Joe Mizzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Joe Mizzi jokupa l-kariga ta` Ministru tal-Energija u l-Immanigjar tal-Ilma u ilu f'din il-posizjoni minn Gunju tal-2017. Hu kien jokupa il-kariga ta` Minsistru tat-Trasport u Infrastruttura minn l-2013 sa nofs l-2017.

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

Mizzi ilu jirrapreżenta lil Partit Laburista fil-Parlament Malti sa mill-1987. Għal ħafna snin huwa serva bħala whip tal-Grupp Parlamentari Laburista anki fiż-żmien diffiċli meta fl-1998 Dom Mintoff ma kienx qed jivvota man-naħa tal-Gvern Laburista. Serva ukoll fuq diversi kumitati parlamentari u f’diversi strutturi tal-Partit Laburista. Mill-1989 sal-2013, serva bħala Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Membru tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

Serva wkoll bhala Ministru bla Portafoll fil-Gvern Laburista ta' Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998. F’diversi okkażjonijiet irrapreżenta lil pajjiż kif ukoll lil Partit Laburista f’diversi fora reġjonali kif ukoll internazzjonali. Ħadem fl-oqsma tal-protezzjoni tar-riżorsi u ambjent, l-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjoni, il-qasam marittimu, il-protezzjoni ċivili u l-esplorazzjoni għaż-żejt.

Wara l-Elezzjoni Ġenerali 2013 huwa nħatar Ministru tat-Trasport u Infrastruttura.

Ħajja Personali[immodifika | immodifika s-sors]

Mizzi għandu għal qalbu il-wirt storiku filwaqt li kien u għadu attiv f’diversi għaqdiet u soċjetajiet kulturali u mużikali.