disa’ snin, Proust sofra l-ewwel attakk serju ta’ ażżma meta ġie lurarritorna mal-ġenituri tiegħu minn mixja fil-Bois de Boulogne. Kien ħa jifga u ma bedix jieħu n-nifs hekk li missieru ħasbu mejjet, imma fl-aħħar irkupra. Għalhekk iż-żjarat f'Illiers bdew jonqsu u fl-aħħar waqfu u Proust, minn hemm 'il quddiem, kien iqis lil Illiers bħala ġenna mitlufa. L-attendenza tiegħu fl-iskola kienet irregolari u la fl-iskola primarja u lanqas fil-Liċeo Condorcet ma kien ikkunsidrat bħala student promettenti wisq.
Adolexxenza u żgħożija
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li attenda l-iskola primarja għal żmien qasir, fejn kellu miegħu bin il-kompożitur Georges Bizet, Jacques, li kien ħa jsir ħabib kbir fis-snin tal-adolexxenza, beda l-istudji sekondarji tiegħu fl-1882 fil-Liċeo Condorcet. Hemmhekk eċċella fil-lingwa u l-letteratura, però l-awturi bħal Víctor Hugo u Alfred de Musset kienu diġà jafhom bl-amment.[7] Eċċella wkoll fil-klassi tal-filosofija fejn kellu bħala wieħed mill-għalliema tiegħu 'l Alphonse Darlu, u l-kompożizzjonijiet tiegħu kienu notevoli għas-sentenzi twal u kkomplikati. Minbarra Jacques Bizet, sar ħabib ukoll ma' Fernand Gregh u Daniel Halévy, li magħhom ippubblika xi artikli fir-rivisti letterarji tal-liċeo.
L-ewwel imħabba tiegħu kienet Marie de Bénardaky, bint diplomatiku Pollakk. Huwa kien imur jilagħab magħha kull nhar ta' Ħamis wara nofsinhar fil-ġonna ta' Champs-Elysées, flimkien ma' Antoinette u Lucie Faure, ulied il-president futur Félix Faure, Léon Brunschvicg, Paul Bénazete u Maurice Herbette, fost oħrajn.[8] Ma baqax jara lil Marie fl-1887, u ma stax iħobb lil xi ħadd ieħor ħlief lil ommu wara. Proust jirrakkonta l-memorja tat-tifla tax-Champs-Élysées fl-episodji tan-narratur ma' Gilberte f' 'À la recherche ...' '
L-ewwel sforzi letterarji tiegħu bdew fl-aħħar snin tiegħu fil-Liċeo (fl-1892, Gregh waqqaf magażin żgħir ma' sħabu tal-klassi, "Le Banquet", li fih Proust kien kontributur regolari). Kien ukoll f'dan iż-żmien li beda jikseb il-fama ta' 'snob' ', għax diġà fl-1888, fl-età ta' sbatax-il sena, Proust kien beda jiffrekwenta s-salons Pariġini fejn kien jistabbilixxi relazzjonijiet ma' nisa tal-burgeżija għolja, artisti u letterati ta’ dak iż-żmien. It-tlugħ tiegħu fis-soċjetà kien qiegħed jibda u ma waqafx qabel ma jirtira mis-salons ħafna iktar tard, billi l-eleganza ta' Proust u s-sbuħija ta' kliemu kien isaħħarhom in-nisa tas-soċjeta għolja. Kull filgħaxija kien jiffrekwenta s-salons u l-kafejiet u l-karozzin tiegħu kien famuż madwar Pariġi. Minħabba d-dħulija l-intelliġenza tiegħu kien jagħmel ħbieb faċilment. Għal xi oħrajn, min-naħa l-oħra, l-imġieba ta’ Proust kienet ta' min jikkundannaha u kisbitlu isem ħażin; pereżempju André Gide jammetti li rrifjuta l-manuskritti ta' À la recherche' minħabba l-impressjoni ħażina li kien ħa tal-awtur tagħhom.[9]
Dan kien wieħed mill-istadji li affettwaw l-iktar lill-awtur u x-xogħol tiegħu. Kien ukoll madwar dawk is-snin li Proust kellu l-ewwel relazzjoni omosesswali msemmija f'ħajtu. Il-maħbub tiegħu kien Lucien Daudet, bin il-kittieb Alphonse Daudet, u r-relazzjoni tagħhom, skandaluża għal dak iż-żmien meta per eżempju ma kinux jaħsbuha li jikkundannaw lil Oscar Wilde għall-ħabs u x-xogħol furzat għar-reat ta' omosesswalità (1895 ), ġiet żvelata minn Jean Lorrain f' Le Journal.
