Aqbeż għall-kontentut

Karl Gouder

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Karl Gouder
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: 10 Distrett
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid 15 Mejju 1979
Nazzjonalità Malta
Mewt Valletta, 10 Settembru 2024
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
direttur operattiv
Impjegaturi Partit Nazzjonalista

Karl Gouder (15 ta' Mejju 1979 – 10 ta’ Settembru 2024) kien politiku Malti li ħadem fi ħdan il- Partit Nazzjonalista. Kien l-ewwel membru tal-parlament pubblikament iddikjarat gay f’Malta.

Ħajja politika

[immodifika | immodifika s-sors]

Gouder ġie elett għall-ewwel darba fil-kunsill lokali ta' San Ġiljan fl-2005. Tliet snin wara, huwa kkontesta kemm l-elezzjonijiet ġenerali kif ukoll dawk lokali, u naqas li jiġi elett sindku ta' San Ġiljan b'10 voti.[1]

F'April 2010, ta' 30 sena, Gouder daħal fil-Parlament ta' Malta permezz ta' elezzjoni każwali biex jieħu post l-Ispeaker Louis Galea li rtira mill-Parlament biex iservi fil- Qorti Ewropea tal-Awdituri.[2] Huwa sal-elezzjonijiet tal-2013 . Gouder kien l-ewwel persuna omosesswali fil-miftuħ li serva bħala MP f’Malta,[3] u l-iżgħar deputat fil-gvern li kienet qed imexxi dak iż-żmien.[2]

Wara l-elezzjonijiet lokali tal-2015, fejn il-PN kiseb 60.51% tal-voti f'San Ġiljan, Gouder ġie elett sindku tal-lokalità. Is-sena ta' wara ġie sostitwit fir-rwol minn Guido Dalli, meta reġa' daħal fil-Parlament minflok Albert Fenech. Sar ukoll il-kelliem tal-oppożizzjoni dwar il-kultura.[2]

Fl-elezzjoni ġenerali ta' Malta tal-2017 Gouder ġie elett fil-Parlament għall-koalizzjoni tal-Forza Nazzjonali fl-10 Distrett bi 3,502 preferenzi. F'Novembru 2020 inħatar deputat whip mill-Kap il-ġdid tal-partit Bernard Grech.[2]

Filwaqt li ma ġiex elett mill-ġdid fl-2022, Gouder iddeċieda li ma jikkontestax l-elezzjoni każwali biex jieħu post Robert Arrigo MP, biex jiffoka fuq l-organizzazzjoni interna tal-partit. Gouder mexxa l-fergħa tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, u wassal lil Net TV biex isir l-aktar stazzjon tat-TV privat segwit fl-2024.[2]

Gouder appoġġja lis-segretarju ġenerali tal-PN Michael Piccinino għal ħafna mill-mandat tiegħu, u kien involut direttament fit-tmexxija tal-organizzazzjoni tal-partit tal-elezzjonijiet Ewropej u lokali tal-2024.[3]

Fit-8 ta’ Settembru 2024, Gouder ħabbar l-interess tiegħu li jieħu post Piccinino bħala segretarju ġenerali tal-PN.[3]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Gouder studja fi Stella Maris College u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi (fejn għamel ħabib ta' Robert Abela bosta snin qabel sar Prim Ministru).[1] Huwa kiseb lawrja fin-negozju mill-Università ta’ Malta fl-2001. Huwa mexxa l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u kien parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ta' Malta (KNZ). [3]

Gouder kien atleta speċjalizzat fil-ġirjiet fuq distanzi twal. Bħala raġel omosesswali fil-miftuħ, huwa appoġġja b'mod attiv l-introduzzjoni tal-unjonijiet ċivili u ż-żwieġ omosesswali f’Malta.[3]

Gouder instab mejjet fil-foss tal-Belt Valletta, qrib id-Dwana l-Antika, fl-10 ta’ Settembru 2024. Huwa kellu 45 sena. Il-pulizija eskludiet suspetti ta’ azzjoni skorretta. Il-mewt tiegħu tħabbret pubblikament mill-Kap tal-Partit tal-PN Bernard Grech. Il-President tar-Repubblika ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ispeaker tal-Parlament ta’ Malta Anġlu Farrugia għaddew il-kondoljanzi tagħhom[3][2] u attendew il-funeral tiegħu fil-knisja ta' San Ġiljan nhar l-14 ta' Settembru 2024.[4]

  1. ^ a b Malta Today, 10 September 2024
  2. ^ a b ċ d e f Malta Independent, 10 Sept 2024
  3. ^ a b ċ d e f Times of Malta, 10 September 2024
  4. ^ Mamo, Christine (2024-09-14). ""'Life Goes On' kien iħobb jgħid Karl - imxu fuq din il-frażi filwaqt li ħaddnu l-valur ta' ħbiberija"". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-09-14.