Aqbeż għall-kontentut

Jacinto Benavente

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jacinto Benavente
Membru tal-Kungress tad-Deputati

28 Frar 1918 - 5 Frar 1919
District: Madrid
Ħajja
Twelid Madrid, 12 Awwissu 1866
Nazzjonalità Spanja
Mewt Madrid, 14 Lulju 1954
Familja
Missier Mariano Benavente
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Alma mater Università Complutense ta' Madrid
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu
ġurnalist
kittieb
politiku
poeta
direttur tal-films
avukat
Post tax-xogħol Madrid
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1921)
    [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1922)
Sħubija Akkademja Rjali Spanjola
Moviment artistiku drammaturġija
teatru

Jacinto Benavente y Martínez (twieled fit-12 ta’ Awwissu 1866 – miet fl-14 ta’ Lulju 1954) kien wieħed mill-aqwa drammaturgi Spanjoli tas-seklu 20. Huwa ngħata l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1922 “għall-mod feliċi li bih kompla t-tradizzjonijiet illustri tad-drammi Spanjoli”.[1]

Il-monument iddedikat lil Jacinto Benavente fil-Park Retiro, f’Madrid

Jacinto Benavente twieled f’Madrid, u kien iben tabib tat-tfal / pedjatra magħruf. Huwa biddel id-drammi f’realtà permezz tal-kritika soċjali: il-versi ħallew l-ispazju għall-proża, il-melodrammi għall-kummiedji, il-formuli għall-esperjenza, l-azzjoni impulsiva għad-djalogu u l-ħsieb. Benavente kien joqgħod attent ukoll għall-estetika u iktar ’ quddiem għall-etika.

Huwa kien monarkista liberali u kritiku tas-Soċjaliżmu. Għalhekk ma tant kien partitarju akkanit ta’ Spanja taħt Franco għalkemm kienet l-unika alternattiva vijabbli għal dak li huwa kien jikkunsidra bħala esperiment Repubblikan diżastruż tal-1931-1936. Fl-1936 isem Benavente beda jiġi assoċjat mal-assassinju tal-poeta u d-drammaturgu Spanjol Federico García Lorca. Dan seħħ meta l-gazzetti Nazzjonalisti Estampa, El Correo de Andalucia, u Ideal iċċirkolaw ix-xniegħa li Lorca kien inqatel bħala tpattija għall-qtil ta’ Benavente min-naħa tar-Repubblikani.[2] Benavente miet f’Aldeaencabo de Escalona (Toledo) meta kellu 87 sena. Hu qatt ma żżewweġ. Skont bosta sorsi, huwa kien omosesswali.[3][4]

Xogħlijiet prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]

Jacinto Benavente kiteb 172 kitba. Fost l-iktar xogħlijiet importanti tiegħu hemm:[1][5]

  • El nido ajeno (Il-Bejta ta’ Ħaddieħor, 1894), kummiedja, tliet atti.
  • Gente conocida (Soċjetà Għolja, 1896), xeni satiriċi tal-ħajja moderna, erba’ atti.
  • La Gobernadora (Il-Mara tal-Gvernatur, 1901), kummiedja, tliet atti.
  • La noche del sábado (Is-Sibt Billejl, 1903), rumanz teatrali, ħames diviżjonijiet; Imperia hija ballerina u iktar ’il quddiem prostituta li tinnamra mal-Prinċep Miguel, li jitla’ fuq it-tron ta’ Swabja.
  • Rosas de otoño (Ward tal-Ħarifa, 1905), kummiedja sentimentali, tliet atti.
  • Los intereses creados (L-Interessi Maħluqa, 1907), kummiedja bil-maskri bbażata fuq il-commedia dell'arte Taljana; l-iktar xogħol famuż u spiss irreċtat ta’ Benavente.
  • Señora ama (Il-Mara tal-Dar, 1908), dramm rurali; studju psikoloġiku fil-fond ta’ mara li tgħir għar-raġel tagħha.
  • El príncipe que todo lo aprendió en los libros (1909)
  • La malquerida (Il-Mara Mhux Maħbuba, 1913), dramm psikoloġiku rurali, tliet atti; il-bażi għall-film tal-1921 The Passion Flower, tal-protagonista Norma Talmadge.
  • La ciudad alegre y confiada (1916), kontinwazzjoni minn Los intereses creados.
  • Campo de armiño (1916)
  • Lecciones de buen amor (1924)
  • La mariposa que voló sobre el mar (1926)
  • Pepa Doncel (1928)
  • Vidas cruzadas (1929)
  • Aves y pájaros (1940)
  • La honradez de la cerradura (1942)
  • La infanzona (1945)
  • Titania (1946)
  • La infanzona (1947)
  • Abdicación (1948)
  • Ha llegado Don Juan (1952)
  • El alfiler en la boca (1954)
  • Hijos, padres de sus padres (Ulied Subien, Missirijiet tal-Ġenituri Tagħhom, 1954)
  1. ^ a b "The Nobel Prize in Literature 1922". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-14.
  2. ^ Gibson, Ian (1987). The Assassination of Federico García Lorca. London: Penguin Books. pp. 152-153.
  3. ^ Villena, Luis Antonio de (ed.) (2002), Amores iguales. Antología de la poesía gay y lésbica (in Spanish), Madrid: La Esfera, ISBN 84-9734-061-2.
  4. ^ "La paradoja del comediógrafo". abc (bl-Ispanjol). 2004-07-14. Miġbur 2021-07-14.
  5. ^ "The Project Gutenberg eBook of Heath's Modern Language Series: Tres comedias, by Jacinto Benavente". www.gutenberg.org. Miġbur 2021-07-14.