Lamantin tal-Karibew

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lamantin tal-Karibew
Manatee with calf.PD - colour corrected.jpg
Stat ta' konservazzjoni

Vulnerabbli (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniSirenia
FamiljaTrichechidae
ĠeneruTrichechus
speċi Trichechus manatus
Linnaeus, 1758
Distribuzzjoni ġeografika
West Indian Manatee area.png
Informazzjoni ġenerali
Tqala 13 xahar
Lamantin tal-Antilli (Trichechus manatus manatus)

Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa wieħed minn tliet speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus. Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-tlieta li jeżistu.

Il-Lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-tliet speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg. Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-Lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-Lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan.

Hemm żewġ sottospeċi ta' dan il-Lamantin: dik ta' Florida T.manatus latirostris u dik tal-Antilli T.manatus manatus u minn barra jidhru totalment identiċi.

Dieta[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

It-Trichechus manatus huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħall-Baħamas, il-Beliże, il-Brażil, il-Ġamajka, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Gwatemala, il-Ħaiti, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Messiku, il-Nikaragwa, il-Panama, l-Istati Uniti, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Veneżwela.

Riproduzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Għoġol wieħed (rarament tnejn) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xahar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min-naħa tal-omm. Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelid ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snin, rata ta' riproduzzjoni baxxa. Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-età żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin. Il-Lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]