Isabelle de Charrière
Isabelle de Charrière | |
---|---|
Pittura ta' Maurice Quentin de La Tour (1766), Mużew tal-Arti u l-Istorja ta' Ġinevra | |
Ħajja | |
Isem propju | Isabella Agneta Elisabeth van Tuyll van Serooskerken |
Twelid | Zuylen Castle (en) , 20 Ottubru 1740, 1740 |
Nazzjonalità |
Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi Żvizzera |
L-ewwel lingwa |
Franċiż Olandiż |
Mewt | Colombier (en) , 27 Diċembru 1805 |
Familja | |
Missier | Diederik Jacob van Tuyll van Serooskerken |
Omm | Jacoba Helena de Vicq |
Konjuga/i | Charles-Emmanuel de Charrière (mul) (17 Frar 1771 - |
Tribù |
Tuyll van Serooskerken (mul) de Charrière (mul) |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Franċiż Ġermaniż Ingliż Olandiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
traduttur kompożitur rumanzier kittieb drammaturgu poeta saġġist filosofu |
Post tax-xogħol |
Colombier (en) Ġinevra Pariġi Zuilen (en) Chexbres (en) |
Psewdonomu | Belle de Zuylenu Abbé de la Tour |
Isabelle de Charrière, imlaqqma f'żgħożitha Belle de Zuylen, twiedet Isabella Agneta Elisabeth van Tuyll van Serooskerken fl-20 ta' Ottubru,1740 fix-Château de Zuylen, f'Oud-Zuilen ħdejn Utrecht (l-Olanda) u mietet f'Pontet f' Colombier, fil- Canton ta' Neuchâtel li dak iż-żmien kien taħt il-Prussja, fis-27 ta' Diċembru, 1805 [1] [2] [3] [4] kienet kittieba Olandiża u Svizzera tuża l-lingwa Franċiża[5].
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Imwielda f'familja Olandiża ta' nobbli għolja, Belle van Zuylen kellha intelliġenza vivaċi, kurżità intellettwali kbira u ideat mhux konvenzjonali. Minn kmieni ħafna kellha xeħta għall-kitba. Il-ġenituri tagħha qablu li jipprovdulha l-għalliema li xtaqet u għalhekk kellha edukazzjoni aktar tajba mill-biċċa l-kbira tal-kontemporanji tagħha, kienet titkellem diversi lingwi (Ingliż, Ġermaniż, Taljan u Latin), u ddedikat ruħha għal-Matematika u l-Fiżika, u l-qari tal-klassiċi, imma kitbet bil-Franċiż, il-lingwa tan-nobbli tal-Ewropa tas-seklu 18. Meta kellha tnejn u għoxrin sena (1763) kitbet l-ewwel xogħol letterarju tagħha, Le Noble ("In-Nobbli") li ġie ppubblikat anonimament. Dan kien satira ironika dwar il-preġudizzji tal-klassi soċjali tagħha..
Fl-età ta' 30 sena żżewġet lill-ekstutur ta' ħuha Willem René, Charles-Emmanuel de Charrière de Penthaz, imwieled f'Colombier [6] [7]. Minn 1784 hemm il-karriera letterarja tagħa ħadet spinta u pproduċiet abbundanza ta' korrispondenza, fuljetti, novelli u rumanzi, li l-aktar notevoli minnhom huma Lettres neuchâteloises (1784), Lettres de Mistriss Henley publiées par son amie (1784), Lettres écrites de Lausanne (1785), Caliste (1787) u Trois femmes (1796), xi biċċiet għat-Teatru, xi kitbiet politiċi u xi opri (lbretti u forsi l-mużika).
Ix-xogħlijiet tagħha matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, li matulha tat kenn lil xi aristokratiċi Franċiżi f'Neuchâtel, jirriflettu l-impenn politiku tu soċjali tagħa u huma hija partikolarment rikki u varjati.
Kellha korrispondenza abbundanti ma' David-Louis Constant de Rebecque, il-kittieb Benjamin Constant, il-bijografu Skoċċiż James Boswell, id-diplomatiku Jean-Pierre de Chambrier d'Oleyres, it-traduttur Ludwig Ferdinand Huber u l-editur Pierre-Alexandre DuPeyrou, ħabib tal-qalb ta' Jean-Jacques Rousseau. Kellha korrispondenza wkoll mal-protetti tagħha Henriette L'Hardy, Caroline de Sandoz-Rollin, Isabelle de Gélieu, li servew tipprova fuqhom l-ideat tagħha dwar l-edukazzjoni tan-nisa, li tikkostitwixxi tema importanti tar-rumanz tagħha. Hija kkomponiet ukoll biċċiet ta' mużika għall-klaviċimblu jew pjanuforte, kif ukoll biċċiet għal strumenti tal-kordi u biċċiet għall-vuċi.[8]
L-asterojdi (9604) Bellevanzuylen hi msemmija għal Belle van Zuylen, il-futura Isabelle de Charrière. Ġiet skoperta fit-30 ta' Diċembru, 1991 mill-Observatoire de Haute-Provence minn Eric Walter Elst.
