Fenek xkupilja
Fenek xkupilja | |
---|---|
Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. bachmani |
Isem binominali | |
Sylvilagus bachmani (Waterhouse, 1839) | |
Sottospeċijiet | |
Firxa tal-Sylvilagus bachmani |
Il-Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani jew kif xi kultant inhu msejjaħ ukoll Fenek ta' denbu qotni xkupilja huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq.
Numru kbir ta' sottospeċi li huma ġografikament separati ġew proposti; f' Oregon, Sylvilagus bachmani ubericolor; f' California, Sylvilagus bachmani cinerascens, Sylvilagus bachmani mariposae, Sylvilagus bachmani riparius, Sylvilagus bachmani tehamae u Sylvilagus bachmani trowbridgii; u f' Baja Kalifornja, Sylvilagus bachmani cerrosensis, Sylvilagus bachmani exiguus, Sylvilagus bachmani howelli, Sylvilagus bachmani peninsularis u Sylvilagus bachmani rosaphagus u Sylvilagus bachmani bachmani, Sylvilagus bachmani macrorhinus u Sylvilagus bachmani virgulti huma ħafna inqas ristretti ġografikament. Sylvilagus bachmani riparius, qiegħed f' periklu kbir ta' estinzjoni u għalkemm qabel kien numeruż ma' tul ix-xmajjar ta' San Joaquin u Stanislaus, illum il-ġurnata baqa biss popolazjoni ta' ftit mijjiet fil-Park ta' Caswell Memorial State.
Mis-sottospeċijiet varji li ġew proposti, għal mument ġew rikonoxxuti Sylvilagus bachmani ubericolor, Sylvilagus bachmani cinerascens, Sylvilagus bachmani bachmani, Sylvilagus bachmani exiguus, Sylvilagus bachmani howelli u Sylvilagus bachmani cerrosensis, il-bqijja qegħdin jistennew li jiġu rikkonoxxuti uffiċjalment jew meqjusa bħala sinonimi.
Riproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-irġiel ġeneralment jitgħammru ma' aktar minn fenka waħda matul is-sena kollha , iżda jilħqu l-quċċata minn Frar sa Awissu. It-tqala jew il-ġestazjoni hija madwar 22 ġurnata u dawn jista' jkollhom saħansitra sa 5 btan żrameġ fis-sena. Il-boton ikun magħmul minn 1 sa 7 żrameġ li jitwieldu għomja, bla pil u totalment dippendenti fuq l-omm.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek xkupilja għandu distribuzjoni mal-kosta fin-naħa tal-Punent tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, mix-xmara Columbia f' Oregon sal-ponta fin-Nofs in-nhar tal-penisula ta' Baja California. Il-firxa tmur 'il bogħod fil-Lvant sal-ġnub fil-Lvant ta' Sierra Nevada u l-muntanji Cascade.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan id-denb qotni huwa 1 minn 2 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Microlagus u bħala speċi maqsuma minn ta' linqas f' 6 sottospeċi rikonoxxuti.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Microlagus
- Fenek xkupilja jew Fenek ta' denbu qotni xkupilja, Sylvilagus bachmani
- Sottospeċi
- Sylvilagus bachmani bachmani (Waterhouse, 1839)
- Sylvilagus bachmani cerrosensis (J.A. Allen, 1898)
- Sylvilagus bachmani cinerascens (J.A. Allen, 1890)
- Sylvilagus bachmani exiguus (Nelson, 1907)
- Sylvilagus bachmani howelli (Huey, 1927)
- Sylvilagus bachmani ubericolor (Miller, 1899)
- Fenek xkupilja jew Fenek ta' denbu qotni xkupilja, Sylvilagus bachmani
- Sottoġeneru Microlagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus bachmani L-inqas ħsieb. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.