Klima ta' Malta
Malta għandha klima Mediterranja skont il-klassifikazzjoni klimatika ta’ Köppen[1][2], bi xtiewi miti ħafna u bi sjuf sħan ħafna. Ix-xita tinżel l-iktar fix-xitwa, u s-sajf is-soltu jkun niexef. Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta’ Troll-Paffen[3] u dik ta’ Siegmund/Frankenberg[4], Malta tinsab f’żona subtropikali, peress li tinsab f’latitudni ta’ 35ºN.
Temperatura[immodifika | immodifika s-sors]

It-temperatura annwali medja hija xi 23 °C (73 °F) binhar u 16 °C (61 °F) billejl (waħda mill-iktar temperaturi medji sħan fil-Ewropa). Fl-iktar xahar kiesaħ – Jannar – it-temperatura massima tipika tvarja bejn 12 u 20 °C (bejn 54 u 68 °F) binhar u t-temperatura minima tvarja bejn 6 u 12 °C (bejn 43 u 54 °F) billejl. Fl-iktar xahar sħun – Awwissu – it-temperatura massima tipika tvarja bejn 28 u 34 °C (bejn 82 u 93 °F) binhar u t-temperatura minima tvarja bejn 20 u 24 °C (bejn 68 u 75 °F) billejl.
B’mod ġenerali, April jibda b’temperaturi bejn 17 u 22 °C (bejn 63 u 72 °F) binhar u bejn 10 u 14 °C (bejn 50 u 57 °F) billejl. F’Novembru t-temperatura tvarja bejn 17 u 23 °C (bejn 63 u 73 °F) binhar u bejn 11 u 18 °C (bejn 52 u 64 °F) billejl. Madankollu, anke fix-xhur tax-xitwa (Diċembru, Jannar u Frar), it-temperaturi xi kultant jilħqu l-20 °C (68 °F). Marzu huwa xahar tranżizzjonali, b’temperaturi iktar sħan, b’temperaturi massimi ta’ kuljum li sikwit jaqbżu l-20 °C (68 °F) u b’temperaturi minimi li diġà jkollhom żewġ ċifri (iktar minn 10 °C (50 °F)) mill-bidu tax-xahar. B’temperatura medja ta’ 19.3 °C (67 °F), Malta tgawdi l-iktar temperatura medja sħuna fl-Ewropa. Fost il-bliet kapitali fil-kontinent Ewropew, il-Belt Valletta jkollha l-iktar xtiewi sħan, b’temperaturi medji qrib is-16 °C (61 °F) binhar u l-10 °C (50 °F) billejl fix-xhur ta’ Jannar u Frar. F’Marzu u f’Diċembru, it-temperaturi medji jkunu xi 17 °C (63 °F) binhar u 11 °C (52 °F) billejl. F’Malta qajla jkun hemm fluttwazzjonijiet kbar fit-temperaturi.[5] Malta hija waħda minn ftit postijiet fl-Ewropa b’żona ta’ ebusija tal-USDA ta’ 11a, jiġifieri t-temperatura minima assoluta medja li tiġi rreġistrata kull sena tkun bejn 4.4 u 7.2 °C (bejn 39.9 u 45.0 °F).
Dawl binhar[immodifika | immodifika s-sors]
Malta tgawdi wieħed mill-iktar arranġamenti ottimali ta’ sigħat ta’ dawl binhar fl-Ewropa. Fix-xitwa, il-jiem ma jkunux daqshekk qosra daqs dawk fit-Tramuntana tal-kontinent, filwaqt li s-sigħat medji ta’ dawl binhar f’Diċembru, f’Jannar u fi Frar ilaħħqu l-10.3 sigħat[6] (b’paragun: Londra[7] jew Moska[8] jew Varsavja[9] - ilaħħqu t-8 sigħat). Fl-iqsar jum tas-sena, il-21 ta’ Diċembru, ix-xemx titla’ għall-ħabta tas-07:00 u tinżel lejn il-17:00. Fl-itwal jum tas-sena, il-21 ta’ Ġunju, ix-xemx titla’ għall-ħabta tal-05:30 u tinżel lejn it-20:30.
