Hubert de Givenchy
Hubert de Givenchy | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Hubert James Marcel Taffin de Givenchy |
Twelid | Beauvais, 20 Frar 1927 |
Nazzjonalità | Franza |
Residenza | Château du Jonchet (en) |
Mewt | Neuilly-sur-Seine, 10 Marzu 2018 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta' Passy |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Beaux-Arts de Paris Wellington College (en) |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kollezzjonista tal-arti grand couturier disinjatur disinjatur tal-bolol tal-posta negozjant produttur tal-ilbiesi disinjatur tal-moda costume designer (en) |
Parteċipant | |
Premjijiet | |
Nominat għal |
uri
|
Il-Konti Hubert James Marcel Taffin de Givenchy ([ybɛʁ də ʒivɑ̃ʃi]; twieled fl-20 ta' Frar 1927[1] – u miet fl-10 ta' Marzu 2018[2]) kien aristokratiku u disinjatur tal-moda Franċiż li stabbilixxa d-ditta tal-moda ta' Givenchy fl-1952. Huwa baqa' famuż għaliex iddisinja l-biċċa l-kbira tal-ilbies personali u professjonali ta' Audrey Hepburn u ta' Jacqueline Bouvier Kennedy. Huwa kien imsemmi fil-Lista Internazzjonali ta' Nies Famużi li Jilbsu bl-Aqwa Mod fl-1970.[3]
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Hubert James Taffin de Givenchy twieled fl-20 ta' Frar 1927 f'Beauvais, Oise[4][5][6] f'familja Protestanta. Huwa kien it-tifel iż-żgħir ta' Lucien Taffin de Givenchy, il-Markiż ta' Givenchy (1888–1930), u martu, li qabel kienet Béatrice ("Sissi") Badin (1888–1976). Il-familja Taffin de Givenchy, li tmur lura għal nisel minn Venezja, l-Italja (il-kunjom oriġinali kien Taffini), saret nobbli fl-1713, u dak iż-żmien il-kap tal-familja sar il-Markiż ta' Givenchy.[7] Huwa kellu ħuh ikbar minnu, Jean-Claude de Givenchy (1925–2009), li wiret it-titlu ta' Markiż mill-familja u eventwalment sar il-president ta' Parfums Givenchy.[8]
Wara l-mewt ta' missieru bl-influwenza fl-1930, huwa trabba minn ommu u min-nanna tan-naħa ta' ommu, Marguerite Dieterle Badin (1853–1940), l-armla ta' Jules Badin (1843–1919), artist li kien is-sid u d-direttur tal-fabbriki storiċi tat-tapizzeriji ta' Gobelins Manufactory u Beauvais. Fil-familja Badin estiża kien hemm bosta li kellhom professjoni artistika. Il-bużnannu min-naħa ta' ommu, Jules Dieterle, kien disinjatur tax-xenarji li ħoloq disinji wkoll għall-fabbrika ta' Beauvais, inkluż sett ta' 13-il disinn għall-Palazz tal-Eliżew. Wieħed mill-bużbużnanniet tiegħu ddisinja wkoll xenarji għall-Opera ta' Pariġi.
Huwa mar jgħix f'Pariġi meta kellu 17-il sena, u studja fl-École des Beaux-Arts.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel disinni ta' Givenchy għamilhom għal Jacques Fath fl-1945.[9] Iktar 'il quddiem għamel disinni għal Robert Piguet u għal Lucien Lelong (1946) – u ħadem spalla ma' spalla ma' Pierre Balmain u ma' Christian Dior li dak iż-żmien kienu għadhom mhux magħrufin. Mill-1947 sal-1951 huwa ħadem għad-disinjatur avantgarde Elsa Schiaparelli. Fl-1952, huwa fetaħ id-dar tal-moda tiegħu stess f'Plaine Monceau f'Pariġi. Iktar 'il quddiem, huwa semma l-ewwel kollezzjoni tiegħu "Bettina Graziani" għall-mudella ewlenija ta' Pariġi ta' dak iż-żmien. L-istil tiegħu kien mimli innovazzjoni, kuntrarjament għad-disinni iktar konservattivi ta' Dior, u ngħata l-kreditu li fl-1957 introduċa l-"libsa sack/sac" li ma toqgħodx issikkata iżda li kellha l-keffa dejqa, li ftit wara ġiet ikkupjata minn Christian Dior għal-linja tiegħu tal-1957 Fuseau/Spindle.[10] Meta kellu 25 sena, huwa kien l-iżgħar disinjatur tal-moda progressiva ta' Pariġi. L-ewwel kollezzjonijiet tiegħu kienu kkaratterizzati mill-użu ta' drappijiet pjuttost irħas għal raġunijiet finanzjarji, iżda dejjem qanqlu l-kurżità permezz tad-disinn tagħhom.[11]
Audrey Hepburn, li iktar 'il quddiem saret l-iktar persuna prominenti tal-moda ta' Givenchy, u Givenchy iltaqgħu għall-ewwel darba fl-1953 meta kien qed jinġibed il-film Sabrina. Huwa ddisinja l-libsa sewda li libset f'Breakfast at Tiffany's.[12] Huwa żviluppa wkoll l-ewwel kollezzjoni ta' fwejjaħ għaliha (L'Interdit u Le de Givenchy). Audrey Hepburn kienet il-wiċċ tal-promozzjoni ta' dawk il-fwejjjaħ. Din kienet l-ewwel darba li star kienet il-wiċċ tal-promozzjoni ta' kampanja tar-reklamar tal-fwejjaħ.
