Helena Kottler Vurnik

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Helena Kottler Vurnik
Ħajja
Twelid Vjenna, 26 Settembru 1882
Nazzjonalità Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Renju tal-Jugoslavja
Kingdom of Serbs, Croats and Slovenes (en) Translate
Ċislejtanja
Mewt Radovljica, 4 April 1962
Familja
Konjuga/i Ivan Vurnik (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Sloven
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur

Helena Vurnik, kunjomha xebba Kottler, jew Helena Kottler Vurnik (1882-1962) kienet artista Slovena li twieldet fl-Imperu Awstrijak-Ungeriż. Hija magħrufa l-iktar għall-pitturi dekorattivi tagħha fuq il-faċċata tal-Bank Kummerċjali tal-Kooperattivi u fuq ġewwa tal-binja.

Ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

Hija twieldet fi Vjenna. Missierha kien Moritz Kottler, avukat tal-Uffiċċju Postali, u ommha kienet Bronislawa, li kienet mill-Polonja. Ingħatat l-edukazzjoni tagħha l-ewwel fil-"Graphische Lehr und Versuchsanstalt", imbagħad fil-"Kunstschule für Frauen und Mädchen", u fl-aħħar fl-Iskola tal-Arti u l-Artiġjanat ta' Vjenna.[1]

Xogħol[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-istudju li wettqet, fl-1910 rebħet borża ta' studju biex tistudja l-arti qrib Modena fl-Italja għal ħames xhur. Hija bigħet il-pitturi li pittret l-Italja meta reġgħet lura fi Vjenna u kriet studjo tal-arti. Fl-1913 iltaqgħet mar-raġel futur tagħha, Ivan Vurnik, meta t-tnejn li huma kienu qed ipinġu s-salamandri għall-bijologu Franc Megušar f'daru. Hi telqet mill-impjieg tagħha bħala illustratriċi mal-gazzetta "Illustrirtes Wiener Extrablatt", u marret tgħix ma' Ivan Vurnik u ħadmet miegħu l-ewwel fi Trieste, imbagħad f'Ljubljana, u fl-aħħar mill-aħħar f'Radovljica.[2]

Fil-midja u fil-kotba[immodifika | immodifika s-sors]

Boris Leskovec kiteb skritt għall-film dokumentarju "Iskalca" tar-reġista Alma Lapajne li xxandar fuq RTV Slovenia u ktieb dwarha u dwar ir-raġel tagħha.[3][4]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Vurnik, Helena (1882–1962) - Slovenska biografija". www.slovenska-biografija.si. Miġbur 2023-04-06.
  2. ^ "Narodna galerija". www.ng-slo.si. Miġbur 2023-04-06.
  3. ^ "O življenjski poti zakoncev Vurnik. Obvezno čtivo slovenskih intelektualcev". rtvslo.si (bl-Isloven). Miġbur 2023-04-06.
  4. ^ "Na brzicah življenja | Boris Leskovec". Knjigarna Bukla (bl-Isloven). Miġbur 2023-04-06.