Godfrey Farrugia
Godfrey Farrugia | |||||
---|---|---|---|---|---|
21 Ġunju 2017 - District: District 7 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Ħaż-Żebbuġ, 4 Mejju 1960 (64 sena) | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | Kulleġġ ta' San Alwiġi | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
politiku tabib |
Godfrey Farrugia (Ħaż-Żebbuġ) huwa tabib, membru tal-Partit Demokratiku u eks Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament. Kien Ministru tas-Saħħa minn Marzu 2013 sa Marzu 2014.
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Bin David u Rina, huwa twieled, għex u ħadem l-aktar f'Ħaż-Żebbuġ. Il-formazzjoni żagħżugħa tiegħu ħadha kemm fl-iskejjel tal-gvern u kemm f'tal-Ġiżwiti, iżda wkoll mill-għaqdiet tal-volontarjat, b'mod partikolari l-Iscouts, il-Museum u l-każin tal-banda.
Tabib
[immodifika | immodifika s-sors]Farrugia kien wieħed mill-pijuniera tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja. Żewġ ħutu, iżgħar minnu, it-tnejn huma tobba. Kien it-tabib tal-familja tagħhom, Dr. Mario Tua, li rnexxielu jħajjarhom b'għemilu biex ilkoll kemm huma jaqbdu din it-triq. Għal Farrugia, "il-professjoni medika hi xjenza li sservi u teduka, hija vokazzjoni li tagħti lilek inifsek lil ħaddieħor."
Farrugia jgħallem il-prattika lill-istudenti fir-raba' sena tal-kors tal-mediċina u tobba oħra li jixtiequ jispeċjalizzaw f' dan il-qasam.
Festi
[immodifika | immodifika s-sors]Farrugia jagħti sehem qawwi fil-festa ta' Ħaż-Żebbuġ. "Il-festi tradizzjonali nqishom bħala vetrina tal-mod kif il-poplu Malti hu msawwar: poplu ferrieħi, devot, bieżel u anki artistiku. Xi drabi tennejt fil-pubbliku li jien prodott tal-festi, u dan ngħidu b'ġieħ. Fuq kollox kien missieri David li ntroduċieni għall-festi ta' Ħaż-Żebbug u għeni nifhem is-sehem bla qies tagħhom fil-ħajja komunitarja."
Huwa President Onorarju ta' żewġ soċjetajiet bandistiċi, u President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq, li kien fundatur taghha, u s-Segretarju tal-Għaqda Piroteknika Maltija.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Daħal fil-Politika fl-1993 meta sar l-ewwel Sindku indipendenti ta' Ħaż-Żebbuġ. Dam f'din il-kariga sas-sena 2000.
Is-sieħba tiegħu, id-dentista Marlene Farrugia, kienet membru parlamentari mal-Partit Laburista sa mill-2008. Il-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat ikkonvinċa lil Godfrey Farrugia biex hu wkoll jikkontesta mal-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Wara li ġie elett ful is-seba' distrett, Farrugia nħatar Ministru tas-Saħħa.[1] Huwa rriżenja mill-kariga ta' Ministru tas-Saħħa f'24 ta' Marzu 2014.[2] F'Jannar 2015 huwa nħatar Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.[3]
Fid-29 ta' April 2017, it-tabib Godfrey Farrugia rriżenja mill-kariga ta' Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.[4] Fl-ittra pubblika indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat, huwa offra ir-riżenja tiegħu, u stqarr li l-fiduċja tal-poplu Malti fil-Partit Laburista ġiet "ttraduta u użata biex tiġi imbuttata l-aġenda tal-ftit, li jidher ċar li m'għandhomx l-Interess Nazzjonali f'qalbhom u wisq inqas f' moħħhom."[5] Ftit jiem wara, Farrugia irriżenja wkoll mill-Partit Laburista u sar membru tal-Partit Demokratiku.
Fit-3 ta' Ġunju 2017, huwa kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali bħala kandidat tal-Partit Demokratiku, imwaqqaf mis-sieħba tiegħu Marlene Farrugia, fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, u kien elett f'elezzjoni każwali.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Election%20Results/Pages/Test%20-%20Elections%202013/General%20Elections/Dist%207/Count-1-10.aspx
- ^ http://www.independent.com.mt/articles/2014-03-29/news/godfrey-farrugia-resigns-4423811072/
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-19. Miġbur 2017-04-29.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ http://www.independent.com.mt/articles/2014-03-29/news/godfrey-farrugia-resigns-4423811072/
- ^ https://www.facebook.com/drgodfreyfarrugia/posts/1385983761440744?comment_id=1386326108073176¬if_t=feed_comment¬if_id=1493482930069678
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Godfrey Farrugia (Godfrey Farrugia) |