Aqbeż għall-kontentut

Fabio Attard

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fabio Attard
Rector Major of the Salesians (en) Translate

25 Marzu 2025 -
Ángel Fernández Artime (en) Translate
Ħajja
Twelid Għawdex, 23 Marzu 1959 (66 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Alphonsian Academy (en) Translate
Milltown Institute of Theology and Philosophy (en) Translate
Università Pontificia Salesiana
Lingwi Malti
Ingliż
Franċiż
Taljan
Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku

Dun Fabio Attard (twieled fit-23 ta' Marzu 1959) huwa patri Sależjan Malti li ismu beda jiċċirkola bħala suċċessur possibbli ta' Mons. Pawlu Cremona bħala Arċisqof ta' Malta.

Għamel il-professjoni Sależjana nhar it-8 ta' Settembru 1980 ġewwa Dublin, l-Irlanda fejn kien għamel ukoll in-novizzjat. Ġie ordnat djaknu f'Ruma fil-11 ta' Lulju 1986 u ordnat saċerdot fl-4 ta' Lulju 1987 fil-Bażilika ta' San Ġorġ ir-Rabat mill-Kardinal Sależjan Jose' Castillo Lara. Studja t-teoloġija fl-Università Pontificia Salesiana. Kien iggradwa fit-teoloġija Morali fl-"Alfonsianum" f'Ruma wkoll.

L-ewwel ħidma tiegħu kienet li joħloq preżenza Sależjana f'xi subborgi f'Tuneż, it-Tuneżija, fejn għamel bejn l-1988 u l-1991 meta reġa' lura Malta beda jaħdem f'St Patrick's u l-Oratorju. Fl-1993 sar rettur tal-oratorju u fl-1994 tal-iskola ukoll.

Fl-1996 kien mitlub ikompli l-istudji u mar Dublin jirriċerka fuq John Henry Newman, fuq it-tema tal-kuxjenza. Gradwa b'distinzjoni minn Milltown Institute of Theology and Philosophy, immexxi mill-Ġiżwiti, fl-1999, u l-Università Sależjana ta' Ruma qabbditu jgħallem it-teoloġija morali u l-ispiritwalità.

F'Ruma huwa kien attiv ukoll fl-Accademia Alfonsiana u korsijiet internazzjonali għal kongregazzjonijiet reliġjużi.

Fl-2005 sar ir-rettur tal-Istitut tal-formazzjoni Pastorali, li kien ħoloq hu stess fl-Arċidjoċesi ta' Malta.

Sa mill-2008, Attard qed iservi bħala kunsillier għat-tieni terminu konsekuttiv bħala kunsillier tal-ministeru taż-żgħażagħ Sależjani.