Aqbeż għall-kontentut

John Henry Newman

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ritratt ta' John Henry Newman minn John Everett Millais, 1881

John Henry Newman (Londra, 21 ta' Frar 1801Edgbaston, 11 ta' Awwissu 1890) kien figura importanti fl-istorja reliġjuża Ingliża tas-seklu 19. Fil-bidu kien qassis fiċ-Church of England, u figura ewlenija tal-Oxford Movement (li ried ir-ritorn taċ-Church of England lejn ħafna mit-twemmin u mil-liturġija Kattolika), biex imbagħad fl-1845 ikkonverta għall-Kattoliċeżmu u sar Kardinal. Kien ukoll figura letterarja kbira. Fost kitbietu nsibu l-awtobijografija tiegħu Apologia Pro Vita Sua (1865–66), The Grammar of Assent (1870), u ll-poeżija Gerontius. Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.

John Henry Newman twieled Londra, il-kbir fost sitt aħwa. Missieru, John ukoll, kien bankier. Ta' 7 snin Newman intbagħat Great Ealing School. Newman kien diliġenti imma mistħi, riservat u superstizzjuż. Kien jogħxa jaqra l-Bibbja, u wkoll ir-rumanzi ta' Walter Scott. Iktar tard qara wkoll il-kitbiet xettiċi ta' Paine, Hume, u forsi Voltaire, u għal xi żmien kien influwenzat minnhom. Fl-aħħar sena tiegħu f'dik l-iskola, meta kellu 15-il sena, huwa beda jemmen bis-serjetà b'konvinzjoni li, fl-Apologia jgħid, kienet "iktar ċerta mill-fatt li għandi jdejja u saqajja." Huwa waqa' "taħt l-influwenza ta' kredu definttiv," u rċieva fl-intellett tiegħu fidi "li bil-ħniena t'Alla, qatt ma ġiet imħassra jew imtappna".

Huwa kien impressjonat l-iktar bil-ktieb ta’ Kalvinu Il-Jien u l-Ħallieq tiegħi. Newman sar Kalvinist. F'dan iż-żmien huwa sejjaħ lill-Papa tal-Knisja Kattolika: l-Antikrist. Fl-1816 huwa sar avukat. Iżda ftit wara mar jistudja fi Trinity College, Oxford. Iżda l-eċitament fl-eżamijiet finali tal-Università qabdu breakdown u ġab third class fl-1821.

Qassis Anglikan

[immodifika | immodifika s-sors]

Ta’ 23 sena ġie ordnat saċerdot Anglikan u erba’ snin wara nħatar Kurat ta’ St. Mary’s, il-knisja tal-Università f’Oxford fejn ta xhieda ta’ twemminu, l-aktar bil-mod kif kien jipprietka. Fl-1837 ħareġ l-Uffiċċju Profetiku tal-Knisja li aktar tard sar magħruf bħala Via Media, li fih jipprova juri li l-Anglikaniżmu kien it-triq tan-nofs bejn il-Kattoliċiżmu u l-Protestantiżmu popolari.

Vjaġġ fil-Mediterran u Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Diċembru 1832 Newman beda vjaġġ fil-Mediterran li fih żar Ġibiltà, Malta, il-gżejjer Ioniċi, Sqallija, Napli u Ruma. Huwa wasal Malta fl-10 ta' Jannar 1833 iżda ma tantx gawdiha għax wara li żammewh kwarantina fil-Lazzarett (li l-esperjenza kerha tiegħu jiktibha f'ittra lil Jemima) qabdu riħ qawwi li ma tantx ħallieh jiċċaqlaq. Fil-Lazzarett huwa kien kera vjolin li fi kliemu nstema' grandjuż f'dak l-ispazju kbir. Kien ftit wara dan li kiteb il-poeżija famuża Lead, kindly light, li aktar tard saret innu popolari.

Il-Konverżjoni għall-Kattoliċeżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1842 ġara avveniment importanti li biddillu ħajtu: iddeċieda li jirtira f’Littlemore, u baqa’ jgħix hemmhekk taħt il-kundizzjonijiet monastiċi flimkien ma’ grupp żgħir ta’ dixxipli. Lil dawn id-dixxipli tahom il-biċċa xogħol li jiktbu l-ħajja ta’ xi qaddisin Ingliżi, filwaqt li hu kiteb: Essay on the development of Christian doctrine.