Xogħolijiet (għażla)
[immodifika | immodifika s-sors]- Le Noble, rakkont morali, 1763[9]
- Lettres neuchâteloises, rumanz, 1784
- Lettres de Mistriss Henley publiées par son amie 1784
- Lettres écrites de Lausanne, rumanz permezz ta' ittri, Toulouse, 1785
- Caliste ou continuation de Lettres écrites de Lausanne 1787 (L-aħħar tliet ittri qatt ma ġew ippubblikati : dawn jinstabu bħala manuskritti fil-bibbljoteka ta' Neuchâtel. Mill-aħħar ittra miktuba minn Cécile tgħid li qiegħda f'kunvent u li-ġurnata ta' qabel kien telqet lil Milord, li kienet iżżewwġet għal kollox. Kienet qiegħda tistenna 'l ommha li kienet fit-triq.)
- Bien-né. Nouvelles et anecdotes. Apologie de la flatterie, 1788
- Courte réplique à l'auteur d'une longue réponse ; par Mme la Baronne de ... 1789
- Plainte et défense de Thérese Levasseur. 1789
- Lettre à M. Necker sur son administration, écrite par lui-même, 1791
- L’émigré, kummiedja fi tliet atti, 1793
- Lettres trouvées dans des portefeuilles d’émigrés, 1793
- Trois femmes, rumanz, Leipzig, 1795 (edizzjoni bil-Ġermaniż) ; Londra, 1796 (edizzjoni bil-Franċiż).
- Honorine d’Userche : nouvelle de l’Abbé de La Tour, 1795
- Sainte Anne, 1799
- Sir Walter Finch et son fils William, 1806 (ippubblikat wara mewtha)
Xogħlijiet mużikali
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġabra (Paris, Chez Bonjour, 1788 u 1789) li fia arji żgħar (jew arjetti) u xi rumanzi (ġeneru li kien moda ħafna dak iż-żmien), bl-akkumpanjament tal-klaviċimbalu (u bil-vjolin ad libitum) ; ġabra ta' minwetti strumentali (Amsterdam, Hummel et Fils, 1786) ; u xi sonati għall-klaviċimbalu u l-pjanuforte (1783, opus 1 sa 3).
- Chansonnette bretonne. Minuetto IV & Trio. Inleiding Wim Aerts & Els van Swol. In: Akkoord Magazine (2005), no. 3, p. 19-22.
- Kitbet il-libretti għal xi opri u l-mużika għalihom.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ / 016190 / 2020-01-20 /, fid-Dizzjunarju Storiku tal-Iżvizzera
- ^ Ara Wikisource: Philippe Godet 'Madame de Charrière et ses amis' It-tieni volum, 1906, p. 373-375 nota 1: Ċertifikat tal-mewt għall-parroċċa ta’ Colombier.
- ^ Ittra minn Henriette L'Hardy u ittra minn Thërèse Forster, li segwietha sal-mewt tagħha. C.P. Courtney Isabelle de Charrière. Bijografija 1993 p. 731-732.
- ^ Pierre Dubois en Simone Dubois: Zonder Vaandel. Belle van Zuylen 1740-1805, een biografie. Amsterdam, G.A. van Oorschot, 1993.
- ^ Pierre Dubois en Simone Dubois: Zonder Vaandel. Belle van Zuylen 1740-1805, een biografie. Amsterdam, G.A. van Oorschot, 1993.
- ^ Ċertifikat tal-ħajja f'Korrispondenzi u testi mhux ippubblikati (2006) p. 388
- ^ Kees van Strien, Monsieur de Charrière travelling tutor to Belle's brother Willem-René. In: Cahiers Isabelle de Charriere / Belle de Zuylen papers 7 (2012) p. 109-116. [http://www.womenwriters.nl/index.php/Monsieur_de_Charri%C3%A8re]]
- ^ C.P. Courtney, Isabelle de Charrière (Belle de Zuylen). Bijografija. Oxford, Fondazzjoni Voltaire, 1993. 810 p. ISBN 9780729404396.
- ^ Frontespizju ta' Le Noble 1763