Aqbeż għall-kontentut

Lisandro López

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lisandro Lopez)
Lisandro López
Informazzjoni personali
Twelid2 ta' Marzu 1983 (1983-03-02) (42 sena)
Buenos Aires, Arġentina
Tul1.74 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRacing Club
Numru15
Mixtliet
2001–2003Racing Club
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2005Racing Club
2005–2009Porto
2009–2013Lyon
2013–2015Al-Gharafa
2015Internacional
2016–2021Racing Club
2021Atlanta United
2021–Racing Club
Tim nazzjonali
2005–2009Arġentina

Lisandro López (Buenos Aires, 2 ta' Marzu 1983), magħruf sempliċement bħala Lisandro, huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant għal Racing Club.

Lisandro beda l-karriera tiegħu ma' Racing Club de Avellaneda, fl-ewwel diviżjoni Arġentina. Matul l-edizzjoni tal-2004 tal-Apertura hu kien l-aqwa skorer tal-kampjonat.

Eventwalment, López ittrasferixxa għal ma' Porto għas-somma ta' 2.5 miljun. Wara l-ewwel staġun fejn minn 26 dehra fil-kampjonat irritorna biss 7 gowls, hu sar pedina importanti għall-klabb Portugiż, fejn skorja diversi gowls importanti, fosthom l-ewwel gowl tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Rangers u żewġ gowls fil-partita ġewwa darhom kontra Hamburg fl-istaġun segwenti tal-kompetizzjoni.

Fl-2007–08, Porto ġew inkurunati ċampjins nazzjonali għat-tielet sena konsekuttiva, b'López ikun l-aqwa skorer tal-kampjonat b'24 minn 27 logħba. Il-vena tal-gowls ma wafqitx biss fil-konfini Portugiżi, iżda wkoll fl-Ewropa meta fil-kampanja tal-UEFA Champions League 2008–09, spiċċa wara Lionel Messi, Steven Gerrard u Miroslav Klose fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls.[1]

Nhar is-7 ta' Lulju, López ingħaqad għal somma ta' €24 miljun ewro mal-klabb Franċiż ta' Lyon.[2] Fit-8 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-ewwel dehra tiegħu mal-klabb, meta skorja free-kick fid-90 minuta f'konfront barra minn darhom kontra Le Mans biex kiseb skor finali ta' 2–2. Lopéz skorja wkoll penalty fl-ewwel leg tar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League kontra Anderlecht, waqt li fil-partita ta' ritorn skorja tripletta fl-ewwel taqsima.[3]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2005, Lisandro ġie msejjaħ mill-kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin José Pekerman fejn iddebutta fil-partita kontra l-Messiku tal-10 ta' Marzu 2005, li ntemmet 1–1. Wara li bil-mod il-mod beda jħalli l-marka tiegħu mat-tim ta' Porto, Alfio Basile sejjaħlu għal-logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Eġittu, il-Messiku, l-Istati Uniti u l-Belarus. Fit-12 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Albicelestes fir-rebħa ta' 3–2 fuq ir-Russja.

Sal-21 ta' Settembru 2012
Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Racing Club 2002–03 3011
2003–04 308309
2004–05 37183621
Total 70266831
FC Porto 2005–06 26710212911
2006–07 25800833314
2007–08 27244000833928
2008–09 281041001064219
Total 106499100281314371
Lyon 2009–10 331520221274924
2010–11 27172010523519
2011–12 28166731614326
2012–13 4200001153
Total 925010763241113271
Total tal-karriera 268125198635224345160
Porto
Lyon
  • Plejer Portugiż tas-Sena: 2007–08
  • Plejer tas-Sena tal-Ligue 1: 2009–10
  1. "Top Scorers List" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2009-08-12.
  2. "Acordo com o Lyon para a transferência de Lisandro" (bil-Portugiż). FC Porto. 2009-07-07. Miġbur 2009-07-07.
  3. "Lisandro fills Benzema void" (bl-Ingliż). ESPN. 2009-08-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-28. Miġbur 2009-08-26.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]