Dan il-perjodu ta’ ħajtu, madankollu, ma damx għax fl-1889, Proust iddeċieda li jidħol voluntier fis-servizz militari. Din id-deċiżjoni setgħet kienet dovuta għall-fatt li ried jgħix ma' sħabu u, jista' jkun ukoll, għax b'dan il-mod seta' jqassar it-tul tas-servizz obbligatorju. Marcel iddikjara li din l-esperjenza kienet waħda mill-aktar pjaċevoli f’ħajtu. Imma fil-valutazzjoni finali tiegħu poġġieha fit-63 pożizzjoni minn 64. Wara li temm is-servizz tiegħu fl-1890, ried jerġa' jidħol, iżda minħabba s-saħħa ħażina tiegħu ma setax. Matul dawk is-snin għamel ħbieb ma' Robert de Bailly u ma' Gasto Arman de Caillavet u l-għarusa tiegħu Jeanne Pouquet. Dawn ispirat biex joħloq il-karattri ta' Roberto de Saint-Loup u ta' Gilberte f'À la recherche ... . F'dan iżmien beda jiffrekwenta s-salon ta ' Madame de Caillavet, li kienet tgħix separata minn żewġha u kienet il-maħbuba ta' Anatole France. Permezz tagħha, Marcel iltaqa’ mal-kittieb famuż, li fuqu fassal il-karattru ta’ Bergotte, ma' Alexandre Dumas (l-iben) u mal-filosofu Víctor Brochard.
Biex jikkuntenta 'l missieru, studja l-liġi u sar avukat, iżda rrifjuta li jipprattika u rnexxielu jikkonvinċi lil missieru li ma setax ikollu karriera oħra ħlief fil-letteratura u l-filosofija. Allura ggradwa wkoll fil-letteratura fl-1895. Matul l-istudji tiegħu kien student, fost oħrajn, ta' Albert Sorel, li ġġudikah "mhux intelliġenti" fl-eżami, u ta' Henri Bergson, li l-ideat tiegħu dwar iż-żmien jinfluwenzaw ix-xogħol ta' Proust. Anke meta rnexxielu jikseb lawrja fid-dixxiplina li l-iktar kienet togħġbu, lanqas ma pprattika l-professjoni fiha, iżda minflok uża l-fortuna tal-familja biex ikompli jiffrekwenta salons waqt li jikteb testi żgħar li qatt ma kellhom ħafna impatt.
Fl-1896, fl-età ta' 25 sena, huwa ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu: Les Plaisirs et les jours (Il-Pjaċiri u l-Ġranet), ġabra mixxellanja ta' poeżiji bil-proża, novelli twal fl-istil tad-Dekadentiżmu, illustrat minn Madeleine Lemaire u b'daħla ta' Anatole France. Madankollu, il-ktieb ma tantx ġie nnotat u l-kritiċi li tkellmu dwaru kienu kkritikawh bl-aħrax, kif kien il-każ ta' Jean Lorrain. Dan, kittieb u omosesswali li kien skandalizza ħafna nies billi ppubblika l-inklinazzjonijiet tiegħu b'mod esaġerat, għamel kritika ħarxa tal-ktieb u, barra minn hekk u qal li Proust kien iħobb lil Lucien Daudet. Proust ħassu offiż, ma aċċettax li l-omosesswalità tiegħu kienet rikonoxxuta fis-soċjetà, u sfidah għal dwell, li fortunatament ma kellu l-ebda konsegwenza peress li t-tnejn sparaw fl-arja. Kull ma kiseb kienet ir-reputazzjoni ta' dilletante mondan li baqgħet miegħu sal-pubblikazzjoni ta' Mix-Xaqliba ta' Dar Swann u kienet se tinfluwenza l-atitudni lejn ix-xogħol tiegħu sa dak il-mument.
