Aqbeż għall-kontentut

Magda Šaturová-Seppová

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Magda Šaturová-Seppová
Ħajja
Twelid Bratislava, 4 Lulju 1929
Nazzjonalità Slovakkja
Mewt Bratislava, 10 Settembru 2016
Edukazzjoni
Lingwi Esperanto
Slovakk
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni Esperantista
traduttur
Premjijiet

Magda Šaturová-Seppová (twieldet fl-4 ta' Lulju 1929 – mietet fl-10 ta' Settembru 2016) kienet Esperantista u traduttriċi Slovakka, li ttraduċiet diversi kotba mis-Slovakk għall-Esperanto u kienet l-awtriċi ta' bosta dizzjunarji mill-Esperanto għas-Slovakk.

Fl-2004, matul id-89 Kungress Dinji dwar l-Esperanto f'Beijing, iċ-Ċina, hija ġiet eletta bħala Membru Onorarju tal-Assoċjazzjoni Universali tal-Esperanto. Hija ttraduċiet ukoll kotba mill-Esperanto, mill-Ingliż u mill-Ungeriż għas-Slovakk.[1]

Šaturová studjat il-letteratura Ingliża fl-Università ta' Comenius u ggradwat fl-1952. Hija kellha ħakma tajba tas-Slovakk, tal-Ungeriż, tal-Ingliż, tal-Franċiż u tal-Esperanto. Hija żżewġet lill-Esperantista František Šatura u flimkien kellhom tlett itfal.[2]

  1. ^ Grmelová, Anna (1987). "THE CHANGING IMAGE OF D.H. LAWRENCE IN CZECHOSLOVAKIA". The D.H. Lawrence Review. 19 (3): 301–308. ISSN 0011-4936.
  2. ^ Kto je kto v slovenskom esperantskom hnutí – Kiu estas kiu en la slovaka Esperanto-movado (bis-Slovakk u bl-Esperanto). Espero. 2016. pp. 114–116. ISBN 978-80-89366-51-4.