Diego Benaglio
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 8 ta' Settembru 1983 Żurigu | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.93 m | ||
Rwol | Gowlkiper | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Wolfsburg | ||
Numru | 1 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1994–1998 | Spreitenbach | ||
1998–1999 | Baden | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1999–2002 | Grasshopper | 23 | (0) |
2002–2005 | Stuttgart | 0 | (0) |
2003–2005 | Stuttgart II | 37 | (0) |
2005–2008 | Nacional | 69 | (1) |
2008– | Wolfsburg | 64 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2006– | Żvizzera | 30 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 21:24, 5 Settembru 2010 (UTC) |
Diego Benaglio (Żurigu, 8 ta' Settembru 1983) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab fil-Bundesliga ma' VfL Wolfsburg bħala gowlkiper.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Benaglio beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' Grasshopper-Club Zürich u lagħab magħhom għal numru ta' staġuni qabel ma ngħaqad ma' VfB Stuttgart, imma sab post biss mat-tim tar-riservi.
Fl-2005–06 ingħaqad ma' Nacional ġewwa l-Portugall, fejn mal-ewwel kiseb post regulari fit-tim quddiem il-veteran Henrique Hilário, u postu assigurah bit-tluq ta' Hilário ma' Chelsea. Fit-22 ta' Jannar, 2008, Benaglio issieħeb ma' VfL Wolfsburg. Iddebutta fit-30 ta' Jannar, fejn għen lit-tim javanza għall-kwarti tal-finali tat-Tazza Ġermaniża. Maż-żmien kiseb postu regulari mal-ewwel ħdax, fejn sar l-ewwel għażla bejn il-lasti għall-klabb u għen lit-tim jirbaħ l-ewwel titlu tal-Bundesliga fl-istaġun 2008–09.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru nhar it-3 ta' Ġunju, 2006, fir-rebħa ta' 4–1 fuq iċ-Ċina, li ntlagħbet bħala preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni ħa sehem bħala t-tielet gowlkiper tal-iskwadra. Grazzi għall-prestazzjoni eċċellenti matul l-2008, hu kiseb post titulari mat-tim. Matul il-Kampjonati Ewropej li saru ġewwa pajjiżu, lagħab żewġ logħbiet u sofra tliet gowls. Fl-2009, ġie nominat bħala "L-Aqwa Plejer Żvizzeru".
Matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010 kien fost il-protagonisti tat-tim li kiseb post awtomatiku fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, fejn impressjona fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi kontra Spanja li ssarfet f'rebħa ta' 1–0 għat-tim Żvizzeru.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
- Super League Żvizzera: 2000–01
- Bundesliga: 2008–09
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Profil fuq vfl-wolsburg.de