Papa Ljun XIII
Papa Ljun XIII (2 ta' Marzu 1810 – 20 ta' Lulju 1903), imwieled Vincenzo Gioacchino Raffaele Luigi Pecci f'familja aristokratika Taljana, kien il-256 Papa tal-Knisja Kattolika, u serva bejn l-1878 u l-1903. Kien l-ixjeħ Papa (miet ta' 93 sena), u kellu t-tielet l-itwal Pontifikat, wara l-predeċessur immedjat tiegħu Piju IX u Ġwanni Pawlu II. Magħruf l-iktar għat-tagħlim soċjali tiegħu, l-iktar bl-enċiklika tiegħu Rerum Novarum. Kien l-ewwel Papa li twieled fis-seklu 19 u l-ewwel wieħed li miet fis-seklu 20.
Saċerdot, Gvernatur, Nunzju u Arċisqof
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li lesta l-istudji tieghu fil-Kullegg Ruman u fl-Accademia dei nobili ecclesiastici, gie ordnat sacerdot fl-1937 u dahal mill-ewwel fis-servizz tal-Kurja Pontificja. Meta kien gvernatur ta’ Benevento u Perugia wera li kien jinqala’ hafna bhala politiku u anke bhala amministratur. Fiz-zmien li ghamel bhala Nunzju fil-Belgju, spikkat fih il-kapacità diplomatika li kellu. Wara gie nominat Arċisqof ta’ Perugia fejn wettaq hafna attività pastorali u li minhabba fiha sar wiehed mill-aktar isqfijiet mahbuba fl-Italja.
Papa
[immodifika | immodifika s-sors]Mhux ta’ b’xejn, ghalhekk, illi fil-Konklav ta’ Frar tal-1878 (l-ewwel konklav li sar minn mindu s-Santa Sede tilfet is-setgha temporali taghha), gie elett mat-tieni jum. Huwa ghazel l-isem ta’ Ljun f’ġieħ Ljun XII, li lilu kien jammira ghall-isforzi tieghu favur l-ghaqda, kif ukoll ghall-hidma ekumenika tieghu u ghall-imhabba li kellu ghal-letteratura u x-xjenzi. Dawn kienu fil-fatt il-linji gwida li fuqhom mexa Ljun XIII matul il-pontifikat twil tieghu.
L-ewwel hidma tieghu kienet dik li jtejjeb ir-relazzjoni tal-Vatikan mal-qawwiet Ewropej, tant li rnexxielu jikkonvinci lill-Germanja biex tirrevedi l-ligijiet antiklerikali taghha. Huwa ha hsieb ukoll li jaghti rwol gdid lill-Knisja fid-dinja moderna, billi hajjar lill-Kattoliċi sabiex johorgu mill-izolament taghhom u jistinkaw sabiex jaghtu sens lill-hidma umana permezz tal-ispirtu Nisrani taghhom. Kien f’dan id-dawl li nkitbu l-enciklici tieghu fuq is-setgha civili, fuq il-kuncett ta’ liberta’ u gustizzja u fuq kollox l-aqwa opra tal-pontifikat tieghu, ir-Rerum Novarum. Fiha huwa waqaf ghad-drittijiet tal-haddiema u b’hekk niseg l-aktar dokument socjali importanti tas-Santa Sede.
Ljun XIII ħadem ukoll bis-shih sabiex itaffi l-firdiet bejn il-Knejjes Insara u matul is-sena tal-Gublew tal-1900 ikkonsagra lill-umanita’ kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.
B'differenza mill-Papiet kollha ta' warajh hu ma riedx jindifen fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan imma fil-Lateran.
Enċikliċi
[immodifika | immodifika s-sors]Supremii Apostolatus Officio - Enċiklika fuq d-devozzjoni tar-rużarju - 1 ta' Settembru 1883 [1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Encicliche | LEONE XIII". www.vatican.va. Miġbur 2022-06-03.