Aqbeż għall-kontentut

Libanu fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lebanon fil-Eurovision)
Libanu
Libanu
Stazzjon membru Télé-Liban
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Libanu qatt ma pparteċipa fil-Festival tal-Eurovision. L-istazzjon Télé Liban kien mistenni li jidebbutta f'dan il-konkors fl-edizzjoni tal-2005 bil-kanzunetta "Quand tout s'enfuit" kantata minn Aline Lahoud, imma irtiraw minħabba liġijiet tal-Libanu li jabolixxu x-xandir ta' kontenut Iżraeljan.

Għażla interna

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-21 ta' Ottubru, 2004, Ibrahim El Khoury, direttur ġenerali ta' Télé Liban, stqarr li l-Libanu kienu lesti biex jiddebutaw fil-Festival tal-Eurovision 2005 fi Kjiv, fl-Ukrajna.[1] Fit-3 ta' Novembru, ġie mħabbar li Aline Lahoud kienet se tkun il-kantanta waqt li fi Frar ta' wara ġiet imħabbra l-kanzunetta "Quand tout s'enfuit", kantata bil-Franċiż u miktuba minn Jad Rahbani u Romeo Lahoud.

Nhar il-15 ta' Diċembru, Télé Liban ħabbar li minħabba diffikultajiet finanzjarji kellhom jirtiraw mill-kompetizzjoni,[2] u ċaħdu rapporti li din id-deċiżjoni kien minħabba kunflitti politiċi mal-Iżrael. Madanakollu, ħamest ijiem wara, il-European Broadcasting Union (EBU) laħqu qbil ma' Télé Liban u l-Libanu tpoġġa fuq il-lista uffiċjali tal-parteċipanti.[3]

F'Marzu tal-2005, is-sit elettroniku tal-Eurovision tal-Libanu ma niżlitx lill-Iżrael bħala parteċipant. Wara li l-EBU saqsew lil Télé Liban biex jisolvu din il-kwistjoni fi żmien ta' 24 siegħa jew inkella jiġu skwalifikati. Is-sit, minflok, neħħa l-lista u biddliha ma' paġna b'ħolqa lejn is-sit uffiċjali tal-Eurovision.[4]

Aktar tard dak ix-xahar, l-EBU staqsiet lil Télé-Liban biex tassigura li huma kienu se jxandru l-festival kollu, inkluża l-kanzunetta Iżraeljana, mingħajr ebda interuzzjoni. Télé-Liban ma ggarantiex din ir-rikjesta, u b'hekk, fit-18 ta' Marzu, 2005, tħabbret l-irtirar tal-Libanu mill-konkors. Il-leġislatura tal-Libanu tipprojbixxi x-xandir ta' kontenut Iżraeljan fuq it-televiżjoni.[5] Minn mindu Télé-Liban irtira tliet xhur wara d-data ta' skadenza għall-applikazzjoni, l-istazzjoni ġie penalizzat, fejn tilef is-somma għall-parteċipazzjoni u ngħata sospensjoni ta' tliet snin.[4][6]

Minħabba s-sospensjoni ta' tliet snin li ngħata, Télé Liban ma setax jidħol fil-Eurovision sal-edizzjoni tal-2009.[6]

Fl-2007, il-kantant imwieled il-Libanu, Mika, stqarr li kien interessat li jidħol fil-konkors fl-2008 f'isem il-Libanu, għal wieħed mill-istazzjonijiet televiżi l-oħra li ma kienux qegħdin iservu sospensjoni, bħal Lebanese Broadcasting Corporation (LBC) jew Future Television, li wieħed minnhom jista' jissiebaħ mal-EBU.[6]

Rappreżentanti

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2005 Aline Lahoud "Quand tout s'enfuit" Irtiraw
  1. ^ Sietse Bakker (03-11-2004). ESCToday (ed.). "Aline Lahoud first Lebanese participant!" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-06. Miġbur 2009-05-16. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ ESCToday (15-12-2004). ESCToday (ed.). "Lebanon withdraws for financial reasons" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-01. Miġbur 2009-05-16. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Sietse Bakker (18-03-2005). ESCToday (ed.). "Breaking News: Lebanon Withdraws" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ a b ESCToday (04-03-2005). ESCToday (ed.). "Télé Liban tries to prevent Lebanese disqualification" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-06. Miġbur 2009-05-16. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ The Jerusalem Post, ed. (20-03-2005). "Lebanon to boycott Eurovision due to Israel's participation" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-11-05. Miġbur 2009-05-16. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ a b ċ Michael Kuipers (2007-03-13). ESCToday (ed.). "Mika interested in Eurovision entry" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)