Jhonnattann Da Conceicao
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Jhonnattann Benites Da Conceicao | ||
| Twelid | 28 ta' Frar 1981 Cardoso Moreira, Brażil | ||
| Tul | 1.60 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Al-Sahel | ||
| Mixtliet | |||
| Cardoso Moreira | |||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| Cardoso Moreira | |||
| Desportiva Cabofriense | |||
| 2010−2012 | Volta Redonda | ||
| 2012 | Valletta | ||
| 2012− | Birkirkara | ||
| 2014–2015 | Al-Muharraq | ||
| 2015–2017 | Valletta | ||
| 2017 | → Al Batin (self) | ||
| 2017–2018 | Al-Batin | ||
| 2018–2019 | Al-Taawoun | ||
| 2019 | → Al Batin (self) | ||
| 2019–2020 | Fujairah | ||
| 2020–2021 | Al-Muharraq | ||
| 2021– | Al-Sahel | ||
Jhonnattann Benites Da Conceicao (twieled fis-27 ta' Ġunju 1989) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala attakkant.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Jhonnattann iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma' Cardoso Moreira, klabb minn Rio de Janeiro fil-Brażil. Imbagħad, huwa ingħaqad ma' Desportiva Cabofriense li magħhom skorja 15-il-gowl.
Jhonnattann mexxa għal ma' klabb Brażiljan ieħor, Volta Redonda, li meta f'żewġ staġuni hu rnexxielu jiskorja mhux inqas minn 25 gowl qabel ma ssieħeb mal-klabb Malti ta' Valletta FC. Mal-Beltin huwa ħa sehem fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn skorja żewġ gowls fl-ewwel leg tar-rebħa ta' 8−0 kontra Lusitanos u l-gowl tar-rebħa fit-tieni leg barra minn darhom. Valletta naqsu milli jilħqu ftehim ma Jhonnattann fuq il-kuntratt tiegħu u l-klabb ħelsu mill-kuntratt.
Birkirkara kienu wara Jhonnattann minn qabel ingħaqad ma' Valletta, allura kien biss il-klabb ta Birkirkara li offrielu prova. Jhonnattann irnexxielu jimpressjona fl-ewwel dehra fit-22 Lulju fejn skorja doppjetta fir-rebħa ta 4−2 fuq Sliema Wanderers fil-logħba tal-ftuħ tat-Tazza AME. Jhonnattann kellu tliet prestazzjonijiet oħra pożittivi fit-Tazza AME kontra Qormi, Rabat Ajax u Mosta. Huwa wkoll irnexxielu jiskorja l-gowl tad-dro fil-logħba kontra Rabat, filwaqt li Birkirkara rebħu 4−1. Il-Kumitat offra kuntratt lil-midfilder Brażiljan li ġie ffirmat fit-3 ta' Awwissu 2012.
Jhonnattann għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma' Birkirkara fl-20 ta' Awwissu fl-ewwel logħba tal-kampjonat 2012−13, kontra Melita. Hu kien inkluż bħala sostitut tard fit-tieni taqsima u ftit mumenti wara skorja. Jhonnattann skorja wkoll tliet gowls f'logħba waħda fir-rebħa ta' 3−0 ta' Birkirkara fuq Floriana,[1] u rebaħ l-unur tal-plejer tax-xahar ta' Diċembru 2012.[2]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Birkirkara
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Grech, Kevin (2012-09-15). "Jhonnattann hat-trick seals victory for Birkirkara" (bl-Ingliż). Malta Today. Miġbur 2013-02-07.
- ↑ "BOV Player of the Month – Jhonnattann Benites de Conceicao wins December award" (bl-Ingliż). Malta Today. 2012-01-09. Miġbur 2013-02-07.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Birkirkara FC