Sigħat | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Binhar | 10 | 10.8 | 11.9 | 13 | 14 | 14.5 | 14.3 | 13.5 | 12.3 | 11.2 | 10.2 | 9.8 |
Għabex/Billejl | 14 | 13.2 | 12.1 | 11 | 10 | 9.5 | 9.7 | 10.5 | 11.7 | 12.8 | 13.8 | 14.2 |
Sigħat ta’ xemx[immodifika | immodifika s-sors]
Kif wieħed jista’ jobsor mis-sigħat ta’ dawl binhar, Malta tgawdi xi 3,000 siegħa ta’ xemx fis-sena (fost l-ogħla ammonti fl-Ewropa wkoll), minn medja ta’ iktar minn ħames sigħat ta’ xemx f’Diċembru sa medja ta’ iktar minn 12-il siegħa kuljum f’Lulju. Għaldaqstant, Malta tgawdi d-doppju tal-ammont ta’ xemx li jkollhom il-bliet fit-Tramuntana tal-Ewropa. B’paragun, Londra tgawdi 1,461 siegħa ta’ xemx fis-sena. Malta jkollha ħafna iktar xemx fix-xitwa; fil-fatt, f’Diċembru Malta tgawdi 161 siegħa ta’ xemx filwaqt li Londra jkollha 37 siegħa ta’ xemx biss.[11]
Data klimatika ta’ Malta | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Medja tas-sigħat ta’ xemx fix-xahar | 169.3 | 178.1 | 227.2 | 253.8 | 309.7 | 336.9 | 376.7 | 352.2 | 270.0 | 223.8 | 195.0 | 161.2 | 3,054 |
Medja tas-sigħat ta’ xemx kuljum | 5.46 | 6.36 | 7.33 | 8.46 | 9.99 | 11.23 | 12.15 | 11.36 | 9.00 | 7.22 | 6.50 | 5.20 | 8.4 |
Perċentwal ta’ xemx possibbli | 58 | 62 | 64 | 67 | 72 | 81 | 87 | 88 | 77 | 65 | 62 | 55 | 70 |
Sorsi: MaltaWeather (“Mean daily and monthly sunshine hours”)[11], climatemps.com (“Percent possible sunshine”)[12]. |
Temperatura tal-baħar[immodifika | immodifika s-sors]
It-temperatura annwali medja tal-baħar f’Malta hija 20 °C (68 °F) (l-ogħla temperatura annwali tal-baħar fl-Ewropa), u tinżel bejn 15-16 °C (59-61 °F) fil-perjodu minn Jannar sa April u titla’ sa 26 °C (79 °F) f’Awwissu. Fis-sitt xhur minn Ġunji sa Novembru, it-temperatura medja tal-baħar taqbeż l-20 °C (68 °F). F’Mejju u f’Diċembru, ix-xhur tat-tranżizzjoni, il-medja tkun xi 18 °C (64 °F).
Fit-tieni nofs ta’ April, meta jibda jirranka l-istaġun tat-turisti u tal-vaganzi, it-temperatura medja tal-baħar tkun 17 °C (63 °F). L-ogħla temperatura tal-baħar hija 27 °C (81 °F) fin-nofs tat-tielet ġimgħa ta’ Awwissu. Fl-aħħar ta’ Awwissu u fil-bidu ta’ Settembru, it-temperatura tinżel għal 26 °C (79 °F), u fit-tieni nofs ta’ Settembru tinżel għal 25 °C (77 °F). Lejn nofs Ottubru, it-temperatura tinżel għal 24 °C (75 °F), filwaqt li fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru tinżel għal 23 °C (73 °F). Fil-bidu ta’ Novembru, it-temperatura tkun niżlet għal 22 °C (72 °F) (abbażi tad-data tal-2010).[13]
Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
15.4 °C (59.7 °F) | 14.9 °C (58.8 °F) | 15.0 °C (59.0 °F) | 15.9 °C (60.6 °F) | 17.5 °C (63.5 °F) | 21.1 °C (70.0 °F) | 24.1 °C (75.4 °F) | 25.8 °C (78.4 °F) | 25.2 °C (77.4 °F) | 23.2 °C (73.8 °F) | 20.6 °C (69.1 °F) | 17.4 °C (63.3 °F) | 20 °C (68 °F) |
Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
16.1 °C (61.0 °F) | 15.4 °C (59.7 °F) | 15.4 °C (59.7 °F) | 16.3 °C (61.3 °F) | 18.7 °C (65.7 °F) | 22.6 °C (72.7 °F) | 25.5 °C (77.9 °F) | 26.1 °C (79.0 °F) | 25.5 °C (77.9 °F) | 23.4 °C (74.1 °F) | 21.2 °C (70.2 °F) | 18.1 °C (64.6 °F) | 20 °C (68 °F) |
Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
16 °C (61 °F) | 16 °C (61 °F) | 16 °C (61 °F) | 16 °C (61 °F) | 18 °C (64 °F) | 21 °C (70 °F) | 24 °C (75 °F) | 26 °C (79 °F) | 25 °C (77 °F) | 23 °C (73 °F) | 21 °C (70 °F) | 18 °C (64 °F) | 20 °C (68 °F) |
Xita[immodifika | immodifika s-sors]

Il-provvista tal-ilma hija problema f’Malta, peress li fis-sajf qajla tagħmel xita u huwa ż-żmien tas-sena fejn l-ilma jintuża l-iktar. Barra minn hekk, fix-xitwa x-xita spiss tinżel qliel fi żmien qasir u tintilef fil-baħar flok tilħaq tiskula fl-art. Malta tiddependi fuq ir-riżervi tal-ilma taħt l-art, b’sistema ta’ mini taħt l-art fejn jinġabar l-ilma tal-pjan bħal f’Ta’ Kandja jew f’Ta’ Bakkja[16]. Dawn il-mini tal-ilma mifruqa jlaħħqu medja ta’ 97 metru taħt l-art. Il-ġebla tal-franka hija poruża min-natura tagħha, u għalhekk l-ilma ħelu jinġabar fuq saff ta’ salmura.[17] Iktar minn nofs l-ilma tax-xorb ta’ Malta jinkiseb bl-impjanti tad-desalinazzjoni, li joħolqu problemi ambjentali ulterjuri bħall-użu tal-fjuwils fossili u t-tniġġis.
Malta għandha medja ta’ 90 jum bix-xita fis-sena, u tesperjenza minn ftit jiem bix-xita sa 12-il jum bix-xita fix-xahar (≥ 1 mm). L-għadd ta’ jiem bix-xita jvarja minn nofs jum f’Lulju sa 15-il jum bix-xita f’Diċembru. Ix-xita medja fis-sena tlaħħaq xi 600 mm, u l-ammont ivarja bejn ≈0.3 mm f’Lulju u ≈110 mm f’Diċembru.[11]
Data klimatika ta’ Malta (Ħal Balzan, fil-parti ċentrali tal-gżira) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Xita medja f’mm (pulzieri) | 94.7
(3.73) |
63.4
(2.50) |
37.0
(1.46) |
26.3
(1.04) |
9.2
(0.36) |
5.4
(0.21) |
0.2
(0.01) |
6.0
(0.24) |
67.4
(2.65) |
77.2
(3.04) |
108.6
(4.28) |
107.7
(4.24) |
603.1
(23.74) |
Medja ta’ jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) | 15 | 12 | 9 | 6 | 3 | 1 | 0 | 1 | 5 | 9 | 13 | 16 | 90 |
Sors: MaltaWeather.com[11] |
Data klimatika ta’ Malta | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Xita medja f’mm (pulzieri) | 89.0
(3.50) |
61.3
(2.41) |
40.9
(1.61) |
22.5
(0.89) |
6.6
(0.26) |
3.2
(0.13) |
0.4
(0.02) |
7.0
(0.28) |
40.4
(1.59) |
89.7
(3.53) |
80.0
(3.15) |
112.3
(4.42) |
553.3
(21.78) |
Medja ta’ jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) | 13.7 | 10.9 | 8.9 | 6.4 | 2.8 | 1.1 | 0.4 | 1.0 | 3.9 | 10.2 | 10.6 | 14.2 | 84.1 |
Sors: L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija[18] |
Umdità[immodifika | immodifika s-sors]
L-umdità relattiva medja annwali hija għolja, b’medja ta’ 76 %, u tvarja bejn 69 % f’Lulju (filgħodu: 78 %; filgħaxija: 53 %) u 79 % f’Diċembru (filgħodu: 83 %; filgħaxija: 73 %).[19]
Data klimatika ta’ Ħal Luqa | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Umdità relattiva medja (%) | 79 | 79 | 79 | 77 | 74 | 71 | 69 | 73 | 77 | 78 | 77 | 79 | 76 |
Sors: NOAA[20] |
Rekords[immodifika | immodifika s-sors]
Minkejja l-istażi relattiva tal-klima Maltija, ir-rekords storiċi juru xi varjazzjonijiet. Fil-Belt Valletta, l-uffiċjali meteoroloġiċi tal-imgħoddi rreġistraw temperatura ta’ 1.2 °C (34.2 °F) fid-19 ta’ Frar 1895, li għadha temperatura rekord sa llum.