Dak iż-żmien, Givenchy iltaqa' wkoll mal-idolu tiegħu Cristóbal Balenciaga.[13] Givenchy fittex l-ispirazzjoni mhux biss mill-ambjenti lussużi tal-haute couture iżda wkoll f'ambjenti avantgarde bħal dak ta' Limbo, il-ħanut fl-East Village ta' Manhattan fil-Belt ta' New York.[14]
Fost il-klijenti notevoli ta' Givenchy kien hemm Donna Marella Agnelli, Lauren Bacall, Ingrid Bergman, il-Kontessa Mona von Bismarck, il-Kontessa Cristiana Brandolini d'Adda, Sunny von Bülow, Renata Tebaldi, Maria Callas, Capucine, Marlene Dietrich, Daisy Fellowes, Greta Garbo, Gloria Guinness, Dolores Guinness, Aimee de Heeren, Audrey Hepburn, Jane Holzer, Grace Kelly, il-Prinċipessa Salimah Aga Khan, Rachel Lambert Mellon, Sophia Loren, Jeanne Moreau, Jacqueline Kennedy Onassis, l-Imperatriċi Farah Pahlavi, Babe Paley, Lee Radziwill, il-Kontessa Jacqueline de Ribes, Nona Hendryx, il-Barunessa Pauline de Rothschild, Frederica von Stade, il-Barunessa Gaby Van Zuylen van Nijevelt, Diana Vreeland, Betsey Cushing Roosevelt Whitney, il-Barunessa Sylvia de Waldner, id-Dukessa ta' Windsor, l-ewwel mara tal-Ħaiti Michèle Duvalier u Jayne Wrightsman.
Fl-1954, Givenchy għamel id-debutt tal-kollezzjoni prêt-à-porter.
Givenchy ħoloq il-"kowt ikoniku tal-bżieżaq" u l-libsa tal-"Baby Doll" (Pupa Żgħira) fl-1958.[15][16]
Fl-1969[17], ħoloq ukoll linja ta' lbies tal-moda għall-irġiel ukoll. Mill-1976 sal-1987, il-Kumpanija tal-Karozzi Ford offriet Edizzjoni Givenchy tas-serje "Continental Mark" (mill-1981 sal-1983) u "Lincoln Continental" (mill-1982 sal-1987) ta' karozzi. L-ewwel waħda kienet il-Continental Mark IV coupe tal-1976 u l-aħħar tnejn kienu l-Lincoln Mark VI tal-1983 u l-Lincoln Continental sedan tal-1987. Fl-1988, huwa organizza wirja retrospettiva ta' xogħlu fil-Lukanda Beverly Wilshire f'Beverly Hills, California.
Id-dar tal-moda Givenchy ġiet diviża fl-1981, u l-linja tal-fwejjaħ saret ta' Veuve Clicquot, u l-fergħa tal-moda ġiet akkwistata minn LVMH fl-1989. Attwalment, LVMH għandha s-sjieda wkoll ta' Parfums Givenchy.[18]
L-aħħar snin ta' ħajtu
[immodifika | immodifika s-sors]Givenchy irtira mid-disinn tal-moda fl-1995. Is-suċċessur tiegħu li sar kap tad-ditta Givenchy kien John Galliano. Wara perjodu qasir b'Galliano fit-tmun, ħames snin b'Alexander McQueen u mandat mill-2001 sal-2004 b'Julien Macdonald, id-ditta Givenchy tal-linja tal-ħwejjeġ tan-nisa lesti u haute couture ġiet immexxija minn Riccardo Tisci mill-2005 sal-2017. Clare Waight Keller kienet fit-tmun mill-2017[19] sa April 2020.[20] Matthew M. Williams sar id-direttur kreattiv ta' Givenchy f'Ġunju 2020.[21]
Givenchy kien jirresjedi fix-Château du Jonchet, kastell storiku elenkat f'Romilly-sur-Aigre, Eure-et-Loir, qrib Pariġi. Meta rtira, huwa ffoka fuq il-kollezzjoni ta' skulturi tal-bronż u tal-irħam tas-sekli 17 u 18. F'Lulju 2010, huwa tkellem fl-Unjoni ta' Oxford. Mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014, matul il-Biennale des Antiquaires, huwa organizza eżibizzjoni b'bejgħ privat f'Christie's f'Pariġi, b'opri tal-arti minn Jean-Baptiste-Claude Odiot, il-Manufacture nationale de Sèvres, Jacques-Louis David, Anne-Louis Girodet de Roussy-Trioson, eċċ.