Fl-1906 Marcel Proust irċieva daqqa ta' ħarta terribbli bil-mewt ta' ommu, li tant kienet importanti għalih. Huwa ħassu kompletament waħdu u marid, kellu biss lil ħuh Robert, imma dan kien miżżewweġ. Mar joqgħod Versailles biex jgħix ħdejn ħabiba ta' ommu. Dak li kien ħa jkun wieħed mill-akbar xogħlijiet tal-letteratura universali kien qiegħed jitrawwem hawn.
Il-kitba ta' Jean Santeuil
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1893, Proust iltaqa' mal-aristokratiku Robert de Montesquiou, poeta omosesswali, li kien influwenti ħafna f'ħajtu u fix-xogħol tiegħu. Montesquiou introduċieh, bejn l-1894 u l-1900, fl-ambjent aristokratiku, u ppreżentah f'salons bħal dawk tal-Kontessa Greffuhle, tal-Prinċipessa ta' Wagram u tal-Kontessa ta' Haussonville. Kien minn din l-esperjenza mondana li Proust ġabar il-materjal u ħejja ruħu biex jikkomponi x-xogħol kbir tiegħu.
Iżda Proust dan beda jiktbu fl-1907 u f'dan iż-żmien kiteb rumanz ieħor li b'xi mod ħabbar À la recherche ... minħabba l-istil tiegħu, it-temi tiegħu, il-protagonist, il-ħeġġa tiegħu biex jirkupra ż-żmien li għadda, il-previżjoni tar-rivoluzzjoni tar-rumanz, imma ma kienx sodisfatt bih u qatt ma spiċċah. Dan kien Jean Santeuil, li nkiteb matul is-sajf tal-1895, rumanz li jirrakkonta l-ħajja ta' priġunier żagħżugħ li kellu passjoni għal-letteratura f'Pariġi mondana tal-aħħar is-seklu 19. Ir-rumanz ġie ppubblikat biss wara mewtu, minn Bernard de Fallois, fl-1952. Dan kellu jerġa' jiġi rikostrutt minn frammenti u ma kellux titlu. Fih Proust jevoka b'mod speċjali l-każ Dreyfus, li fih kien ipparteċipa bil-ħerqa: kien wieħed mill-ewwel nies li ċċirkolaw petizzjoni f'isem il-Kaptan Dreyfus, Lhudi akkużat inġustament, li kienet iffirmta wkoll minn Anatole France fost oħrajn. Il-każ Dreyfus, li l-verità tiegħu ma kinetx saret magħrufa pubblikament qabel ħafna iktar tard, għamel mewġa qawwija ta' antisemitiżmu, speċjalment fil-qasam aristokratiku li Proust kien jiffrekwenta. Dan kien wieħed mid-diversi raġunijiet għaliex biex jabbanduna l-ħajja soċjali kollha fil-bidu tas-seklu l-ġdid.
Fl-1896 Proust bi flusu ppubblika Il-pjaċiri u l-ġranet , ġabra ta' poeżiji fil-proża, ritratti u stejjer twal fi stil dekadenti, illustrati minn Madeleine Lemaire, sidt is-salon li Proust kien iżur regolarment flimkien mal-maħbub Franko-Venezweljan tiegħu Reynaldo Hahn, li kkontribwixxa għall-ktieb bi xi partituri li kkompona hu, u b'daħla ta' Anatole France. Il-ktieb lil Proust kisiblu l-fama ta’ dilettant mondan li ma' tilifx sal-pubblikazzjoni tal-ewwel volumi ta’ À la recherche ... l-fl-1913. Aktar ma għadda ż-żmien, minkejja l-problemi differenti u l-ħajja soċjali mgħaġġla li kien jgħix, Proust aktar kompla japprofondixxi l-passjoni tiegħu għal-letteratura, sakemm sab ix-xogħol ta' esteta Ingliża, John Ruskin, li kien se jibdillu d-direzzjoni ta' ħajtu u l-karriera letterarja tiegħu.