Fir-rigward tal-gżira kollha kemm hi, fl-1 ta’ Frar 1962 ġiet irreġistrata temperatura ta’ −1.7 °C (28.9 °F) fil-mitjar f’Ta' Qali, fiċ-ċentru tal-gżira, li ġiet akkumpanjata minn xita bis-silġ, għalkemm din it-temperatura ma ġietx rikonoxxuta mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta peress li l-mitjar ma kienx stazzjon uffiċjali ta’ reġistrazzjoni tat-temperaturi u ma kienx juża l-istrumenti meteoroloġiċi li huma standard fid-dinja kollha.[21]
Il-borra hija fenomenu rari ħafna. Il-borra ġiet irrappurtata f’Jannar 1858, f’Marzu 1877 (ftit borra bl-ebda akkumulu), fi Frar 1895 (ftit borra mingħajr akkumulu), f’Jannar 1905 (ftit fjokki mingħajr akkumulu), f’Marzu 1949 (borra rreġistrata fin-naħa ta’ ġewwa tal-gżira)[22], u fil-31 ta’ Jannar 1962.[21] Fil-31 ta’ Diċembru 2014, il-borra ġiet irrappurtata f’diversi lokalitajiet, għalkemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta iktar tard ikkonferma li fil-fatt ma kinitx borra iżda silġ artab.[23] Jingħad li x’aktarx ħafna rapporti storiċi ta’ borra kienu fil-fatt silġ artab. Madankollu, ix-xitwa tal-2014 kienet waħda mill-iktar kesħin u b’maltempati li qatt kien hawn fil-Gżejjer Maltin.[24][25]
L-iktar temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa kienet 1.4 °C (34.5 °F) f’Jannar 1981, u l-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata kienet 43.8 °C (110.8 °F) f’Awwissu 1999.[26]
Data klimatika ta’ Malta | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temperatura massima rekord °C (°F) | 25.8
(78.4) |
26.7
(80.1) |
33.5
(92.3) |
30.7
(87.3) |
35.3
(95.5) |
40.1
(104.2) |
42.7
(108.9) |
43.8
(110.8) |
37.4
(99.3) |
34.5
(94.1) |
28.2
(82.8) |
24.3
(75.7) |
43.8
(110.8) |
Temperatura minima rekord °C (°F) | 1.4
(34.5) |
1.7
(35.1) |
2.2
(36.0) |
4.4
(39.9) |
8.0
(46.4) |
12.6
(54.7) |
15.5
(59.9) |
15.9
(60.6) |
13.2
(55.8) |
8.0
(46.4) |
5.0
(41.0) |
3.6
(38.5) |
1.4
(34.5) |
Source: Malta Airport Meteorological Office (extremes 1947−2010)[26] |
Data klimatika ta’ Malta (Ħal Balzan, fil-parti ċentrali tal-gżira. 1985-2017) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Sett | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temperatura massima rekord °C (°F) | 26.3
(79.3) |
24.1
(75.4) |
33.5
(92.3) |
31.7
(89.1) |
37.3
(99.1) |
40.1
(104.2) |
43.1
(109.6) |
43.0
(109.4) |
39.2
(102.6) |
33.5
(92.3) |
28.9
(84.0) |
24.9
(76.8) |
43.1
(109.6) |
Temperatura minima rekord °C (°F) | 3.9
(39.0) |
2.6
(36.7) |
4.8
(40.6) |
6.5
(43.7) |
10.5
(50.9) |
14.7
(58.5) |
17.4
(63.3) |
18.0
(64.4) |
15.4
(59.7) |
11.3
(52.3) |
5.7
(42.3) |
3.6
(38.5) |
2.6
(36.7) |
Source: MaltaWeather.com[11] |
Data klimatika[immodifika | immodifika s-sors]
Data klimatika ta’ Malta (Ħal Luqa, fil-Grigal tal-gżira, 1981-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temperatura massima medja °C (°F) | 15.6
(60.1) |
15.6
(60.1) |
17.3
(63.1) |
19.8
(67.6) |
24.1
(75.4) |
28.6
(83.5) |
31.5
(88.7) |
31.8
(89.2) |
28.5
(83.3) |
25.0
(77.0) |
20.7
(69.3) |
17.1
(62.8) |
23.0
(73.4) |
Temperatura medja kuljum °C (°F) | 12.8
(55.0) |
12.5
(54.5) |
13.9
(57.0) |
16.1
(61.0) |
19.8
(67.6) |
23.9
(75.0) |
26.6
(79.9) |
27.2
(81.0) |
24.7
(76.5) |
21.5
(70.7) |
17.7
(63.9) |
14.4
(57.9) |
19.3
(66.7) |
Temperatura minima medja °C (°F) | 9.9
(49.8) |
9.4
(48.9) |
10.6
(51.1) |
12.4
(54.3) |
15.5
(59.9) |
19.1
(66.4) |
21.7
(71.1) |
22.6
(72.7) |
20.8
(69.4) |
18.1
(64.6) |
14.6
(58.3) |
