Aqbeż għall-kontentut

Hans Geiger

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Hans Geiger
Ħajja
Isem propju Johannes Wilhelm Geiger
Twelid Neustadt an der Weinstraße, 30 Settembru 1882
Nazzjonalità Imperu Ġermaniż
Repubblika ta' Weimar
Ġermanja Nazista
Mewt Potsdam, 24 Settembru 1945
Post tad-dfin Neuer Friedhof Potsdam (en) Translate
Grünwald Woodland Cemetery (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Erlangen-Nuremberg
Livell tal-edukazzjoni Ph.D. in applied mathematics (en) Translate
Dottorat fix-Xjenza
Direttur tat-teżi Eilhard Wiedemann (en) Translate
Ernest Rutherford (en) Translate
Studenti dottorali Lieselott Herforth
Ernst Stuhlinger (en) Translate
Walther Müller (en) Translate
Otto Klemperer (en) Translate
Helmut Volz (en) Translate
Evangelie Spanidis (Zachos) (en) Translate
Otto Haxel (en) Translate
Luise Meyer-Schützmeister (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
inventur
għalliem fl-università
fiżiku nukleari
laboratory director (en) Translate
xjenzat
Impjegaturi Physikalisch-Technische Bundesanstalt (en) Translate
Università Humboldt ta’ Berlin
University of Manchester (en) Translate  (1907 -
Physikalisch-Technische Reichsanstalt (en) Translate  (1912 -
Università ta' Kiel  (1925 -
Università ta' Tübingen  (Awwissu 1929 -
Università Teknika ta' Berlin  (1936 -
Xogħlijiet importanti tagħmir tal-għadd ta' Geiger
Premjijiet
Nominat għal
Sħubija Saxon Academy of Sciences and Humanities (en) Translate
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
German nuclear weapons project (en) Translate
Servizz militari
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Johannes Wilhelm "Hans" Geiger (/ˈɡaɪɡər/; pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈɡaɪɡɐ]; twieled fit-30 ta' Settembru 1882 – miet fl-24 ta' Settembru 1945) kien fiżiku Ġermaniż. Huwa magħruf l-iktar bħala l-koinventur tal-komponent tad-detezzjoni tat-tagħmir tal-għadd ta' Geiger u għall-esperiment ta' Geiger-Marsden li bih ġie skopert in-nukleu atomiku. Huwa kien ħu l-meteorologu u l-klimatologu Rudolf Geiger.

Geiger twieled f'Neustadt an der Haardt, il-Ġermanja. Huwa kien wieħed minn ħames ulied tal-Indologu Wilhelm Ludwig Geiger, li kien professur fl-Università ta' Erlangen. Fl-1902, Geiger beda jistudja l-fiżika u l-matematika fl-Università ta' Erlangen u kiseb dottorat fl-1906.[1] It-teżi tiegħu dwar l-iskariki elettriċi mill-gassijiet.[2] Huwa sar sħab fl-Università ta' Manchester u ħadem bħala assistent ta' Arthur Schuster. Fl-1907, wara li Schuster irtira, Geiger beda jaħdem mas-suċċessur tiegħu, Ernest Rutherford, u fl-1908, flimkien ma' Ernest Marsden, wettaq l-esperiment famuż ta' Geiger-Marsden (magħruf ukoll bħala l-"esperiment tal-fojl tad-deheb"). Dan il-proċess ippermettielhom jgħoddu l-partiċelli alfa u wassal biex Rutherford jibda jaħseb dwar l-istruttura tal-atomu.[3][4][5][6]

Fl-1911 Geiger u John Mitchell Nuttall skoprew il-liġi (jew ir-regola) ta' Geiger-Nuttall u wettqu esperimenti li wasslu għall-mudell atomiku ta' Rutherford.[7]

Fl-1912, Geiger sar kap tar-riċerka dwar ir-radjazzjoni fl-Istitut Nazzjonali Ġermaniż tax-Xjenza u t-Teknoloġija f'Berlin. Hemmhekk huwa ħadem ma' Walter Bothe (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1954) u ma' James Chadwick (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1935).[8] Ix-xogħol waqaf ħesrem meta Geiger daħal mal-militar Ġermaniż matul l-Ewwel Gwerra Dinjija bħala uffiċjal tal-artillerija mill-1914 sal-1918.