L-estetika ta' Ruskin
[immodifika | immodifika s-sors]Proust skopra x-xogħol ta' John Ruskin permezz tal-qari ta' artikli u xogħlijiet bħal Ruskin et la religion de la beauté ta' Robert de la Sizeranne, peress li Ruskin kien ipprojbixxa li jiġi tradott mill-Ingliż sakemm kien ħaj. Allura, meta miet fl-1900, Proust ħa l-opportunità biex jibda t-traduzzjoni tax-xogħol tiegħu u għamel diversi pellegrinaġġi fit-tramuntana ta’ Franza, lejn Amiens u b’mod speċjali lejn Venezja, fejn għex staġun ma' ommu; dak iż-żmien dehru l-ewwel artikli tiegħu dwar Ruskin fil-Gazette des beaux-arts.
Dan l-episodju ta' ħajtu hu rrakkontat f'Albertine disparue. Il-ġenituri ta’ Marcel kellhom parti deċiżiva fix-xogħol ta’ traduzzjoni: il-missier aċċettah bħala impieg għal ibnu li kien irribella kontra l-funzjonijiet soċjali u li kien għadu kemm ħalla xogħol mhux imħallas fil-Bibliothèque Mazarine. Imbagħad ommu kellha influwenza ikbar: Marcel ma kienx jitkellem sew bl-Ingliż, allura hi għamlet l-ewwel traduzzjoni letterali tat-test. Minn hemm, Proust kien kapaċi "jikteb bil-Franċiż Ruskinjan eċċellenti", kif jinnota kritiku meta ħarġet l-ewwel traduzzjoni ta' The Bible of Amiens fl-1904. It-tieni, ippubblikata fl-1906, kienet tal-ktieb Sesame u Lilies. Proust żied magħha ħafna kritika, prefazu twil u rikk - kważi daqs it-test stess - u ħafna noti. Però kif ittraduċa lil Ruskin, Proust beda jitbiegħed mill-pożizzjonijiet estetiċi tal-awtur Ingliż. Dan huwa partikolarment ċar fl-aħħar kapitlu tal-prefazju tiegħu għall-ewwel traduzzjon. Minkejja li dawn it-traduzzjonijiet tfaħħru minn personalitajiet bħal Henri Bergson, infatti kienu fjak editorjali.
Translation types Text translation Source text 3883 / 5000 Translation results
Il-kitba ta' Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, speċjalment wara dik ta' ommu fl-1905, is-saħħa fraġli tiegħu marret għall-agħar ħafna minħabba l-ażżma u d-depressjoni minn minħabba t-telf ta' ommu. Ingħalaq għal ħmistax-il sena fid-dar ta' 102, Boulevard Haussmann f'Pariġi, fejn kellu l-ħitan miksijin bis-sufri biex jiżola lilu nnifsu mill-istorbju u jiddedika ruħu bla tfixkil għall-kapulavur tiegħu,Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf (À la recherche du temps perdu'). Kien jorqod binhar u joqgħod jaħdem bilejl, jixrob ħafna kafè u bilkemm jiekol - skont Celeste Albaret, il-qaddejja tagħha f'dawk is-snin, fi ktieb ta' memorji - qatt ma kien jieqaf jikteb u jikkoreġġi, iħassar u jżid karti mat-test il-ħin kollu li Celeste kienet inkarigata li twaħħal fuq il-paġni korrispondenti u li b'hekk kien ikollhom estensjonijiet konsiderevoli.
Proust beda x-xogħol madwar l-1907. Kienu impiegati biex jieħdu ħsiebu koppja żagħżugħa, Nicolás u Céline Cottin. Fl-1912, bosta frammenti tar-rumanz tiegħu dehru f'Le Figaro, u sa dak iż-żmien, skont il-kalkoli tiegħu, il-ktieb kien jagħmel żewġ volumi ta' seba' mitt paġna kull wieħed. Fl-aħħar, l-ewwel parti, Fit-triq ta' Swannġiet ippubblikata f'Novembru 1913 bi flusu u ġiet ikkritikata ħafna f'La Nouvelle Revue Française (NRF). Il-persuna l-aktar responsabbli għal din il-kritika kienet André Gide, li aktar tard ammetta ddikjaraha bla siwi fuq il-bażi tal-immaġni soċjali li kellu tal-awtur u silta li qara bl-addoċċ u li ma għoġbitux. <refname = ": 1" /ref>
Il-kontinwazzjoni tal-pubblikazzjoni kellha tistenna sa wara l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918). Proust ried jidħol fl-armata, iżda saħħtu ma ppermettietx u ġie ddikjarat mhux tajjeb għas-servizz, filwaqt li ħuh Robert ġie promoss kaptan u diversi ħbieb tiegħu mietu fil-gwerra. Madankollu, huwa pprovda għajnuna mid-dar f’dak kollu li kien mitlub. Sadanittant, huwa ddedika ruħu għal kollox għax-xogħol tiegħu, kompla mill-ġdid u b'hekk laħaq il-punt li għandu bħalissa. F'dawn is-snin, il-kittieb kien imsejjaħ "Proust tar-Ritz", minħabba li kien jiffrekwenta sikwit din il-lukanda, fejn iltaqa' ma' kittieba żgħażagħ ġodda u ma' diversi maħbubin fost il-wejters Żvizzeri, billi l-Franċiżi kienu ġew immobilizzati.