11.6
(52.9) |
15.5
(59.9) |
Preċipitazzjoni medja f’mm (pulzieri) | 98.5
(3.88) |
60.1
(2.37) |
44.2
(1.74) |
20.7
(0.81) |
16.0
(0.63) |
4.6
(0.18) |
0.3
(0.01) |
12.8
(0.50) |
58.6
(2.31) |
82.9
(3.26) |
92.3
(3.63) |
109.2
(4.30) |
595.8
(23.46) |
Medja ta’ jiem b’preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 10 | 7 | 5 | 4 | 1 | 1 | 0 | 1 | 4 | 6 | 9 | 10 | 58 |
Sigħat ta’ xemx medji fix-xahar | 169.3 | 178.1 | 227.2 | 253.8 | 309.7 | 336.9 | 376.7 | 352.2 | 270.0 | 223.8 | 195.0 | 161.2 | 3,053.9 |
Sorsi: MaltaWeather.com[11] |
Data klimatika ta’ Malta (Ħal Balzan fil-parti ċentrali tal-gżira, mill-1985 ’l hawn) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temperatura massima medja °C (°F) | 16.1
(61.0) |
16.0
(60.8) |
17.8
(64.0) |
20.0
(68.0) |
24.2
(75.6) |
28.5
(83.3) |
31.5
(88.7) |
31.8
(89.2) |
28.4
(83.1) |
25.2
(77.4) |
21.0
(69.8) |
17.5
(63.5) |
23.16
(73.69) |
Temperatura medja kuljum °C (°F) | 13.2
(55.8) |
13.0
(55.4) |
14.6
(58.3) |
16.7
(62.1) |
20.4
(68.7) |
24.4
(75.9) |
27.2
(81.0) |
27.7
(81.9) |
25.0
(77.0) |
21.9
(71.4) |
18.0
(64.4) |
14.7
(58.5) |
19.73
(67.51) |
Temperatura minima medja °C (°F) | 10.3
(50.5) |
9.9
(49.8) |
11.3
(52.3) |
13.3
(55.9) |
16.6
(61.9) |
20.3
(68.5) |
22.8
(73.0) |
23.6
(74.5) |
21.6
(70.9) |
18.6
(65.5) |
15.0
(59.0) |
11.9
(53.4) |
16.26
(61.27) |
Preċipitazzjoni medja f’mm (pulzieri) | 94.7
(3.73) |
63.4
(2.50) |
37.0
(1.46) |
26.3
(1.04) |
9.2
(0.36) |
5.4
(0.21) |
0.2
(0.01) |
6.0
(0.24) |
67.4
(2.65) |
77.2
(3.04) |
108.6
(4.28) |
107.7
(4.24) |
603.1
(23.74) |
Medja ta’ jiem b’preċipitazzjoni | 15 | 12 | 9 | 6 | 3 | 1 | 0 | 1 | 5 | 9 | 13 | 16 | 90 |
Source: MaltaWeather.com[11] |
Data klimatika ta’ Malta (Ħal Luqa, fil-Grigal tal-gżira, 1961-1990) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temperatura massima medja °C (°F) | 15.2
(59.4) |
15.5
(59.9) |
16.7
(62.1) |
19.1
(66.4) |
23.3
(73.9) |
27.5
(81.5) |
30.7
(87.3) |
30.7
(87.3) |
28.0
(82.4) |
24.2
(75.6) |
20.1
(68.2) |
16.7
(62.1) |
22.3
(72.1) |
Temperatura medja kuljum °C (°F) | 12.2
(54.0) |
12.4
(54.3) |
13.4
(56.1) |
15.5
(59.9) |
19.1
(66.4) |
23.0
(73.4) |
25.9
(78.6) |
26.3
(79.3) |
24.1
(75.4) |
20.7
(69.3) |
17.0
(62.6) |
13.9
(57.0) |
18.6
(65.5) |
Temperatura minima medja °C (°F) | 9.2
(48.6) |
9.3
(48.7) |
10.1
(50.2) |
11.9
(53.4) |
14.9
(58.8) |
18.4
(65.1) |
21.0
(69.8) |
21.8
(71.2) |
20.1
(68.2) |
17.1
(62.8) |
13.9
(57.0) |
11.0
(51.8) |
14.9
(58.8) |
Preċipitazzjoni medja f’mm (pulzieri) | 89.0
(3.50) |
61.3
(2.41) |
40.9
(1.61) |
22.5
(0.89) |
6.6
(0.26) |
3.2
(0.13) |
0.4
(0.02) |
7.0
(0.28) |
40.4
(1.59) |
89.7
(3.53) |
80.0
(3.15) |
112.3
(4.42) |
553.3
(21.78) |
Medja ta’ jiem b’preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 13.7 | 10.9 | 8.9 | 6.4 | 2.8 | 1.1 | 0.4 | 1.0 | 3.9 | 10.2 | 10.6 | 14.2 | 84.1 |
Umdità relattiva medja (%) | 79 | 79 | 79 | 77 | 74 | 71 | 69 | 73 | 77 | 78 | 77 | 79 | 76 |
Sigħat ta’ xemx medji fix-xahar | 159 | 171 | 224 | 247 | 300 | 328 | 365 | 338 | 260 | 221 | 185 | 156 | 2,954 |
Sorsi: L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija[18]; l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika[26], Malta |
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ "Malta - The World Factbook". Parametru mhux magħruf
