Joe Brincat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Joe Brincat
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Joseph Brincat
Twelid 5 ta' Marzu 1970 (1970-03-05) (47 sena)
Valletta
Pajjiż Bandiera ta' Malta Malta
Tul 1.74 m
Rwol Midfilder offensiv
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1986–1994 Ħamrun Spartans 105 (32)
1995–1997 Floriana 47 (23)
1998–2002 Birkirkara 94 (48)
2002–2006 Sliema Wanderers 83 (12)
2006–2007 Floriana 4 (0)
Total 333 (115)
Tim nazzjonali
1988–2004 Malta 103 (5)
Timijiet ikkowċjati
2009–2010 San Ġwann
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Joseph Brincat (Valletta, 5 ta' Marzu 1970[1]) huwa eks-futboler professjonali Malti li deher f'iktar minn mitt logħba f'isem it-tim nazzjonali Malti.[2] Hu lagħab għal ħafna klabbs inklużi Ħamrun Spartans, Floriana, Birkirkara, u Sliema Wanderers.

Karriera internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Brincat lagħab 103 darba għat-tim nazzjonali tal-futbol Malti u skorja ħames gowls. Huwa għamel id-debutt tiegħu f'Ottubru tal-1987 meta t-tim nazzjonali, taħt il-kowċ Gencho Dobrev, lagħbu kontra l-Ingilterra B li rebħu 2–0. L-aħħar logħba tiegħu man-nazzjonal waslet fl-2004 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Moldova. Brincat huwa fir-raba' post fil-lista ta' preżenzi ta' kull żmien għat-tim nazzjonali Malti.

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa miżżewweġ lil Rita u għandu żewġt ibniet – Beverly (twieldet fl-1995) u Mariah (twieldet fl-1999).[3]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ (Ingliż) International Appearances - Trivia. RSSSF
  2. ^ (Ingliż) National 'A' Players Appearances. Maltese Football Association
  3. ^ (Ingliż) Sliema had been courting Brincat for eight years, Malta Today, 30 ta' Ġunju 2002.