Karmenu Mallia
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Karmenu Mallia | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħal Qormi, 9 Novembru 1929 (95 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Esperanto Ingliż Taljan Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb Esperantista |
Karmenu (sive Carmel) Mallia (Ħal Qormi, 9 ta’ Novembru 1929 - ) hu kittieb u Esperantista Malti.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Karmenu Mallia għamel l-istudji tiegħu fl-iskola primarja tal-gvern f’Ħal Qormi u wara s-Seminarju.Għamel tliet snin studju fil-filosofija u l-lingwa Franċiża f’Vals-pres-le Puy, Franza. Wara, għallem il-Franċiż u l-Istorja fil-Kulleġ San Alwiġi.
Kien Spettur Anzjan tas-Saħħa. Għallem il-Franċiż u l-Malti fil-Junior Lyceums tal-Gvern u fil-Kulleġġ Mount Carmel (illum Saint Elias College). Għallem ukoll l-Esperanto f’korsijiet organizzati mill-Malta Esperanto-Societo. Hu membru tal-Akkademja tal-Esperanto. Awtur ta’ diskorsi dwar il-letteratura Maltija u l-Istorja ta’ Malta f’dawn il-kungressi universali tal-Esperanto: f”Varsavja, Polonja u Montpelier, Franza. Artikli tiegħu dwar il-letteratura Maltija dehru f’diversi antoloġiji bl-Esperanto.
Għandu l-Liċenzjat fl-Esperanto mill-British Esperanto Assoc., il-BA.Hons. fil-Franċiż mill-università ta’ Londra,u dottorati fin-Naturopatija, fil-letteratura u fl-Istudji Bibliċi.
Kiteb diversi radjudrammi, esejs u traduzzjonijiet minn kittieba Franċiżi li nstemgħu fuq ir-Rediffusion (illum il-PBS).
Pubblikazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Bil-Malti
[immodifika | immodifika s-sors]Poeżija
[immodifika | immodifika s-sors]- 1978: Tbissim l-Imgħoddi;
- 1990: L-Għanja tas-Sittin;
- 1992: Għekiesi;
- 1995: il-lirika Vulcan (weħidha) bil-mużika ta’ John Mallia li nħadmet fit-Teatru Notre Dame ta’ Ħaż-Żabbar f’għeluq l-20 sena mill-waqgħa tal-ajruplan Vulcan fuq Ħaż-Żabbar;
- 2000: Vulcan (tliet poeżiji twal li għandhom x’jaqsmu mal-Istorja ta’ Ħaż-Żabbar u li jinkludu: il-lirika Vulcan, Il-Ballata tal-Gran Mastru Hompesch u l-Ballata tal-Martri Żabbarin);
- 2001: Lapislazzuli;
- 2001: Il-Ballata tal-Belt Pinto; Il-Ballata tal-Esperanto;
- 2003: Bukkett Ward lil San Ġorġ, f’għeluq is-17-il ċentinarju mill-Glorja tiegħu (bit-tieni ediz. fl-2005);
- 2003: L-annimali fil-poeżija (għadu mhux ippubblikat).
- 2004: Mitt Ħajku - Mitt Tanka.
- 2004: Il-Ballata tal-ħamsa u għoxrin;
- 2005: Inċens u Qniepen;
- 2007: Festuni;
- 2009: Is-Seba' Kelmiet u l-Via Sacra.
Rumanzi Storiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- 2010: Il-Baruni ta’ Ħal Qormi, ambjentat taħt il-Gran Mastru Pinto.
- 2012: It-Triloġija, Patrijotti u Ġakbini li fiha tħaddan: Il-Baruni ta’ Ħal Qormi, ambjentat taħt il-Gran Mastru Pinto, Ir-Rewwixta tal-Qassisin, ambjentat taħt il-Gran Mastru Ximenes u Dell Napuljun fuq Malta, ambjentat taħt il-Gran Mastru Hompesch.
- 2013: Biża’ u Kuraġġ, ambjentat f’Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Drammi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1995:Is-Sultan ħallasha Qares - inħadem f’St. Elias’ College, premjazzjoni.
- 1999:Vassalli fil-Qorti tal-Miżien - maħdum f’serata ta’ premjazzjoni, St Elias’ College.
Dawn id-drammi għadhom ma nħadmux: Eros - dramm fi tliet atti; Il-Profeta (dramm miktub f’versi fi tliet atti u epilogu); Dun Mikiel Xerri.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- 1994:Zamenhof, l-Awtur tal-Esperanto.