F'Jannar 2007, l-Uffiċċju tal-Posta Franċiż ħareġ bolol postali għal Jum San Valentinu ddisinjati minn Givenchy. F'Ottubru 2014, eżibizzjoni retrospettiva b'ħamsa u disgħin oġġett iddisinjat minnu saret fil-Mużew Thyssen-Bornemisza f'Madrid, Spanja.[22]
Is-sieħeb tiegħu għal żmien twil kien id-disinjatur tal-moda Philippe Venet.[23]
Hubert de Givenchy miet fl-irqad fir-residenza Rinaxximentali tiegħu ħdejn Pariġi s-Sibt 10 ta' Marzu 2018. Kellu 91 sena u ndifen fiċ-Ċimiterju ta' Passy f'Pariġi.[24][25][26][27][28]
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Françoise Mohrt, The Givenchy Style (1998), Assouline. ISBN 2-84323-107-8
- Pamela Clarke Keogh, Hubert de Givenchy (introduction): Audrey style (1999), Aurum Press. ISBN 1-85410-645-7
- Jean-Noël Liaut: Hubert de Givenchy : Entre vies et légendes (2000), Editions Grasset & Fasquelle. ISBN 2-246-57991-0
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Le couturier Hubert de Givenchy est mort à l'âge de 91 ans" (bil-Franċiż). 2018-03-12. Miġbur 2022-02-21.
- ^ "'Little black dress' designer Givenchy dies aged 91". web.archive.org. 2018-03-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-03-12. Miġbur 2022-02-21.
- ^ Zilkha, Bettina (2004). Ultimate Style – The Best of the Best Dressed List. p. 116. ISBN 2-84323-513-8.
- ^ FashionModelDirectory.com, The FMD-. "Hubert De Givenchy - Fashion Designer | Designers | The FMD". The FMD - FashionModelDirectory.com. Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Hubert de Givenchy: 'It was always my dream to be a dress designer'". The Independent (bl-Ingliż). 2010-06-06. Miġbur 2022-02-21.
- ^ Nast, Condé (2011-11-11). "Hubert de Givenchy". British Vogue (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Jougla VI, 256, numéro 32324.
- ^ Wilson, Eric (2018-03-12). "Hubert de Givenchy Dies at 91; Fashion Pillar of Romantic Elegance" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Archives". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Howell, Georgina (1978). "1956-57". In Vogue: Sixty Years of Celebrities and Fashion from British Vogue. Harmondsworth, Middlesex, England: Penguin Books Ltd. p. 242. ISBN 0-14-00-4955-X.
- ^ AFP; writers, staff (2018-03-12). "Designer Hubert de Givenchy dies". Miġbur 2022-02-21.
- ^ Lane, Mary M. (2012-09-04). "Hubert de Givenchy Remembers Audrey Hepburn" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Nast, Condé (2014-10-20). "Hubert De Givenchy On Fashion Today". British Vogue (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Ir-rivista Vogue (il-15 ta' Frar 1966)
- ^ "Givenchy official site | GIVENCHY Paris". www.givenchy.com. Miġbur 2022-02-21.
- ^ "THE 'BABY DOLL' DRESS". web.archive.org. 2015-11-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-24. Miġbur 2022-02-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Givenchy Gentleman: prêt-à-porter for men". web.archive.org. 2015-11-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-24. Miġbur 2022-02-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Archives". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Nast, Condé (2017-03-16). "Clare Waight Keller Is Givenchy's New Artistic Director". Vogue (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Mackelden, Amy (2020-04-10). "Clare Waight Keller Leaves Givenchy After Three Years". Harper's BAZAAR (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ Klerk, Amy de (2020-06-15). "Givenchy announces new creative director". Harper's BAZAAR (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Connection denied by Geolocation". www2.museothyssen.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-21. Miġbur 2022-02-21.
- ^ Karnak, Chris (2018-03-12). "Modeschöpfer Hubert de Givenchy ist tot" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Hubert de Givenchy, French fashion icon, dies aged 91" (bl-Ingliż). 2018-03-12. Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Hubert de Givenchy, maker of style icons, dies aged 91". the Guardian (bl-Ingliż). 2018-03-12. Miġbur 2022-02-21.
- ^ Wilson, Eric (2018-03-12). "Hubert de Givenchy Dies at 91; Fashion Pillar of Romantic Elegance" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ McCall, Tyler. "Celebrated Designer Hubert de Givenchy Has Died". Fashionista (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.
- ^ "Hubert de Givenchy, French fashion icon, dies aged 91" (bl-Ingliż). 2018-03-12. Miġbur 2022-02-21.