Hekk kif intemmet il-gwerra, ġie ppubblikat it-tieni volum, Fid-dell tal-bniet fjoriti - issa aċċettat mill-NRF, wara l-apoloġija mill-qalb ta' Gide - li s-sena ta' wara kien jikseb il- Premju Goncourt, mhux mingħajr xi kontroversja minħabba d-deċiżjoni tal-ġurija. Fl-1922, | "Sodoma u Gomorra" ġiet ippubblikata.
F'Settembru, Proust sofra minn attakki ażżmatiċi. L-10 ta ’Ottubru kien l-aħħar darba li ħareġ fit-triq, u ġimgħa wara li ddikjara pnewmonja, fit-18 ta’ Novembru, 1922, miet. Huwa ġie midfun fiċ-ċimiterju Père-Lachaise, fejn jinsab maġenb il-fdalijiet ta ’missieru u ħuh. Għadhom jgħaddu ħames snin qabel ma jiġu ppubblikati l-partijiet l-oħra: Il-priġunier (1923), Il-maħrub (1925) u Ħin irkuprat (1927). Ħafna xogħlijiet - inkluża l-korrispondenza estensiva tiegħu - jiġu miġbura u ppubblikati wara mewtu, l-aħħar fl-2012.
Bħalissa qed jiġi tradott l-artiklu Marcel Proust mil-lingwa Spanjola għall-Malti.
Tista' tikkontribwixxi billi tlesti t-traduzzjoni jew tkompli l-artiklu minn sorsi oħra. Jekk tagħfas fuq editja u ssib xi test moħbi, ara jekk hux aġġornat billi tagħmel użu mill-ħoloq għal-lingwi l-oħra li ssib fuq in-naħa xellugija tal-paġna. Tagħmilx użu minn programmi ta' traduzzjoni awtomatika. |
Tras la muerte de sus padres, sobre todo tras la de su madre en 1905, su frágil salud se deterioró mucho a causa del asma y de la depresión por la pérdida materna. Permaneció recluido durante quince años en el 102 del bulevar Haussmann en París, donde hizo cubrir las paredes de corcho para aislarse de ruidos y dedicarse sin ser molestado a su obra maestra, En busca del tiempo perdido (À la recherche du temps perdu). Vivía exclusivamente de noche, tomando café en grandes cantidades y casi sin comer —según cuenta Celeste Albaret, su criada en esos años, en un libro de memorias—, sin cesar nunca de escribir y de practicar sobre su texto interminables correcciones, supresiones y añadidos de papeles que Celeste se encargaba de pegar en las páginas correspondientes, que podían alcanzar, en consecuencia, considerables extensiones.
Proust comenzó la obra hacia 1907. No sale de casa, trabaja durante la noche y duerme de día; tiene a su servicio a un joven matrimonio de criados, Nicolás y Céline Cottin. En 1912, aparecieron varios fragmentos de su novela en Le Figaro, y por esta época, según sus cálculos, el libro daría dos volúmenes de setecientas páginas cada uno. Finalmente, la primera parte, Por el camino de Swann se publica en noviembre de 1913 con dinero del bolsillo de Proust, luego de haber sido rechazada por La Nouvelle Revue Française (NRF). El principal responsable de este rechazo fue André Gide, quien admitiría más tarde que la declaró sin valor alguno sobre la base de la imagen social que tenía del autor y de un pasaje que leyó al azar y le desagradó.[1]
La continuidad de la publicación debería esperar a raíz de la Primera Guerra Mundial (1914-1918). Proust tenía ganas de ir al campo de batalla, pero su salud no se lo permitió y fue declarado no apto para el servicio, mientras que su hermano Robert fue ascendido a capitán y varios de sus amigos morían en la guerra. Con todo, prestó ayuda desde su casa en todo lo que se le solicitó. Mientras tanto, se dedicó por completo a su obra, rehaciéndola y alcanzando así la extensión que tiene en la actualidad. En estos años, al escritor se le llamaba «Proust, el del Ritz», debido a que frecuentaba mucho este hotel, donde conoció a nuevos escritores jóvenes y a varios amantes entre los camareros suizos, ya que los franceses habían sido movilizados.
Apenas terminada la guerra, se publicó el segundo volumen, A la sombra de las muchachas en flor —ahora aceptada por la NRF, luego de las sentidas disculpas de Gide—, que al año siguiente obtendría el premio Goncourt, no sin cierta controversia debido a la decisión del jurado. En 1922, se publicó Sodoma y Gomorra.
En el mes de septiembre, Proust sufrió de crisis asmáticas. El 10 de octubre fue la última vez que salió a la calle, y una semana después de declarársele una neumonía, el 18 de noviembre de 1922, murió. Fue enterrado en el cementerio de Père-Lachaise, donde yace junto a los restos de su padre y de su hermano. Todavía habrían de pasar cinco años antes de que se terminaran de publicar las demás partes: La prisionera (1923), La fugitiva (1925) y El tiempo recobrado (1927). Muchas obras —incluida su extensa correspondencia— serían recopiladas y publicadas de manera póstuma, la última en 2012.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Según relata Gide mismo en una de las cartas que más tarde escribiría a Proust: "Desde hace varios días no abandono su libro; me lleno de él con deleite, me sumerjo en sus páginas. ¡Ay de mí! ¿Por qué me resulta tan doloroso amarlo tanto?... Haber rechazado este libro quedará para siempre como el más grave error de la NFR, y (como tengo la vergüenza de ser en gran parte el responsable de esto) una de las tristezas, de los remordimientos más dolorosos de mi vida. (...) me había hecho de usted una imagen después de unos pocos encuentros "en sociedad, que se remontan a hace casi veinte años. (...) Lo creía —¿se lo debo confesar?— "uno del grupo de los Verdurin. Un snob, un mundano diletante (..) No tuve a disposición sino uno de los cuadernos de su libro, el cual abrí con mano distraída, y la mala suerte quiso que mi atención cayera de inmediato en la taza de manzanilla de la página 62, para luego resbalarme, en la página 64, en la frase (...) que se refiere a una frente de la que se transparentan las vértebras. Y ahora no me basta con amar este libro, percibo que siento por él y por usted mismo una especie de afecto, de admiración, de predilección singulares. No puedo seguir... Tengo demasiados remordimientos, demasiados dolores (...) No me lo perdonaré jamás...". En: Proust, Cartas a André Gide, Perfil, 1999.
- ^ Dan ġie tradott għall-Malti minn Paul Zahra u ppubblikat fi tliet volumi: Combray, L-Imħabba ta' Swann u Ismijiet tal-Pajjiżi: Isem.
- ^ Pane di Spanja
- ^ El narrador no se involucra en relaciones de ese tipo. Con todo, Proust mismo era homosexual y construyó el personaje de Albertina y la relación entre ella y el narrador basándose en uno de sus amantes, Alfred Agostinelli, y en su relación con él.
- ^ Correspondance, recopilada, anotada y ordenada cronológicamente por Philip Kolb, Plon, 1971-1993.
- ^ Georges Cattaui, "Proust", "Dictionnaire des auteurs Laffont-Bompiani", t. III, 1990, p. 793. ISBN 2221501748.
- ^ Pittur , George, Marcel Proust , 2 vol., Mercure de France , 1966-1968, volum I, p. 79.
- ^ Pittur, George, Marcel Proust, 2 vol., Mercure de France, 1966-1968, volum I, p. 80.
- ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta'
<ref>
; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem: 1
.