Imqaret
Imqaret (pronunzja: [ɪm'ʔarɛt]) huma ħelu tradizzjonali Malti magħmul bl-għaġina u mili tat-tamal. Il-kelma "imqaret" bil-Malti, hija l-plural ta' maqrut u tfisser il-forma ta' djamant tal-ħelu – għalkemm f'ħafna każijiet jinbiegħu f'forma rettangolari.[1] Huma popolari ħafna f'Malta u jinbiegħu ukoll fil-festi tar-raħal, f'xi każijiet servuti ma' ġelat.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-imqaret jissajru billi jinqlew fiż-żejt u ġeneralment jiġu infużi bit-togħmiet tal-aniżetta u l-weraq tar-rand. Il-preparazzjoni tinvolvi it-tiwi individwali ta' bċejjeċ twal tal-għaġina, u fin-nofs jitqiegħed il-mili. Peress li l-għaġina hija twila, tinqata' f'diversi biċċiet, f'forma ta' maqrut, u tgħaddi għall-qali.[2][3]
Storja u ħelu simili
[immodifika | immodifika s-sors]L-imqaret huma ta' oriġini Għarbija, introdotti matul il-perjodu tal-invażjoni Għarbija ta' Malta bejn it-870 W.K. u s-seklu 11, filwaqt li ħelu simili jismu makroudh jew maqrud jew makroud jinstab fit-Tuneżija, kif ukoll fl-Alġerija u fil-Marokk, bl-ismijiet makrout, maqrout, mqaret.[4][5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Malta & Gozo, Juliet Rix, Bradt Travel Guides, 2013, p. 192
- ^ Malta, Brian Richards, New Holland Publishers, 2008 p. 29
- ^ Street Food: Recreating the World's most authentic tastes, Tom Kime, Dorling Kindersley Ltd, 2007 p. 138
- ^ Sweet Delights from a Thousand and One Nights: The Story of Traditional Arab Sweets, Habeeb Salloum, Muna Salloum, I.B.Tauris, Λονδίνο 2013, σελ. 132, ISBN 9781780764641
- ^ Proceedings of the First Congress on Mediterranean Studies of Arbo-Berber Influence, Micheline Galley, David R. Marshall, Société nationale d'édition et de diffusion, 1973