B’din huwa pprova jerġa’ jitħabbeb mal-Kredu kif imħaddan mill-Knisja Kattolika. Sena wara, ippubblika stqarrija fl-Oxford Conservative Journal, fejn irtira formalment dak kollu li kien qal kontra Ruma(fosthom li "l-belt hija sabiħa imma r-reliġjon tagħha hija waħda politeistka, deġenerata u idolatra").

Wieħed mid-dixxipli tiegħu hawnhekk ħallieh imma John Henry Newman iddeċieda li kien wasal iż-żmien li jippriedka l-aħħar priedka Anglikana tiegħu f’Littlemore u jirriżenja minn Kurat.

Nhar id-9 ta’ Ottubru, 1845 Newman intlaqa' formalment fil-Knisja Kattolika minn Dominic Barberi, saċerdot Passjonista Taljan fil-Kulleġġ ta' Littlemore. Sena wara telaq lejn Ruma u ddeċieda li fuq ir-regola ta’ San Filippu Neri, li tiegħu Newman ried iwaqqaf Oratorju f’Londra.

Fl-1879 il-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal. Il-motto fuq l-arma tiegħu kien “Cor ad cor loquitur” (Qalb tkellem lil Qalb). Ħafna żmien qabel Newman kien iddikjara “li kien ilu ħajtu kollha kontra l-Liberaliżmu li jagħraf li m’hemmx verità fir-reliġjon imma li kull twemmin hu bħal kull ieħor, u li l-Kristjaneżmu hu biss sentiment u gost, imma mhux fatt oġġettiv, mhux mirakoluż”.

Wara dan reġa’ dar dawra mal-kitbiet kollha tiegħu bl-aħħar waħda tkun dwar xi problemi li wieħed isib il-Bibbja. Il-kitba Il-Ħolma ta’ Ġeronzju(1865) qalibha fil-vers poetiku, u hi meqjusa fl-istess klassi tal-versi u ħsibijiet ta’ Dante, fejn iħares lejn l-aħħar pellegrinaġġ tiegħu bħala “waħdi mal-Waħdieni”.

Miet fit-tbatija, fil-11 ta’ Awwissu, 1890. Il-funeral tiegħu kien wieħed mill-akbar li qatt saru. Ġie midfun fl-istess qabar ta’ Ambrose St.John, li kien għenu “jgħix taħt Alla għal 32 sena”. Fuq l-irħama hemm miktub hekk: “Mid-dellijiet u mis-simboli toħroġ il-verità”.

Beatifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġie ddikjarat Venerabbli mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-22 ta’Jannar 1991. Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.

Il-ħsibijiet tal-Kardinal John Henry Newman influwenzaw bis-sħiħ il-Konċilju Vatikan II partikolarment fl-ekkleżjoloġija, l-ekunemiżmu, it-teorija ta’ l-iżvilupp dottrinali, il-kuxjenza u l-lajċi.

Il-Perjodu Anglikan

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Arians of the Fourth Century (1833)
  • Tracts for the Times (1833–1841)
  • British Critic (1836–1842)
  • On the Prophetical Office of the Church (1837)
  • Lectures on Justification (1838)
  • Parochial and Plain Sermons (1834–1843)
  • Select Treatises of St. Athanasius (1842, 1844)
  • Lives of the English Saints (1843–44)
  • Essays on Miracles (1826, 1843)
  • Oxford University Sermons (1843)
  • Sermons on Subjects of the Day (1843)

Il-Perjodu Kattoliku

[immodifika | immodifika s-sors]

Xogħlijiet oħra

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Addresses to Cardinal Newman and His Replies, u Biglietto Speech (1879)
  • Discussions and Arguments (varji/1872)
  • Essays Critical and Historical (varji/1871)
  • Historical Sketches (varji/1872)
  • Historical Tracts of St. Athanasius (1843)
  • Tracts Theological and Ecclesiastical (various/1871)