Joe Brincat (politiku)
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Joe Brincat (politiku) | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
4 Mejju 1987 - 3 Frar 1992
27 Jannar 1986 - 17 Settembru 1986
26 April 1982 - 28 Jannar 1983
9 Lulju 1979 - 20 Diċembru 1981 ← Ġużè Cassar - Ġużè Cassar →
4 Ottubru 1971 - 11 Mejju 1979 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Gżira, 22 Marzu 1944 | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Mewt | 2 Awwissu 2024 | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat |
Joe Brincat (il-Gżira, 22 ta' Marzu 1943 - 2 ta' Awwissu 2024) kien avukat u politiku li serva bħala Ministru tal-Ġustizzja u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Kien viċi-president tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-1978 u għal ħafna snin bejn l-1971 u l-1992 kien rappreżentant ta' Malta fl-istess Parlament.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Studja fis-Seminarju u l-Liċeo, wara ingħaqad mal-Patrijiet Franġiskani Minuri biex jistudja l-filosofija u ggradwa b’BA fil-Latin, Filosofija u Letteratura Ingliża. Aktar tard ħalla l-Ordni biex isir għalliem iżda mbagħad telaq biex jingħaqad maċ-ċivil fid-dipartiment tad-dwana u tal-port. Fl-1966, ġie promoss għal uffiċjal klerikali senior fil-qrati tal-liġi, fejn serva bħala deputat reġistratur. Matul dan iż-żmien kompla edukazzjoni ulterjuri, kiseb BSc fl-Ekonomija fl-1967 u wara LL.D fl-1970.[1]
Sa minn żgħożitu kien attivist Laburista u serva darbtejn bħala deputat mexxej tal-PL għall-affarijiet tal-partit. Gawda wkoll karriera twila bħala membru parlamentari u serva għal żmien qasir bħala ministru. Brincat ikkontesta għall-ewwel darba għal siġġu parlamentari fl-1971, li wara rebaħ f'elezzjoni każwali. Huwa ġie elett fl-1976 iżda kellu jikkontesta elezzjoni kawżali biex jerġa’ jżomm is-siġġu tiegħu fl-1981. Fil-konferenza ġenerali Laburista tal-1976, Brincat ġie elett għall-ewwel darba bħala Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit, kariga li żamm sal-1980.[1]
Huwa serva wkoll bħala rappreżentant għall-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa bejn l-1971 u l-1979, mill-1982 sal-1983 u mill-1986 sal-1995. Huwa nħatar viċi president tal-assemblea fl-1978.
Minn Lulju 1979 sa Diċembru 1981, serva bħala Ministru għall-Ġustizzja, Artijiet, Akkomodazzjoni u affarijiet parlamentari. Brincat kien l-uniku wieħed mill-grupp parlamentari Laburista li kien preżenti ghall-funeral ta’ Raymond Caruana f’Diċembru 1986 fil-Gudja. B’mod pubbliku kien l-uniku wieħed mill-Partit Laburista li dakinnhar iddisassoċja ruħu mill-vjolenza politika. Meta l-PL mar fl-oppożizzjoni fl-1987, Brincat sar shadow minister għall-ġustizzja.
Fl-1992, Brincat ikkontesta t-tmexxija tal-partit iżda ma rnexxilux fit-tellieqa li fl-aħħar mirbuħa mill-eks Prim Ministru Alfred Sant.
Fl-1995 telaq mill-grupp parlamentari Laburista iżda ma damx ma reġa’ daħal, b’Brincat jerġa’ jiġi elett bħala deputat mexxej tal-partit għall-affarijiet tal-partit. Sal-1996 huwa rriżenja mill-Partit Laburista iżda żamm postu fil-Parlament. Meta Sant sar Priministru, Brincat reġa' resaq lejn il-Partit u ħejja liġi fuq l-annimali b'rabta mal-Pulizija. Brincat reġa’ ġie elett b’suċċess fl-2003 u serva bħala kelliem tal-PL dwar l-ambjent u l-wirt nazzjonali. Aktar tard huwa ma reġax ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-2008.
Wara r-rebħa tal-Partit Laburista fl-2013, Brincat beda jħejji emendi għal liġijiet eżistenti li jirrigwardaw id-drittijiet tal-annimali, u wara għadda dawn il-proposti lill-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali (Animal Welfare Council).
Kien jikteb regolarment f'It-Torċa u jxandar fuq l-istazzjon tar-radju ONE. Kiteb ukoll ir-rumanz "Rebħ lest għal Mudest" (1974) u "Għall-Erwieħ xi Ħdud għaddejt" (1987).
Ħajja privata
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1970 sena żżewweġ lil martu Rose Buttigieg, bint il-President Anton Buttigieg, u kellhom żewġ ulied, Antonella u Stefan.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Borg, Emma (2024-10-14). "Parliament pays tribute to former MP Joe Brincat". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-10-15.