Aqbeż għall-kontentut

Gintaras Beresnevičius

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gintaras Beresnevičius
Ħajja
Twelid Kaunas, 7 Lulju 1961
Nazzjonalità Litwanja
Mewt Vilnius, 6 Awwissu 2006
Post tad-dfin Romainiai cemetery (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Vilnius University (en) Translate
Lingwi Litwan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
għalliem fl-università
kittieb
Post tax-xogħol Vilnius
Impjegaturi Vilnius University (en) Translate
Università ta’ Vytautas Magnus

Gintaras Beresnevičius (8 ta' Lulju, 1961 f'Kaunas – 6 t'Awwissu, 2006 f'Vilnius) kien storiku Litwan tar-reliġjonijiet u speċjalizza fil-mitoloġija Baltika. Flimkien ma' Norbertas Vėlius, huwa meqjus bħala l-aħjar speċjalista fil-mitoloġija Litwana.

Fl-1984, iggradwa mill-Università ta' Vilnius mill-Fakultà tal-Istorja. Mill-1986 ħadem f'diversi universitajiet, u fl-1993 irċieva l-Ph.D. Ippubblika aktar minn 100 artikli xjentifiċi. Beresnevičius ħadem mar-rivista "Naujasis Židinys" (bil-Malti:Il-Fuklar il-Ġdid) u r-rivista "Šiaurės Atėnai" (bil-Malti: Ateni ta' Fuq). Fl-2001, irċieva premju mill-President ta' Litwanja għall-kollezzjoni tiegħu ta' komponimenti dwar l-istorja ta' Litwanja bl-isem "Ant laiko ašmenų." Fl-2003, ipubblika diversi kotba tal-iskola dwar studji reliġjużi għall-iskejjel sekondarji.

Minbarra x-xogħol xjentifiku tiegħu, Beresnevičius kien ukoll kittieb u pubblikatur. Ippubblika diversi rumanzi, poeżiji, u komponimenti (ħafna minnhom ippubblikati taħt diversi psewdonimi bħal Antanas Sereda). L-istejjer qosra tiegħu kienu influwenzati minn Daniil Kharms.

Fl-2004 ta sapport lil Kazimira Prunskienė meta ħarġet għall-elezzjonijiet Presidenzjali..

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

  • Dausos: pomirtinio gyvenimo samprata senojoje lietuvių pasaulėžiūroje (Dausos: Il-Kunċett tal-Ħajja Wara l-Mewt fil-Ħsieb tal-Litwanja tad-Dinja Antika) (1990).
  • Baltų religinės reformos (Riformi tar-Reliġjonijiet Baltiċi) (1995).
  • Religijų istorijos metmenys (Punti Ewlenin tal-Istorja tar-Reliġjonijiet) (1997).
  • Religijotyros įvadas (Introduzzjoni għall-Istudji Reliġjużi) (1997).
  • Trumpas lietuvių ir prūsų religijos žodynas (Dizzjunarju Qasir tar-Reliġjon Litwana u Prussjana) (2001).
  • Ant laiko ašmenų (eseistika). Vilnius: Aidai, 2002. ISBN 9955-445-41-6
  • Imperijos darymas: Lietuviškos ideologijos metmenys (Ħolqien ta' Imperu: Punti Ewlenin tal-Ideoloġija Litwana) (2003).
  • Eglė žalčių karalienė ir lietuvių teogoninis mitas (Eglė, ir-Reġina tas-Sriep tal-Ilma u Mitoloġija Teoġenika tal-Litwanja) (2003).
  • Palemono mazgas. Palemono legendos periferinis turinys (Għoqda ta' Palemona. Kontenut Periferali tal-Leġġenda ta' Palemonas) (2003).
  • Lietuvių religija ir mitologija: sisteminė studija (Reliġjon u Mitoloġija Litwana: Studju Sistematiku) (2004).

Referenz[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Gintaras Beresnevičius". Lietuviškos knygos (bil-Litwan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-03-10. Miġbur 2006-08-14.
  • "Vilniuje mirė rašytojas G.Beresnevičius". Delfis (bil-Litwan). Miġbur 2006-08-14.