Fabio Coltorti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fabio Coltorti
Informazzjoni personali
Twelid3 ta' Diċembru 1980 (1980-12-03) (43 sena)
Kriens, Żvizzera
Tul1.97 m
RwolGowler
Mixtliet
1987–1999Kriens
Karriera professjonali
SninKlabb
1999–2001Kriens
2001–2003Schaffhausen
2003–2005Thun
2005–2007Grasshoppers
2007–2011Racing Santander
2011–2012Lausanne-Sport
2012–2018RB Leipzig
Tim nazzjonali
2006–2007Żvizzera

Fabio Coltorti (twieled fit-3 ta' Diċembru 1980) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru. Hu jħaddan ċittadinanza Żvizzera u Taljana.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Matul il-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu, Coltorti lagħab mat-tim tal-lokal Kriens, u aktar tard ma' Schaffhausen, Thun u Grasshoppers, fejn kien l-ewwel għażla bejn il-lasti ma' dawn l-aħħar tliet timijiet.

Fil-31 ta' Awwissu, 2007, hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Spanjol ta' Racing de Santander għal miljun ewro. Fl-ewwel żewġ staġuni mal-Cantabrians rawh limitat għal-logħob mit-tazza nazzjonali. Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal fit-22 ta' Diċembru, 2007, fit-telfa ta' 4–1 kontra Sevilla. Fit-18 ta' Settembru, 2008, lagħab mal-ewwel ħdax fid-debutt ta' Racing Santander fit-Tazza UEFA.

Minn nofs Diċembru tal-2009 sa Frar tal-2010, Coltorti sab spazju mal-ewwel ħdax fit-tim minħabba li l-gowlkiper regulari Toño kien weġġa'. Fl-ewwel tmien partiti, il-klabb tilef darba biss (kontra Villarreal bl-iskor ta' 2–0) u sofra seba' gowls.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Coltorti iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Iżvizzera fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Iskozja tal-1 ta' Marzu 2006, li rriżultat f'telfa ta' 3–1. Hu ġie inkluż fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]