Giuseppina Samut-Tagliaferro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giuseppina Samut-Tagliaferro
Ħajja
Isem propju Giuseppina Corrieri
Twelid Catania, 6 Marzu 1898
Nazzjonalità Italja
Residenza Malta
Mewt Ruma, 22 Marzu 1992
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
koreografu
għalliem tal-pjanu
attur

Giuseppina Samut-Tagliaferro imwielda Giuseppina Corrieri f'Catania, kienet mużiċista u attriċi li għexet Malta għal parti l-kbira tal-karriera tagħha.

Missierha kien direttur tal-orkestra li stabbilixxa ruħu Malta.[bżonn referenza] Hija kienet edukata privatament u t-tagħlim tal-mużika tagħha kien taħt Emilia Brizzi.

Fl-1919 iżżewġet lil Joseph Samut-Tagliaferro f'Malta.[bżonn referenza]

Samut-Tagliaferro kienet tgħallem il-pjanu bejn 1930-1951.[1]

Bejn l-1930 u l-1939 hija kienet attriċi ewlenija mal-kumpanija Goldoni. Hija pproduċiet u koreografija l-operetta La piccola olandese fl-1948 fil-Gaiety, Tas-Sliema u fl-1949 fir-Radio City Opera House, il-Ħamrun.[1]

Fl-1951 Samut-Tagliaferro marret toqgħod Ruma fejn kompliet tgħallem il-pjanu u tgħallem il-kant, eventwalment ikkonċentrat biss fuq dan tal-aħħar. L-istudenti tagħha kienu jinkludu lil bintha stess Elena, Elvira Spica, u Giuseppe Gismondi. Hija akkumpanjat ukoll ħafna kantanti oħra bħala pjanista.[1]

Matul is-snin hija kkomponiet diversi xogħlijiet mużikali. Fl-1947 żewġ tangos tagħha, Occhi glauchi u Voglio te, kien ppublikati minn Nufa ta’ Milan. Ippubblikati minn Fl-1948, Zita ta’ Ruma ippubblikaw żewġ marċi tagħha, bl-isem ta' Gloria u Resurgo.[1]

Samut-Tagliaferro kienet membru tas-Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE) li ppubblikatilha Campane di pace, Un giardino d’Incanto (miktuba fl-1943), u Ave Maria (1972), kollha għall-vuċi u l-pjanu. Ħalliet ħafna xogħlijiet mhux ippubblikati inklużi kanzunetti, arji, u marċi, kollha miktuba għall-pjanu, iżda uħud minnhom orkestrat ukoll.[bżonn referenza]

Bejn l-1968 u l-1970 Samut-Tagliaferro kitbet Il collegio dei grandi musicisti, screenplay oriġinali li tħalla bħala manuskritt mhux ippubblikat.

Hija mietet f'Ruma fit-22 ta' Marzu 1992 fl-età ta' 94 sena.[1]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e Schiavone, Michael (2024-03-06). "Biography: Giuseppina Samut-Tagliaferro". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-07.