|opra=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""The Maltese Islands" DOI Malta. Arkivjat 31-05-2009". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Tiscali Webspace". Web.tiscali.it. Arkivjat 04-10-2012". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "PH Heidelberg. "Klimakarte der Erde: Pädagogische Hochschule Heidelberg". Ph-heidelberg.de". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Malta International Airport". Arkivjat 06-09-2010". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Climate Data for Luqa". National Oceanic and Atmospheric Administration". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""London Climate and Weather Averages, UK". Weather2travel.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Moscow Climate and Weather Averages, Russia (Europe)". Weather2travel.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Warsaw Climate and Weather Averages, Poland". Weather2travel.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Sunshine & Daylight Hours in Luqa, Malta" Climatemps.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ a b ċ d e f ġ g ""Malta's Climate". Maltaweather.com. Arkivjat 06-08-2015". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ [www.malta.climatemps.com/sunlight.php ""Sunshine & Daylight Hours in Luqa, Malta Sunlight, Cloud & Day length". Malta.climatemps.com"] Iċċekkja l-valur ta'
|url=
(għajnuna). Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Valletta Climate Guide". Weather2travel.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Birżebbuġa Sea Temperature December Average, Malta Water Temperatures". 35.82583;14.52694: Seatemperature.org". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Malta Climate and Weather Averages". Weather2travel.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "Watch: Ta' Bakkja tunnels – the resting place for rain water after a 50 year process" (bl-Ingliż). 2020-07-16. Parametru mhux magħruf
|opra=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "McGrath, Matt (4 April 2007). "Science/Nature | Briny future for vulnerable Malta". News.bbc.co.uk". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ a b ""World Weather Information Service - Luqa, Malta". World Meteorological Organization". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Valletta, Malta Travel Weather Averages". Weatherbase.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Monthly Averages for Luqa, Malta (1961–1990)". NOAA". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ a b Dr. Charles Mifsud (1985). The Climate of the Maltese Islands. Mireva Publication.
- ^ "Snow in Malta? A rare photo from the 1940s shows the streets of Sliema covered in snow" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|opra=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "Updated - 'Snowflakes' reported in several parts of Malta - Met Office 'monitoring' situation" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|opra=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""Last Maltese winter one of the stormiest in 20 years | Malta Weather - Malta Airport Met Office". Weather.maltairport.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ ""December brought snow pellets and record low temperatures". MaltaToday.com.mt". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ a b ċ "Galdies, Charles (2011). "The Climate of Malta: statistics, trends, and analysis 1951-2010". National Statistics Office. pp. 6-7. Arkivjat 13-11-2014". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna)