Franco Di Santo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Franco Di Santo
Informazzjoni personali
Isem sħiħFranco Matías Di Santo
Twelid7 ta' April 1989 (1989-04-07) (34 sena)
MendozaArġentina
Tul1.93 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliTijuana
Mixtliet
2005–2006Audax Italiano
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2008Audax Italiano
2008–2010Chelsea
2009–2010Blackburn Rovers (self)
2010–2013Wigan Athletic
2013–2015Werder Bremen
2015–2019Schalke 04
2019Rayo Vallecano
2019–2020Atlético Mineiro
2020–2022San Lorenzo
2022Göztepe
2022–Tijuana
Tim nazzjonali
2006–2009Arġentina U-20
2012–2013Arġentina

Franco Matías di Santo (twieled fis-7 ta' April 1989) hu plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Di Santo beda l-karriea tiegħu mal-klabb Ċilen ta' Audax Italiano. Wara prestazzjonijiet impressjonanti, fil-25 ta' Jannar 2008, Di Santo ingħaqad ma' Chelsea.

Hu ddebutta mat-tim tar-riservi fil-11 ta' Frar 2008, fejn skorja l-gowl tal-pari kontra t-tim tar-riservi ta' Fulham. Fl-ewwel staġun tiegħu 2007–08 mat-tim tar-riservi hu skorja 12-il gowl fi 8 logħbiet.

Għall-istaġun 2008–09 hu ngħaqad mal-ewwel tim tal-Blues fejn mat-tim mar iċ-Ċina għat-tour annwali ta' qabel l-istaġun. Fl-ewwel logħba tiegħu, daħal minn fuq il-bank tas-sostituti biex skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 4–0 kontra Guangzhou Pharmaceutical. It-tieni gowl tiegħu wasal biss ħames minuti mid-dħul tiegħu fil-konfront kontra Chengdu Blades, li ssarfet f'rebħa ta' 7–0.

L-ewwel logħba uffiċjali tiegħu kienet fil-pari ta' 1–1 kontra Tottenham Hotspur, fejn daħal bħala sostitut għal Nicolas Anelka fit-88 minuta. Id-debutt fil-UEFA Champions League wasal kontra CFR Cluj tar-Rumanija, meta ħa post Florent Malouda wara 70 minuta logħob. Il-logħba ntemmet 0–0. Matul l-istaġun 2008–09 għamel tmien dehriet fil-kampjonat, kollha bħala sostitut.

Nhar it-3 ta' Awwissu 2009, Di Santo issieħeb ma' Blackburn Rovers bil-formola ta' self sa Frar tal-2010, bl-għażla li l-perjodu ta' self jiġi estiż għal sitt xhur oħra sa Ġunju 2010.[1] Hu ddebutta mar-Rovers fir-rebħa ta' 2–1 kontra Aston Villa fejn ta assist għall-gowl ta' David Dunn. Hu beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax fit-18 ta' Ottubru 2009 kontra Burnley, fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-futbol Ingliż waqt li assista l-gowl ta' David Dunn. Wara li ġie deċiż li l-perjodu ta' self tiegħu jiġi estiż, ftit li xejn sab ħin fil-grawnd, fejn kien involut fil-partiti aktar bħala sostitut.

Minuti qabel it-tmiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2010, hu ngħaqad b'mod definittiv ma' Wigan Athletic.[2]

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Chelsea
Wigan Athletic

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Di Santo joins Rovers on loan" (bl-Ingliż). Blackburn Rovers FC. 2009-08-03. Arkivjat mill-orġinal fl-2011-07-16. Miġbur 2010-09-24.
  2. ^ "Wigan leave it late to snap up Chelsea starlet Franco Di Santo" (bl-Ingliż). The Telegraph. 2010-08-31. Miġbur 2010-09-24.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]