Aqbeż għall-kontentut

George Gallup

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
George Gallup
Ħajja
Twelid Jefferson, 18 Novembru 1901
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Tschingel, 26 Lulju 1984
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Princeton
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Familja
Missier George Henry Gallup
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Iowa
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni statistiku
soċjologu
matematiku
ġurnalist
negozjant
Impjegaturi Università ta' Columbia
Università ta' Drake
Gallup (en) Translate  (1958 -
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi

George Horace Gallup (twieled fit-18 ta' Novembru 1901 – miet fis-26 ta' Lulju 1984) kien pijunier Amerikan tat-tekniki tal-kampjunar tal-istħarriġ u inventur tal-istħarriġ ta' Gallup, metodu statistiku ta' suċċess tal-kampjunar tal-istħarriġ għall-kejl tal-opinjoni pubblika.

Ħajja u karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Gallup twieled f'Jefferson, Iowa, u kien l-iben ta' Nettie Quella (kunjomha xebba Davenport) u George Henry Gallup, produttur tal-prodotti tal-ħalib. Meta kien adolexxenti, George Horace Gallup, magħruf dak iż-żmien bħala "Ted", kien iqassam il-ħalib u kien juża s-salarju tiegħu biex jibda gazzetta fl-iskola postsekondarja, fejn kien jilgħab ukoll il-futbol. L-edukazzjoni terzjarja tiegħu kisibha fl-Università ta' Iowa, fejn kien plejer tal-futbol, membru tal-kapitlu Beta ta' Iowa tal-fraternità Sigma Alpha Epsilon, u editur ta' The Daily Iowan, gazzetta indipendenti tal-università. Huwa ggradwa b'Baċellerat fl-1923, b'Masters fl-1925 u b'Dottorat fl-1928.[1]

Bolla tar-Rumanija tal-2001 iddedikata lil George Gallup

Imbagħad mar f'Des Moines, Iowa, fejn ħadem bħala kap tad-Dipartiment tal-Ġurnaliżmu fl-Università ta' Drake sal-1931. Dik is-sena, mar jaħdem f'Evanston, Illinois, bħala professur tal-ġurnaliżmu u r-reklamar fl-Università tal-Majjistral. Is-sena ta' wara, mar jgħix fil-Belt ta' New York biex jingħaqad mal-aġenzija tar-reklamar ta' Young u Rubicam bħala direttur tar-riċerka (iktar 'il quddiem sar Viċi President mill-1937 sal-1947). Huwa kien ukoll professur tal-ġurnaliżmu fl-Università ta' Columbia, iżda kellu jirtira mill-pożizzjoni tiegħu ftit wara li fforma l-kumpanija tiegħu stess tal-istħarriġ, l-Istitut Amerikan tal-Opinjoni Pubblika (Stħarriġ ta' Gallup) fl-1935.[2]

Gallup sikwit jiġi akkreditat bħala l-iżviluppatur tal-istħarriġ pubbliku. Fl-1932, Gallup wettaq xi stħarriġ għal ommu tar-rispett, Ola Babcock Miller, kandidata li kienet 'il bogħod ferm milli titqies li se tirbaħ il-kariga ta' Segretarju tal-Istat ta' Iowa. Bit-tkaxkira li ġarrbu d-Demokratiċi dik is-sena, hija rebħet rebħa tal-għaġeb, u dan kompla jqanqal l-interess ta' Gallup fil-politika.[3]

Fl-1936, l-organizzazzjoni l-ġdida tiegħu kisbet rikonoxximent nazzjonali tat-tbassir korrett, mit-tweġibiet ta' 50,000 persuna li wieġbet biss, li Franklin Roosevelt kien se jirbaħ kontra Alf Landon fl-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti. Dan it-tbassir kien mar kontra l-istħarriġ tar-rivista rrispettata ferm Literary Digest li għalkemm kien ibbażat fuq iktar minn żewġ miljun tweġiba għal kwestjonarju, kien bassar li Landon kien se jkun ir-rebbieħ. Gallup mhux biss bassar l-eżitu tal-elezzjoni, talli bassar ukoll ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Literary Digest billi uża kampjun aleatorju iżgħar iżda magħżul apposta biex ikun jaqbel.[3]

Tnax-il sena wara, l-organizzazzjoni tiegħu ma ġabithiex żewġ fl-elezzjoni tal-1848 għaliex bassret li Thomas Dewey kien se jirbaħ kontra Harry S. Truman b'bejn 5 % u 15 %, mentri Truman rebaħ l-elezzjoni b'4.5 %. Gallup sostna li l-iżball kien dovut l-iktar għall-fatt li l-istħarriġ tiegħu ntemm tliet ġimgħat qabel Jum l-Elezzjoni, u b'hekk ma kkunsidrax li Truman seta' jirkupra u jirbaħ kif fil-fatt għamel.[3]

Il-lapida tal-qabar ta' George Gallup u tal-mara tiegħu fiċ-Ċimiterju ta' Princeton

Fl-1947, huwa vara l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Gallup li kienet assoċjazzjoni internazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-istħarriġ.[3] Flimkien mal-ħbieb u r-rivali tiegħu Elmo Roper u Archibald Crossley, huwa kien strumentali fl-istabbiliment tal-Kunsill tar-Riċerka dwar is-Swieq, tal-Kunsill Nazzjonali tal-Istħarriġ Pubbliku, u tal-Assoċjazzjoni Amerikana għall-Opinjoni Pubblika. Fl-1948, flimkien ma' Claude E. Robinson, stabbilixxa il-kumpanija tar-riċerka dwar ir-reklamar Gallup & Robinson.[4]

Fl-1958, Gallup għamel raggruppament tal-operazzjonijiet ta' stħarriġ kollha tiegħu fi ħdan dik li mbagħad saret magħrufa bħala "L-Organizzazzjoni ta' Gallup".

Gallup miet fl-1984 b'attakk tal-qalb fil-villeġġjatura tas-sajf tiegħu f'Tschingel ob Gunten, villaġġ fl-Oberland ta' Bern tal-Iżvizzera. Huwa ndifen fiċ-Ċimiterju ta' Princeton. Il-mara tiegħu mietet fl-1988, u binhom, il-kittieb u statistiku tal-istħarriġ George Gallup Jr., miet fl-2011.[5]

  1. ^ "Sample text for Library of Congress control number 93043281". catdir.loc.gov. Miġbur 2021-07-26.
  2. ^ "George Gallup Biography - life, death, history, school, young, son, old, information, born, year". www.notablebiographies.com. Miġbur 2021-07-26.
  3. ^ a b ċ d Wolfgang Donsbach u Michael W. Traugott (2007). The SAGE handbook of public opinion research. Social Science. ISBN 9781412911771.
  4. ^ Dietrich, Bryce J. (2008), "Crossley, Archibald (1896–1985)", Encyclopedia of Survey Research Methods, Thousand Oaks: SAGE Publications, Inc., pp. 170–171.
  5. ^ Detroit Free Press. "N.Y. Times reporter Tom Wicker was acclaimed for Kennedy assassination coverage". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-02-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]