Hakan Yakın
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 22 ta' Frar 1977 Bażel | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Bellinzona | ||
Numru | 10 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1984–1994 | Concordia Basel | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1995–1997 | Basel | 68 | (11) |
1997 | Grasshopper | 11 | (1) |
1998 | St. Gallen | 35 | (8) |
1999–2000 | Grasshopper | 54 | (22) |
2001–2003 | Basel | 83 | (40) |
2004 | VfB Stuttgart | 9 | (0) |
2005 | → Galatasaray (self) | 2 | (0) |
2005–2008 | Young Boys | 83 | (40) |
2008–2009 | Al-Gharafa | 15 | (5) |
2009–2011 | Luzern | 78 | (26) |
2012– | Bellinzona | 21 | (9) |
Tim nazzjonali | |||
2000–2011 | Żvizzera | 87 | (20) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 08:51, 5 Settembru 2010 (UTC) |
Hakan Yakın (Bażel, 22 ta' Frar 1977) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab bħala midfilder mat-tim ta' Bellinzona. Hu hu rinomat għat-teknika, il-viżjoni u l-passaġġi tiegħu li jagħmluh parti importanti mit-tim nazzjonali Żvizzeru.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Il-karriera ta' Hakan kienet oskurata minn problemi fuq trasferimenti ma' klabbs oħra barra l-Iżvizzera, hekk kif ma' timijiet bħal Paris Saint-Germain,[1][2] VfB Stuttgart[3] u Galatasaray[4] ftit li xejn kellu fortuna.
Lura fl-Iżvizzera wara l-esperjenzi qarsa barra minn pajjiżu, hu ngħaqad ma' BSC Young Boys fl-2005. Magħhom irnexxielu jikseb post regulari, qabel ma f'Lulju 2008 issieħeb maċ-ċampjins tal-Qatar, Al-Gharafa, għal salarju ta' €2.5 miljun fis-sena. Magħhom rebaħ il-kampjonat nazzjonali, sakemm f'Ġunju tal-2009 reġa' lura l-Iżvizzera, din id-darba ma' FC Lucerne fejn iffirma kuntratt sat-30 ta' Ġunju, 2011.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Hakan lagħab iktar minn 80 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru. Qabel ma beda jilgħab mat-tim Żvizzeru, lil Hakan kienet ġiet offruta nazzjonalità Torka, offerta li hu m'aċċettax għal raġunijiet personali. Hu ħa sehem f'numru ta' manifestazzjonijiet importanti fosthom fil-Kampjonati Ewropej tal-2004 u l-2008, u fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 u l-2010.
Kien fl-Euro 2008 li Yakin tassew impressjona, fejn minkejja li pajjiżu safa eliminat fl-ewwel tappa, hu spiċċa bħala t-tieni l-aqwa skorer tal-kampjonat bi tliet gowls, wara David Villa. Kien hu li skorja l-ewwel gowl tal-Iżvizzeri fil-fażi finali ta' din il-kompetizzjoni kontra t-Turkija fi Grupp A.[5] Fl-aħħħar logħba mill-fażi tal-gruppi kontra l-Portugall, Yakin skorja darbtejn biex assigura l-ewwel rebħa fil-Kampjonati Ewropej għall-Iżvizzera.[6]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) PSG complete Yakin swoop. UEFA.com, 31 ta' Lulju 2003. Aċċess tal-URL: 12 ta' April 2008.
- ^ (Ingliż) Basel boosted by Yakin return. UEFA.com, 30 ta' Awwissu 2003. Aċċess tal-URL: 12 ta' April 2008.
- ^ (Ingliż) Yakin follows Streller to Stuttgart. UEFA.com, 2 ta' Frar 2004
- ^ (Ingliż) Galatasaray give Yakin a go. UEFA.com, 26 ta' Jannar 2005. Aċċess tal-URL: 12 ta' April 2008.
- ^ Rapport ta' Żvizzera vs Turkija
- ^ Rapport ta' Żvizzera vs Portugall
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1977
- Futbolers Żvizzeri
- Plejers ta' FC Basel
- Plejers ta' FC St. Gallen
- Plejers ta' Grasshopper-Club Zürich
- Plejers ta' Galatasaray SK
- Plejers ta' Paris Saint-Germain FC
- Plejers ta' VfB Stuttgart
- Plejers ta' BSC Young Boys
- Plejers ta' FC Lucerne
- Plejers ta' AC Bellinzona
- Plejers tal-Fußball-Bundesliga
- Plejers tas-Süper Lig