- 2004:Lidja Zamenhof.
e) Diskorsi: 2013:It-Tabib Louis A. Buttigieg, MD; Il-Poeżija tat-Tbatija b’riferenza għal Alfred de Vigny. 226 Mallia hu fundatur u l-ewwel editur ta’ dawn ir-rivisti tal-poeżija: a)Versi (1986-90) li wara ħaditha f’idejha l-Għaqda Poeti Maltin; u b) Il-Muża (1991-94). Kien editur ukoll ta’ dawn il-fuljetti:Leħen Ħaż-Żabbar (1993-950);Kikkra Kulturali(2000-):fuljett ta’ proża u poeżija li jkunu nqraw f’serati tal-istess isem organizzati mill-Kunsill Ċiviku Żabbar; Altior ab Imo (=il-motto ta’ Ħal Qormi, Ġunju 2012-): fuljett tal-Għaqda Ġużè Muscat Azzopardi/Awturi Qriema.
Bl-Esperanto
[immodifika | immodifika s-sors]Poeżija oriġinali
[immodifika | immodifika s-sors]Kapricaj Raketoj (1981), it-2i edizzjoni dehret taħt l-isem: Cent Kapricaj Raketoj (2000); Marionetoj (1999); Distre, libere (2005).
Rumanz
[immodifika | immodifika s-sors]Ĉielarka Estonto (Ġejjieni lewn il-qawsalla) (2000), storja storika matul l-aħħar gwerra dinjija f’Malta. Dan hu l-ewwel rumanz ta’ Mallia bl-Esperanto u l-ewwel wieħed minn Malti.
Dramm
[immodifika | immodifika s-sors](miktub f’versi), 2012: Najbaroj (Ġirien), li ħa l-ewwel premju fil-konkors internazzjonali tad-drammi bl-Esperanto mniedi kull sena mill-Universala Esperanto-Asocio.
Traduzzjonijiet mill-Malti għall-Esperanto
[immodifika | immodifika s-sors](i) poeżiji: Diversi poeżiji ta’ awturi Maltin li mbagħad dehru maqlubin f’diversi rivisti bl-Esperanto: 1973: Dun Karm: La ‘Mio’ Kaj Lia Pretero (Il-‘Jien’ U Lilhinn Minnu) li fiha wkoll it-traduzzjoni ta’ Il-Musbieħ tal-Mużew (La Pralampo en La Muzeo). 1981: Revija - Nru 3, pp. 41-49: poeżiji ta’ poeti Maltin maqluba minn Mallia għall-Eo u mbagħad maqluba fil-Jugoslav. Hemm ukoll bijografija tiegħu. 1981: Malte, IKS, Zagreb: poeżiji ta’ poeti Maltin maqluba minnu għall-Eo u mbagħad mit-traduzzjoni tiegħu qalbuhom għall-Jugoslav. 1983: Maż-żifna tar-Rebbiegħa/Printempa Danco (Mario F. Bezzina/Karmenu Mallia),traduzzjoni parallela. 1985: Antologio de Maltaj Poetoj (Antoloġija ta’ poeti Maltin). Il-poeżiji kollha huma maqluba minnu). 2001: L-Epopea ta’ Ġensna ta’ V.M. Pellegrini - La Malta Epopeo; 227 2009: Malta Nuntempa Poezio -- Traduzzjoni ta’ poeżiji tal-membri tal-Għaqda Poeti Maltin. NB-2010 -Traduzzjoni mill-Ispanjol tal-isbaħ tliet poeżiji ta’ San Ġwann tas-Salib:Cántico Espiritual (poeżija twila), En Una Noche Oscura u Llama de Amor Viva.
(ii) Proża: 2007: La Malta Revo (Il-Ħolma Maltija, rumanz ta’ Frans Sammut) ippubblikat minn Mondial, New York, USA. 2011: Proverboj (traduzzjoni ta’ diversi proverbi Maltin)
(iii) Bijografija: 2011: Mi Manwel Dimech (Jien, Manwel Dimech ta’ P. Mark Montebello, OP).
d)Traduzzjonijiet mill-Esperanto għall-Malti:
Kumewawa, ġabra ta’ stejjer tal-kittieb esperantista Jugoslav Tibor Sekelj dwar l-avventuri tiegħu fl-Amażonja. Dan deher f’Sagħtar (1995-96); ippubblikat fi ktieb minn Wise Owl (2009) u wara minn FARAXA (2014). Bil-Franċiż, bl-Ingliż u bit-Taljan: Poeżija: Shadows of Fire (1986); Pâquerettes (2002); Lights & Shadows (2004). Antoloġija ta’ Poeżija oriġinali bl-Esperanto, bil-Franċiż, bl-Ingliż, bil-Malti u bit-Taljan: Poe (2014). Bl-Ingliż 2009: That perturbing light on the way to Damascus (Master’s thesis). 2012: Isaiah (Doctorate thesis). Grammatika: 1976: L-Ewwel Kors fl-Esperanto, Malta Esperanto-Societo; 1985: Il-Kors tal-Esperanto ta’ Zagreb, Malta Esperanto-Societo.Dal-kors jintuża fil-korsijiet tal-Esperanto li torganizza l-istess Għaqda. 2013: L-Esperanto (kors bil-Malti fl-Esperanto), Malta Esperanto-Societo.[1][2]