Aqbeż għall-kontentut

Manucho Gonçalves

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Manucho
Informazzjoni personali
Isem sħiħMateus Alberto Contreiras Gonçalves
Twelid7 ta' Marzu 1983 (1983-03-07) (41 sena)
LuandaAngola
Tul1.87 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1997–1999Flamenguinhos
Karriera professjonali
SninKlabb
1999–2002Benfica de Luanda
2002–2008Petro Atletico
2008–2009Manchester United
2008Panathinaikos (self)
2009Hull City (self)
2009–2014Real Valladolid
2010Bucaspor (self)
2011Manisaspor (self)
2014–2018Rayo Vallecano
2018–2019Cornellà
Tim nazzjonali
2006–2017Angola

Mateus Alberto Contreiras Gonçalves (twieled fis-7 ta' Marzu 1983), magħruf aħjar bħala Manucho, huwa eks-plejer tal-futbol mill-Angola.

Manucho beda l-karriera fil-futbol ma' Flamenguinhos, tim ġovanili żgħir minn Terra Nova, Luanda, fejn kien jgħix. Taħt il-gwida tal-kowċ u missieru, Alberto Gonçalves, Manucho beda jilgħab fuq fuq il-faxxa xellugija u bil-mod il-mod sar wieħed mill-istilel tal-klabb.

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Manucho iffirma mat-tim ta' Benfica de Luanda, klabb medjutal-kampjonat tal-Angola. Hu mbagħad mexa għal mat-tim ta' Petro Atletico, fejn inizzjalment bata daqxejn biex jagħmel numru ta' apparenzi minħabba l-preżenza tal-attakkant Flávio Amado. Wara li Flávio ngħaqad mat-tim Eġizzjan ta' Al-Ahly, Manucho stabilixxa ruħu fit-tim, fejn skorja 16-il gowl fl-2006 u 15 fl-2007.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-21 ta' Diċembru 2007, kien imħabbar li Manucho qabel biex jiffirma mal-klabb tal-Premier League Ingliż Manchester United. Hu ngħaqad mal-klabb f'Jannar tal-2008 f'kuntratt ta' tliet snin.[1] Qabel din l-aħbar, Manucho kien fi tliet ġimgħat ta' prova mat-tim ta' Manchester, fejn irnexxielu jimpressjona biżżejjed lill-kowċ ta' United Sir Alex Ferguson biex jiffirma kuntratt.

Fil-31 ta' Jannar 2008, kien imħabbar li Manucho kien ingħata b'self lit-tim Grieg ta' Panathinaikos, għall-aħħar parti tal-istaġun 2007–08, minħabba kumplikazzjonijiet biex jakkwista permess għax-xogħol, fejn din servietu ta' spunt biex jakkwista aktar esperjenza. Il-perjodu ta' self beda wara l-eliminazzjoni tal-Angola mit-Tazza Afrikana 2008 mill-Eġittu. Ma' Panathinaikos skorja fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta' 2–0 kontra Larissa. Il-forma tajba ta' Manucho wasslet biex Panathinaikos jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League 2008–09.

Fl-aħħar tal-istaġun, Manucho irritorna lura lejn Manchester United għall-pre-kampjonat fl-Afrika t'Isfel. Madanakollu, kien suspettat li weġġa' fil-metatarsu u b'hekk ma kienx possibli li jkun parti mill-programm tal-pre-kampjonat. F'Awwissu tal-2008, il-klabb ikkonferma li huma kienu reġgħu applikaw għall-permess tax-xogħol għal Manucho biex b'hekk ikun jista' jilgħab magħhom.[2] Ftit wara kien imħabbar li Manucho kien ingħata l-permess, hekk kif din l-aħbar ġiet ukoll ikkonfermata mis-sit uffiċjali tal-klabb.[3] Manucho ingħata n-numru 26 għall-istaġun 2008–09, fejn iddebutta bħala sostitut fit-23 ta' Settembru 2008 fit-Tielet Rawnd tal-League Cup kontra Middlesbrough, liema partita United rebħu 3–1. Id-debutt fil-kampjonat wasal fil-15 ta' Novembru 2008, fejn daħal bħala sostitut fil-partita mirbuħa minn United bl-iskor ta' 5–0 kontra Stoke City, fejn assista r-raba' gowl skorjat minn Danny Welbeck.

Wara li sab opportunitajiet limitati mal-ewwel tim, fis-16 ta' Jannar 2009 Manucho qabel li jingħaqad ma' Hull City taħt self sa tmiem l-istaġun. Id-debutt wasal fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal,[4] u nhar l-4 ta' Marzu 2009 wasal l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League, gowl fl-aħħar minuta li ta rebħa prezzjuża ta' 1–0 kontra Fulham.[5]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Manucho kien membru tat-tim tal-Angola fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza Afrikana 2008.

F'Jannar tal-2008, hu kien imsejjaħ fit-tim tal-Angola għat-Tazza Afrikana 2008 li saret fil-Gana. Hu skorja l-ewwel gowl fl-ewwel partita tal-Angola kontra l-Afrika t'Isfel, u skorja darbtejn oħra kontra s-Senegal fir-rebħa ta' 3–1. Fl-4 ta' Frar, Manucho skorja l-unika gowl tal-Angola fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Eġittu. Minkejja li r-riżultat kien ifisser l-eliminazzjoni tal-Angola mill-kompetizzjoni, il-gowl ta' Manucho minn madwar 20 metru kien ivvutat bħala "Il-Gowl tal-Kampjonat". Fl-aħħar tal-kampjonat, Manucho kien inkluż fl-"Aqwa XI", tim bl-aqwa plejers f'kull pożizzjoni.

  1. ^ "Boss reveals new signing" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2007-12-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-24. Miġbur 2008-04-13.
  2. ^ "Ferguson to give Campbell chance" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-08-03. Miġbur 2008-09-01.
  3. ^ "Reds line up for team photo" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2008-08-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-31. Miġbur 2008-09-02.
  4. ^ Ashenden, Mark (2009-01-17). "Hull 1-3 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-01-17.
  5. ^ Sanghera, Mandeep (2009-03-04). "Fulham 0-1 Hull City" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-03-04.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]