Manucho Gonçalves
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Mateus Alberto Contreiras Gonçalves | ||
Twelid | 7 ta' Marzu 1983 Luanda, Angola | ||
Tul | 1.87 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1997–1999 | Flamenguinhos | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1999–2002 | Benfica de Luanda | ||
2002–2008 | Petro Atletico | ||
2008–2009 | Manchester United | ||
2008 | → Panathinaikos (self) | ||
2009 | → Hull City (self) | ||
2009–2014 | Real Valladolid | ||
2010 | → Bucaspor (self) | ||
2011 | → Manisaspor (self) | ||
2014–2018 | Rayo Vallecano | ||
2018–2019 | Cornellà | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2017 | Angola |
Mateus Alberto Contreiras Gonçalves (twieled fis-7 ta' Marzu 1983), magħruf aħjar bħala Manucho, huwa eks-plejer tal-futbol mill-Angola.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Manucho beda l-karriera fil-futbol ma' Flamenguinhos, tim ġovanili żgħir minn Terra Nova, Luanda, fejn kien jgħix. Taħt il-gwida tal-kowċ u missieru, Alberto Gonçalves, Manucho beda jilgħab fuq fuq il-faxxa xellugija u bil-mod il-mod sar wieħed mill-istilel tal-klabb.
Bidu tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Manucho iffirma mat-tim ta' Benfica de Luanda, klabb medjutal-kampjonat tal-Angola. Hu mbagħad mexa għal mat-tim ta' Petro Atletico, fejn inizzjalment bata daqxejn biex jagħmel numru ta' apparenzi minħabba l-preżenza tal-attakkant Flávio Amado. Wara li Flávio ngħaqad mat-tim Eġizzjan ta' Al-Ahly, Manucho stabilixxa ruħu fit-tim, fejn skorja 16-il gowl fl-2006 u 15 fl-2007.
Manchester United
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-21 ta' Diċembru 2007, kien imħabbar li Manucho qabel biex jiffirma mal-klabb tal-Premier League Ingliż Manchester United. Hu ngħaqad mal-klabb f'Jannar tal-2008 f'kuntratt ta' tliet snin.[1] Qabel din l-aħbar, Manucho kien fi tliet ġimgħat ta' prova mat-tim ta' Manchester, fejn irnexxielu jimpressjona biżżejjed lill-kowċ ta' United Sir Alex Ferguson biex jiffirma kuntratt.
Fil-31 ta' Jannar 2008, kien imħabbar li Manucho kien ingħata b'self lit-tim Grieg ta' Panathinaikos, għall-aħħar parti tal-istaġun 2007–08, minħabba kumplikazzjonijiet biex jakkwista permess għax-xogħol, fejn din servietu ta' spunt biex jakkwista aktar esperjenza. Il-perjodu ta' self beda wara l-eliminazzjoni tal-Angola mit-Tazza Afrikana 2008 mill-Eġittu. Ma' Panathinaikos skorja fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta' 2–0 kontra Larissa. Il-forma tajba ta' Manucho wasslet biex Panathinaikos jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League 2008–09.
Fl-aħħar tal-istaġun, Manucho irritorna lura lejn Manchester United għall-pre-kampjonat fl-Afrika t'Isfel. Madanakollu, kien suspettat li weġġa' fil-metatarsu u b'hekk ma kienx possibli li jkun parti mill-programm tal-pre-kampjonat. F'Awwissu tal-2008, il-klabb ikkonferma li huma kienu reġgħu applikaw għall-permess tax-xogħol għal Manucho biex b'hekk ikun jista' jilgħab magħhom.[2] Ftit wara kien imħabbar li Manucho kien ingħata l-permess, hekk kif din l-aħbar ġiet ukoll ikkonfermata mis-sit uffiċjali tal-klabb.[3] Manucho ingħata n-numru 26 għall-istaġun 2008–09, fejn iddebutta bħala sostitut fit-23 ta' Settembru 2008 fit-Tielet Rawnd tal-League Cup kontra Middlesbrough, liema partita United rebħu 3–1. Id-debutt fil-kampjonat wasal fil-15 ta' Novembru 2008, fejn daħal bħala sostitut fil-partita mirbuħa minn United bl-iskor ta' 5–0 kontra Stoke City, fejn assista r-raba' gowl skorjat minn Danny Welbeck.
Hull City
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li sab opportunitajiet limitati mal-ewwel tim, fis-16 ta' Jannar 2009 Manucho qabel li jingħaqad ma' Hull City taħt self sa tmiem l-istaġun. Id-debutt wasal fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal,[4] u nhar l-4 ta' Marzu 2009 wasal l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League, gowl fl-aħħar minuta li ta rebħa prezzjuża ta' 1–0 kontra Fulham.[5]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Manucho kien membru tat-tim tal-Angola fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza Afrikana 2008.
F'Jannar tal-2008, hu kien imsejjaħ fit-tim tal-Angola għat-Tazza Afrikana 2008 li saret fil-Gana. Hu skorja l-ewwel gowl fl-ewwel partita tal-Angola kontra l-Afrika t'Isfel, u skorja darbtejn oħra kontra s-Senegal fir-rebħa ta' 3–1. Fl-4 ta' Frar, Manucho skorja l-unika gowl tal-Angola fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Eġittu. Minkejja li r-riżultat kien ifisser l-eliminazzjoni tal-Angola mill-kompetizzjoni, il-gowl ta' Manucho minn madwar 20 metru kien ivvutat bħala "Il-Gowl tal-Kampjonat". Fl-aħħar tal-kampjonat, Manucho kien inkluż fl-"Aqwa XI", tim bl-aqwa plejers f'kull pożizzjoni.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Boss reveals new signing" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2007-12-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-24. Miġbur 2008-04-13.
- ^ "Ferguson to give Campbell chance" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-08-03. Miġbur 2008-09-01.
- ^ "Reds line up for team photo" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2008-08-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-31. Miġbur 2008-09-02.
- ^ Ashenden, Mark (2009-01-17). "Hull 1-3 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-01-17.
- ^ Sanghera, Mandeep (2009-03-04). "Fulham 0-1 Hull City" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-03-04.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Manucho Gonçalves fuq Soccerbase
- Manucho Gonçalves fuq National-Football-Teams.com