Fl-1924, Geiger uża t-tagħmir tiegħu biex jikkonferma l-effett ta' Compton li għen biex Arthur Compton jirbaħ il-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1927.[9]

Fl-1925, huwa beda jaħdem bħala għalliem fl-Università ta' Kiel, fejn fl-1928 Geiger u l-istudent tiegħu Walther Müller ħolqu verżjoni mtejba tat-tubu ta' Geiger, it-tubu ta' Geiger-Müller. Dan l-apparat ġdid mhux biss wassal għad-detezzjoni tal-partiċelli alfa, talli anke għad-detezzjoni tal-partiċelli beta u gamma, u huwa l-bażi għat-tagħmir tal-għadd ta' Geiger.[10][11]

Fl-1929 Geiger sar professur tal-fiżika u direttur tar-riċerka fl-Università ta' Tübingen fejn għamel l-ewwel osservazzjonijiet tiegħu ta' "xita" ta' raġġi kożmiċi. Fl-1936 huwa beda jaħdem fit-Technische Universität Berlin (l-Università Teknika ta' Berlin) fejn kompla bir-riċerka dwar ir-raġġi kożmiċi, il-fissjoni nukleari, u r-radjazzjoni artifiċjali sa mewtu fl-1945.[12]

Mill-bidu tal-1939 sa wara l-iskoperta tal-fissjoni atomika, Geiger kien membru tal-Klabb tal-Uranju, il-grupp ta' investigazzjoni Ġermaniż tal-armi nukleari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-grupp sfaxxa fl-1942 wara li l-membri tiegħu bdew jemmnu (b'mod żbaljat, kif ħareġ iktar 'il quddiem) li l-armi nukleari ma kienx se jkollhom rwol sinifikanti biex tintemm il-gwerra.[8]

Għalkemm Geiger iffirma petizzjoni kontra l-interferenza tal-gvern Nażista fl-universitajiet, huwa ma pprovda l-ebda appoġġ lill-kollega Hans Bethe (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1967) meta tkeċċa għaliex kien Lhudi.[13][14]

Geiger għadda mill-Battalja ta' Berlin u l-okkupazzjoni Sovjetika sussegwenti f'April/Mejju 1945. Xahrejn wara huwa ttrasferixxa ruħu f'Potsdam, u miet hemmhekk xahrejn wara l-attakki atomiċi fuq Hiroshima u Nagasaki fil-Ġappun.

  1. ^ Krebs, AT (July 1956). "Hans Geiger: Fiftieth Anniversary of the Publication of His Doctoral Thesis, 23 July 1906". Science. 124 (3213): 166.
  2. ^ Shampo, M. A.; Kyle, R. A.; Steensma, D. P. (2011). "Hans Geiger—German Physicist and the Geiger Counter". Mayo Clinic Proceedings. 86 (12): e54.
  3. ^ Rutherford E.; Geiger H. (1908). "An electrical method of counting the number of α particles from radioactive substances". Proceedings of the Royal Society of London, Series A. 81 (546): 141–161.
  4. ^ Geiger H. (1913). "Über eine einfache Methode zur Zählung von α- und β-Strahlen (On a simple method for counting α- and β-rays)". Verhandlungen der Deutschen Physikalischen Gesellschaft. 15: 534–539.
  5. ^ Campbell John (1999). Rutherford Scientist Supreme, AAS Publications.
  6. ^ Shampo, M. A.; Kyle, R. A.; Steensma, D. P. (2011). "Hans Geiger—German Physicist and the Geiger Counter". Mayo Clinic Proceedings. 86 (12): e54.
  7. ^ H. Geiger and J.M. Nuttall (1911) "The ranges of the α particles from various radioactive substances and a relation between range and period of transformation," Philosophical Magazine, series 6, vol. 22, no. 130, pages 613-621. See also: H. Geiger and J.M. Nuttall (1912) "The ranges of α particles from uranium," Philosophical Magazine, series 6, vol. 23, no. 135, pp. 439-445.
  8. ^ a b "June 1911: Invention of the Geiger Counter". www.aps.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-30.
  9. ^ Shampo, M. A.; Kyle, R. A.; Steensma, D. P. (2011). "Hans Geiger—German Physicist and the Geiger Counter". Mayo Clinic Proceedings. 86 (12).
  10. ^ Geiger; Müller W. (1928). "Elektronenzählrohr zur Messung schwächster Aktivitäten (Electron counting tube for the measurement of the weakest radioactivities)". Die Naturwissenschaften (The Sciences). 16 (31): 617–618.
  11. ^ Geiger, H. and Müller, W. (1928) "Das Elektronenzählrohr" (The electron counting tube), Physikalische Zeitschrift, 29: 839-841.
  12. ^ Shampo, M. A.; Kyle, R. A.; Steensma, D. P. (2011). "Hans Geiger—German Physicist and the Geiger Counter". Mayo Clinic Proceedings.
  13. ^ "Scientific Exodus". Atomic Heritage Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-30.
  14. ^ Ball, Philip. "How 2 Pro-Nazi Nobelists Attacked Einstein's "Jewish Science" [Excerpt]". Scientific American (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-30.